Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mellieħa u x-Xewkija Għawdex — Micro Enterprise Parks

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-iżvilupp ta' żewġ Micro Enterprises Parks ġewwa l-Mellieħa u x-Xewkija Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ż-żewġ applikazzjonijiet qed ikunu ipproċessati mill-MEPA.

Ministeru tal-Finanzji, l-Ekonomija u Investiment — Ħaddiema abbażi ta' kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali li fil-preżent jaħdmu abbażi ta’ kuntratt fl-Uffiċċju tal-Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Freeport — traffikar ta' bullets f'containers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11432, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk apparti mill-każ riċenti fejn instabu containers b'bullet casings fil-Freeport, il-Gvern fix-xhur mgħoddija kellux każi oħra fejn irċieva intelligence reports minn gvernijiet barranin dwar traffikar simili? Jekk iva, f'liema każi u x'kien l-eżitu min-naħa tiegħu? Liema kienu l-pajjiżi konċernati f'kull każ? Kien hemm każi fejn sar ship boarding fuq vapuri reġistrati f'pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fix-xhur imgħoddija d-Dwana ma rċeviet l-ebda intelligence report minn gvernijiet barranin dwar traffikar simili. Dwar ship boarding, d-Dwana qatt ma kienet involuta f’azzjoni simili.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — emails

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-time frame li fih għandha tingħata risposta, imqar b'acknowledgement, lill-emails li jintbagħtu lill-uffiċjali fil-Ministeru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'inhi r-raġuni għaliex xi emails iridu jgħaddu ħafna ġranet sabiex tingħatalhom risposta jew acknowledgement?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Xewkija — Qasam Industrijali - prodotti li jipproduċu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpaniji bdew joperaw fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex minn Marzu 2008 sal-lum? X’tip ta’prodotti jipproduċu? Meta bdew joperaw f’dan il-qasam? Kemm kienu jħaddmu impjegati (i) qabel bdew joperaw f’dan il-qasam fejn hu l-każ, (ii) meta bdew joperaw f’dan il-qasam, u (iii) kemm qed iħaddmu nies illum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kumpanija waħda bdiet topera fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija Għawdex minn Marzu 2008 sal-lum. Din taqa’ taħt is-settur ta’ l-istampar u software development. Rigward il-parti tal-mistoqsija fejn qed jiġi mitlub in-numru ta’ ħaddiema li jħaddmu dawn il-kumpaniji nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Industrija tal-manifattura — dħul medju ta' kull ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għal ras fis-settur ta’ l-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament fl-2008 fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000? Kemm kienu l-ħaddiema f’dan is-settur f’Malta u f’Għawdex separatament fl-istess sena? Jista’, fejn hu possibbli, jagħti wkoll l-istess tagħrif għas-sotto-setturi ta’ dan is-settur?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dħul medju għal kull ħaddiem ras għal ras fis-settur ta’ l-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament għall-2008 tista tinħadem wara r-release tal-GDP reġjonali ta’ Diċembru. Id-data mitluba ma tinħadimx fi prezzijiet kostanti.

Għawdex — Employment Aid Grant Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta bdiet titħaddem l- Employment Aid Grant Scheme għall-kumpaniji li joperaw f’Għawdex? Kemm kumpaniji Għawdxin ibbenefikaw minn din l-iskema kull sena sal-lum? Kemm impjiegi ġodda nħolqu taħt din l-iskema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2007, il-Malta Enterprise u l-ETC kienu ħabbru l-iskema Gozo Employment Aid fejn min iħaddem ħames impjegati li jkunu kklassifikati taħt il-kategorija ta’ Disabled and Disadvantaged jingħata nofs il-paga ta’ sena ta’ l-impjegat imsemmi bħala inċentiv. Mis-sena 2008, dan l-inċentiv ġie mwessa’ billi tneħħa l-limitu ta’ ħames impjegati. Taħt din l-iskema ġew approvati disgħa u disgħin intrapriza ġewwa Għawdex u l-ammont totali ta’ assistenza approvata kien €1,310,438 għall-ħolqien ta’ mitejn, erbgħa u sittin impjieg ġdid. Dan l-inċentiv jitħallas lil min iħaddem wara sena minn meta jkun impjega l-persuna kkonċernata. Sa’ Settembru 2009, l-assistenza mħallsa tammonta għal €630,967 għar-rigward ta’ mija, sitta u għoxrin impjieg. Il-bilanċ pendenti mistenni jitħallas fix-xhur li ġejjin. Minn Jannar tas-sena 2009, din l-iskema għaddiet kompletament għand l-ETC. Filwaqt li l-iskema infetħet għal-kumpaniji Maltin u Għawdxin, issa qegħda tiġi iffinanzjata parzjalment taħt il-European Social Fund.

General Accounting Principles for Small Enterprises

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar 12-il xahar iddaħħlux il-General Accounting Principles for Small Enterprises sabiex jitħaffef il-piż żejjed li qiegħed jintefa' fuq dawn l-intrapriżi permezz tal-International Financial Reporting Standards?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l- General Accounting Principles for Smaller Entities daħlu fis-seħħ fl-ewwel ta’ Jannar 2009 permezz tal- Avviż Legali numru 51 tal-2009 maħruġ taħt l-Accountancy Profession Act ippubblikat fis-suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern datata 24 ta’ Frar, 2009.

Upgrading ta' Żoni Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar matul is-sena 2008 bħala upgrading taż-żoni industrijali? X'kien ix-xogħol li sar u fejn? X'kienet l-ispiża separatament għal kull żona industrijali? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għas-sena 2009 bejn Jannar u l-aħħar ta' Settembru?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sussidji li tneħħew

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk is-sussidji li tneħħew matul din is-sena li ninsabu fiha?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2009, kif jidher ukoll fl-Estimi Finanzjarji għas-sena, tneħħa s-sussidju lill-Malta Shipyards Ltd. Fl-2008, dan kien ta’ €4.65 miljun, apparti l-iskemi speċifiċi li ħarġu f’dan il-qasam.

International Competitivness — kumpaniji li applikaw

Question

Jista' l-Ministrun jgħid kemm intnefqu flus taħt l-iskema tal-international competitiveness? Min ibbenefika minn din l-iskema? Kien hemm persuni jew kumpaniji li applikaw u ma ġewx mgħejjuna? Jekk fl-affermattiv, x'kienu r-raġunijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Enterprise ħarġet żewġ sejħiet għall-proġetti taħt l-iskema ERDF International Competitiveness Grant Scheme. Fl-ewwel sejħa kien hemm 56-il intrapriża li applikaw għal fondi u minnhom ġew approvati 30 intrapriża. Dawn l-intrapriżi joperaw f’oqsma varji tas-settur tal-manifattura u s-servizzi. B’kollox ġew allokati madwar €1.95 miljun bejn dawn 30 intrapriża. Il-Malta Enterprise nediet sejħa oħra ta’ applikazzjonijiet f’nofs din is-sena u rċeviet 69 applikazzjoni għall-fondi. Il-Malta Enterprise bħalissa qegħda fil-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ dawn il-proġetti u huwa maħsub illi taħt din is-sejħa se jiġu allokati madwar €2.5 miljuni. Fil-każ ta’ din l-iskema jista’ jkun li ma jerġax ikun hemm sejħa oħra, kemm-il darba l-fondi jittieħdu kollha. F’kull sejħa jkun hemm ammont ta’ applikanti li ma jiġux mgħejjuna minħabba raġunijiet ta’ eliġibilità u kull każ hu uniku. Dawn l-applikanti jiġu mgħarrfa bir-raġunijiet għaliex l-applikazzjoni tagħhom ma ġietx milqugħa.

Xogħlijiet infrastrutturali fuq fabbriki ġodda u fabbriki eżistenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-€124 miljun allokati għal xogħlijiet infrastrutturali, kemm intnefqu għal bini ta' fabbriki ġodda jew fuq fabbriki eżistenti separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara l-mistoqsija tiegħu u jgħid għal-liema €124 miljun qed jirreferi.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kirjiet ta' għamara, pitturi u pjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi kirjiet ta' għamara u/jew pitturi u/jew pjanti mill-uffiċċju tiegħu u dekasteri oħra li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jinfurmani fid-dettall xi flejjes qed jitħallsu għal dawn il-kirjiet separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara l-mistoqsija tiegħu u jgħid għal-liema perjodu qed jirreferi.

Ħwienet tal-logħob

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-indirizzi tal-ħwienet tal-logħob kollha li hawn f'Malta u f'Għawdex (qabel ma dawn ġew magħluqa), inkluż in-numri ta' magni f'kull ħanut?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ħ'Attard — żoni industrijali - ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm intrapriżi joperaw f'żoni industrijali ta' Ħ'Attard? Kemm iħaddmu nies magħhom dawn l-intrapriżi? Jista' jara li jsir masterplan għal dawn iż-żoni industrijali u li jsir xogħol ta' upgrading u tiswija ta' toroq għax ilhom fi stat mitluq u diżastrużi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm 16-il intrapriża jaħdmu miż-żona industrijali amministrata mill-Malta Industrial Parks f’ Ħ'Attard. Dawn l- intrapriżi jħaddmu total ta’155 ħaddiem1. Rigward upgrading ta’ Attard kien hemm tender għar-resurfacing li ġie evalwat u dalwaqt ikun sottomess għal approvazzjoni. 1 ETC Data as at June 2009 and include FT and PT

dipartimenti, kumpaniji parastatali u oħrajn — ħlas ta' kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm dipartimenti, kumpaniji parastatali u oħrajn li għalihom titħallas kirja u kemm titħallas għal kull waħda?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara l-mistoqsija tiegħu.

Gaming Authority — liċenzji lil individwi, kumpaniji u organizzazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ individwi, kumpaniji u organizzazzjonijiet li ngħataw il-liċenzja mill-Gaming Authority biex joperaw post fejn jinżammu kaxxi tal-logħob u apparat ieħor għal-logħob tal-azzard?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1932.

Bliet u rħula — lista għal kaxxi tal-logħol u appart ta' logħob tal-azzard

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa ta’ kemm fl-ibliet u fl-irħula differenti ta’ Malta u Għawdex, post b’post, hemm min għandu liċenzja biex jopera post bil-kaxxi tal-loghob u ta’ apparat ieħor ta’ logħob tal-azzard ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar xhur, il-Gvern flimkien ma’ l-Awtorità li tirregola l-logħob, kien għaddej bi proċess ta’ reviżjoni tal-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mas-settur tal-logħob land-based. Din ir-reviżjoni, li waslet lejn l-aħħar tagħha, tinvolvi bidliet f’regolamenti u liġijiet eżistenti, kif ukoll introduzzjoni ta’ liġijiet u regolamenti ġodda. Il-proposti ser jagħmlu possibbli li dawk l-aspetti li ma kienu kontemplati taħt il-liġijiet preżenti, jkunu nklużi. Kif diġà ħabbarna, filwaqt li l-proposti ser jgħidu kif l-industrija għandha tiġi regolata, dawn ukoll ser jinvolvu ukoll kif il-ġugatur u l-operatur għandhom jaħdmu sabiex ikollna logħob ġust u trasparenti. L-età minima, post, riklamar, kif ukoll l-ammont ta’ magni ġewwa kull stabbiliment, huma ftit mill-aspetti li ser ikunu regolati. Il-protezzjoni tal-minuri u ġugaturi vulnerabbli huma ukoll priorita’ għall-Awtorità u għalhekk ser ikun hemm enfażi speċjali għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-obbligu tal-operatur li jara li persuni taħt l-eta minima ma jitħallewx jidħlu ġewwa l-istabbiliment, kif ukoll li l-obbligi lejn persuni li volontarjament ikunu jridu li ma jitħallewx jilgħabu, jiġu mħarsa. Il-Gvern huma kommess li ma jħalli lill-ħadd jopera b’mod illegali, anki jekk kien hemm min ħa vantaġġi minn ċerti aspetti legali li ma kinux ċari. Filwaqt li meta jidħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda, kull liċenzja tkun suġġetta għal-skrutinju mill-Awtorità, preżentament, il-Gvern ta’ struzzjonijiet lil diversi entitajiet sabiex minnufih jagħlqu dawk il-ħwienet li m’għandhomx permessi u għalhekk huma illegali.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — family friendly measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'family friendly measures qed jitħadmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid hemmx faċilità ta' childcare fl-istess dipartimenti għat-tfal tal-ħaddiema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.