Legislature:
Category:
Reset
Active:

Radars — Funzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-primary u s-secondary radar humiex qed jaħdmu t-tnejn il-ħin kollu? Jekk le, kemm ilu ma jaħdem xi wieħed minn dawn r-radars?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-primary u s-secondary radar huma t-tnejn jaħdmu l-ħin kollu.

San Pawl il-Baħar — Triq San Pawl - Bankina

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarja biex il-kuntrattur li ħadem għal Enemalta fuq il-bankina ta' Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar, jirranġa sew din l-istess bankina li ħalliha mhix kompluta b'ħafna biċċiet imtajra, bejn l-uffiċju tal-Kunsill Lokali u l-bank HSBC?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Liċenzja tas-sewqan — test tat-teorija u l-prattika

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li ġabu l-liċenzja tas-sewqan kull xahar bejn Jannar u Awwissu 2008? Kemm kien in-numur ta' persuni li weħlu mit-teorija/prattika rispettivament f'dan l-istess perijodu kull xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gvern Ċentrali — Xogħol fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-triqat li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li huwa ppjanat li jsiru mill-ġdid jew ser isir manutenzjoni sħiħa fuqhom fix-xhur li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Konsulenti KOCKS

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2891 u jikkonferma li l-Water Services Corporation għandha l-konsulenti KOCKS fuq il-proġetti ta' l-impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ? X'inhu r-rwol ta' dawn il-konsulenti? Kemm jitħallsu fix-xahar dawn il-konsulenti? Meta se jintemm il-kuntratt tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li il-KSI għandha il-konsulenti KOCKS fuq il-proġett tat-tisfija tad-drenaġġ fin-nofsinhar ta’ Malta, fuq sistema ta’ mejnijiet u mina, bejn il-Marsa pumping station u r-Rinella u it-tiġdid tal-Marsa pumping station. Il-konsulenti huma responsabbli mill-istudji preliminari, disinn ta’ l-infrastruttura għal skopijiet ta’ tender u superviżjoni u assistenza lill-KSI fuq l-imsemmija proġetti. Jitħallsu € 12,907 kull xahar u l-kuntratt jintemm f’Jannar ta’ l-2009.

Għawdex — Polishing Plant

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2893 u jgħid meta tlesta u meta beda jaħdem il-polishing plant f'Għawdex? Kemm kien il-budget ta' dan il-proġett u kemm fil-fatt ġie jiswa? Kemm ġie prodott ilma sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Impjant ta' Sant Antnin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2894 u ċioe': B'referenza għall-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f'Sant Antnin, jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar tnax-il xahar kemm ġie trattat drenaġġ u kemm ġie mogħti ilma second class lill-bdiewa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ drenaġġ li ġie trattat kien jammonta għal 1,524,000m3 . Filwaqt li l-ammont tal-ilma li ġie mogħti lil-bdiewa bħala ‘second class’ kien ta’ 1,070,000m3.

Esperti tat-toroq Ġermaniżi

Question

Issa li l-kuntratt ta' l-esperti tat-toroq Ġermaniżi ġie mwaqqaf, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2895 u jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex xi konsulenti barranin oħrajn jaħdmu f'dan is-settur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li wara li fl-aħħar ta' Diċembru 2008, jintemm il-kuntratt tal-konsulenti li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, l-ADT ma jkollhiex konsulenti barranin oħra f'dan is-settur.

Ċirkewwa terminal

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 2898 u jgħid jekk saritx l-applikazzjoni lill-MEPA għad-disinn rivedut għall-proġett tat-terminal fiċ-Ċirkewwa? Jekk fl-affermattiv, f'liema stadju waslet din l-applikazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Xewkija - Triq Ċanga - Humps

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Ċanga, Xewkija, Għawdex li ħafna minnhom huma anzjani qed jilmentaw għax qed jgħaddu l-karozzi b'ċertu velocità u li qed joħloq perikolu għal dawn l-anzjani, jista' l-Ministru jara jekk issirx sinjaletika li tgħid lis-sewwieqa jnaqqsu l-velocità u anke jiżdiedu l-humps f'din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Kors tal-MSc

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport hux fi ħsiebha tibqa' tissapportja l-kors tal-MSc fid-disinn tat-toroq mill-Università ta' Malta issa li l-esperti mill-GDZ ser jispiċċalhom il-kuntratt? Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, jista' jgħid kif ser ikun assigurat li l-pajjiz ikollu numru ta' periti speċjalizzati fid-disinn tat-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kors tal-MSc li għaddej bħalissa u li għandu jkun konkluż f'Ġunju 2009, ser jibqa' jkun iffinanzjat mill-ADT.

Tarxien — Triq Żejtun/Church Street - Bus Shelter

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir bus shelter fi Triq Żejtun/Church Street Tarxien li issa li ser tibda x-xita lanqas jkun hemm fejn jistkennu n-nies? X'inhu jżomm il-Gvern li dan isir?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Msida — Valley Road - Tindif ta' Spralli u Drenaġġ

Question

No question text.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ispralli tad-drenaġġ fi Triq il- Wied l-Imsida jfuru meta tagħmel ix-xita għaliex ħafna djar għandhom l-ilma tal-bjut u btieħi tagħhom mqabbad illegalment mas-sistema tad-drenaġġ. Il-Korporazzjoni tara li tnaddaf skond il- bżonn.

Mosta — Triq San Ġużepp - manutenzjoni tar-roundabout

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser ssir l-manutenzjoni madwar ir-roundabout li hemm qabel ma' tinżel in-niżla ta' San Ġużepp hekk kif tlaqt Triq il-Kostituzzjoni ġewwa l-Mosta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT ser tagħmel stimi tax-xogħlijiet biex din it-triq tiddaħħal fil-lista tal-prijoritajiet sabiex tkun tista ssir fil-futur qarib.

Żwieġ bir-reġistru u bil-knisja — Separazjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li żżewgu bir-reġistru biss u bil-knisja u reġistru bejn Jannar u Settembru 2008? Jista' jgħid kemm bdew proċeduri ta' separazzjoni fl-istess perjodu? Kemm fil-fatt kopji isseparaw fl-istess perjodu f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ koppji li żżewġu f’Malta bejn Jannar u Settembru 2008 huwa kif ġej: Reġistru Knisja u Reġistru 601 1088 Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Power generation — Efficiency

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-efficiency preżenti fil-power generation u kemm suppost tkun?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-effiċjenza preżenti tal-power generating plant hija: Marsa 27% Delimara Steam 32% Delimara CCGT 40% (ibbażata fuq 2-shift) Delimara CCGT 46% (ibbażata fuq base load) L-effiċjenza tal-impjant ta’ Delimara hija skond id-disinn tal- generating units waqt li dak tal-Marsa kieku kundizzjoni ‘ġdida’ l-efficjenza kienet tkun inqas minn 30%.

Smart City

Question

Jista' l-Ministru jgħid Smart City b'kollox kemm ser ikollu bżonn persentaġġ mill-generation capacity nazzjonali ta' pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-load attwali li qiegħed ikkwotat għal Smart City huwa anqas minn 3.6% tal-installed capacity preżenti f'pajjiżna.