Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rabat — Triq Ġorġ Borġ Olivier u Konti Ruġġieru - Kontaminazzjoni tal-ilma

Question

B'referenza għar-rapporti li saru mir-residenti ta' Triq Ġorġ Borġ Olivier u Konti Ruġġieru r-Rabat Malta dwar kontaminazzjoni tal-ilma fl-ispieri fid-djar fl-inħawi, jista' l-Ministru jinfurmani jekk itteħdux kampjuni mill-Water Services Corporation u mid-dipartiment tad-drenaġġ? Jekk fl-affermativ, x'kienu r-riżultati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma kkonfermat il-kontaminazzjoni mingħajr il-ħtieġa t'elevazzjoni ta' kampjuni. Infurmat ukoll li l-Korporazzjoni minnufih infurmat lill-Awtorita' dwar ir-Rizorsi u lid-Dipartiment tas-Sanita' biex jieħdu l-azzjoni xierqa.

Rabat — Triq Ġorġ Borġ Olivier u Konti Ruġġieru - Ilma inkontaminatt

Question

B'referenza għar-rapporti li l-ispieri privati tar-residenti tal-inħawi ta' Triq Ġorġ Borġ Olivier u Konti Ruġġieru r-Rabat Malta huma kontaminati bid-drenaġġ, jista' l-Ministru jgħarrafni x'sar sabiex din il-kontaminazzjoni perikoluża għas-saħħa tar-residenti, tal-pubbliku u għall-aquifers tiġi mwaqqfa u l-ilma ta' dawn l-ispieri jerġa' jkun tajjeb għax-xorb?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija Nru. 2716.

Laqgħat bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea — servizz tal-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza u/jew laqgħat formali jew informali bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea minn Ġunju 2007 ‘l hawn dwar l-Opinjoni Motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lil Malta dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex (KE Ref Nru IP/06/1777) fejn il-Kummissjoni allegat li l-Gvern kiser ir-regolamenti komunitarji dwar il-kabotaġġ marittimu? Jekk kien hemm meta? X’kien l-eżitu tagħhom? X’inhi l-pożizzjoni llum? X’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan il-każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bormla — Triq P.P. Caruana - xogħlijiet fuq triq

Question

Peress li fi Triq P.P. Caruana Bormla mbidlu s-servizzi tal-ilma tar-residenti, u peress li ngħata t-tarmac ukoll, jista' l-Ministru jara x'jista jsir peress li wara kull ħalba xita, din it-triq tibqa' b'ħafna għadajjar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Paola — Triq Gurbell - Xogħlijiet fuq triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi ħaġa sabiex Triq Gurbell Paola, li saret mill-ġdid ma tibqax fl-istat li tkun wara kull ħalba xita mimlija bl-għadajjar kbar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat lil-ADT ser tinvestiga dan il-każ sabiex tkun tista' tiġi analiżżata s-sitwazzjoni.

Raħal Ġdid — Sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li minnufih tiġi investigata s-sistema tad-drenaġġ fis-suq tar-Raħal il-Ġdid peress li din qegħda tfur u litteralment tgħarraq il-ħwienet li hemm fis-sular t'isfel?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Konsulenti COWI

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 2890 u jikkonferma li l-Water Service Corporation għandha l-konsulenti COWI fuq il-proġetti ta' l-impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ? X'inhu r-rwol ta' dawn il-konsulenti? Kemm jitħallsu fix-xahar? Meta se jintemm il-kuntratt tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Impjant għat-trattament tad-Drenaġġ

Question

B'referenza għall-proġett ta' bini ta' impjant għal trattament tad-drenaġġ f'Għawdex, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2892 u 3200 u jgħid meta tlesta dan il-proġett u meta beda jaħdem? Kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa lill-gvern? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm ġie prodott ilma trattat (second class water) sal-lum u x'sar minnu dan l-ilma? Dan l-ilma hekk ittrattat x'użu jista' jkollu? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Parental Leave - Irġiel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3018 u 2740 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq parental leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Koporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Tahal report

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta kopja fuq il-Mejda tal-Kamra tar-rapport li sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dwar l-iStorm water Management magħruf bħala Tahal report?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-trasport — multi level junction

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux fil-pjanijiet tal-Awtorità dwar it-Trasport li l-multi level junction li għandu jsir minflok ir-roundabout tal-Kappara isir fis-sentejn li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tignè — Xogħlijiet ta' tunnel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tunnel li kellu jinbena mill-MIDI f'Tignè tlestiex u sar il-handing over tiegħu? Jista' jgħid fiex waslu l-pjanijiet sabiex it-toroq f'Tignè u Qui Si Sana jgħaqqdu kif suppost dan it-tunnel li kellu jitlesta mill-MIDI?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Luqa — Triq Pietru Saliba

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jinbeda x-xogħol ta' tarmac fuq Triq Pietru Saliba, f'Ħal Luqa peress li f'mistoqsija parlamentari fil-leġislatura li għaddiet intqal li din it-triq kienet tifforma parti mill-programm ta' toroq għal matul l-2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2236.

Hal Qormi — Triq il-Wied

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' kostruzzjoni ta' bankina ġdida fi Triq il-Wied, f'Ħal Qormi( biswit il-Klabb tal-Boċċi ta' San Gorg) wara li fil-legislatura li għaddiet ingħata l-informazzjoni li dan ix-xogħol kellu jkun inkluż fil-programm ta' xogħolijiet li kellhom isiru fl-2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddej il-proċess tat-tender.

Toroq bit-Tarmac

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 588, jista' l-Ministru jara li n-numru ta' toroq żgħar li jinsabu f'partijiet importanti fix-Xemxija, Qawra, San Pawl il-Baħar u Bugibba jingħataw wiċċ tat-tarmac?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-toroq li ser jinbnew f’San Pawl il-Baħar fix-xhur li ġejjin huma skond il-lista ta’ toroq maħruga mill-Awtorita’ Dwar it-Trasport. Toroq oħrajn li diġa fihom asfalt u għandhom bżonn manutenzjoni tal-wiċċ eżistenti jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-kunsill lokali rispettiv.