Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Impjant għat-trattament tad-Drenaġġ

Question

B'referenza għall-proġett ta' bini ta' impjant għal trattament tad-drenaġġ f'Għawdex, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3200, 2892 u jgħid meta tlesta dan il-proġett u meta beda jaħdem? Kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa lill-gvern? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm ġie prodott ilma trattat (second class water) sal-lum u x'sar minnu dan l-ilma? Dan l-ilma hekk ittrattat x'użu jista' jkollu? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?

Response (GATT, AUSTIN)

Għall-ewwel tlett mistoqsijiet nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-PQ 372. Ninsab infurmat li għad fadal jitħallsu madwar Eur.0.68 miljun f'varjazzjonijiet, fiċ-ċifra msemmija. L-impjant għandu l-kapaċita li jitratta medja ta’ 6,000 metri kubi ta’ drenaġġ kuljum. S’issa ġew prodotti 0.54 miljun metri kubi ta’ ilma ittrattat minn meta beda jopera, liema ilma intefa’ l-baħar. Il-KSI qed ikollha taħditiet ta’ kif tista tutilizza dan l-ilma mall-Ministeru t’Għawdex, fosthom fil-qasam ta’ l-Agrikoltura u l-Industrija. L-impjant jikkonsma medja ta’ 3,000 kwh kuljum.

Ħamrun — Triq Wenzu Dyer - Bini tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3033 u 2580 u jara li Triq Wenzu Dyer fil-Ħamrun, tiġi inkluża fost it-toroq residenzjali li jridu jinbnew fiż-żmien li ġej?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-triq żdiedet mal-lista tal-2006 fl-aħħar tal-2007. Madanakollu, qabel jibdew ix-xogħlijiet, irid jispiċċa proċess ta’ espropjazzjoni ta’ biċċa mit-triq għan-nom ta’ terzi persuni.

Kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma — refund

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3056 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienu u liema kienu dawk l-għaqdiet li matul is-snin 2006 sal-lum, ħadu refund ta' żewġ terzi tal-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma u kemm kien l-ammont li ġie rifuż lil kull għaqda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infratruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Parental Leave - Irġiel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3212, 3018 u 2740 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq parental leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Liċenżji tal-VRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies/ kumpanniji f'Malta li għandhom liċenzja li jagħmlu l-VRT? Kemm jirriżulta minn dawn il-persuni kollha/ kumpanniji indikati li qatt ġew ikkundannati dwar xi ħaġa mill-qrati in konnessjoni max-xogħol tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn in-nies/kumpanniji kellhom il-liċenzja tagħhom imħassra jew sospiżi u jindika d-dettalji?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi — Triq l-Imdina - Traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-traffic lights fi Triq l-Imdina (faċċata ta' Triq Dun Gorg Fenech) f'Ħal Qormi wara li kienet saret il-pjanta u kellhom jinħarġu t-tenders min-naħa ta' l-ADT?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT ġa għandha proposta approvata u l-Awtorita' ser timplimentaha matul is-sena d-dieħla.

Ħal Qormi — Triq is-Sebħ - Footway Bridge

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-footway bridge imwiegħed mill-Gvern fi Triq is-Sebħ f"Ħal Qormi li suppost kellu jinbeda f'Awwissu 2007? Jista' jgħid jekk dan il-proġett għadux fil-pjan tal-Gvern u jekk le, jista' jghid jekk hux se ssir xi ħaġa oħra minflok?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ħaddiema impjegati part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati fuq bażi part-time mal-entitajiet governattivi? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema li ilhom part-time għal iktar minn tliet snin u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu ingaġġati full-time?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata aktaar tard.

Fallback position

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju l-persuna indikata separatament li qabel l-elezzjoni tat-8 ta' Marzu 2008, kien jokkupa l-grad ta' system analyst (kuntratt ta' xogħol) u li kellu bħala fallback position il-grad ta' analyst programmer 2, ġie mogħti permess ibiddel il-fallback position tiegħu għal Manager tal-Water Services Corportation, mingħajr ma nħarġet call for application għat-tali posting? Kemm-il fallback position tbiddlet mill-1 ta' Jannar 2008 sat-8 ta' Marzu 2008 u x'kienu l-fallback positions preċedenti għal dawk attwali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fl-01 ta’ Settembru 2007 il-Korporazzjoni Għas-Servizzi ta’ l-Ilma ġeddet il-Performance Agreement tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, li ilha mpjegata mal-Korporazzjoni mill- 04 ta’ April 1994, sabiex taqdi d-dmirijiet ta’ Sytems Analyst b’salarju ekwivalenti għal skala ta’ salarju numru 6. Il-Korporazzjoni użat il-proċedura fejn impjegati li kellhom grad ta’ nominklatura differenti mill-gradi tal-Ftehim Kollettiv, li hemm bejn il-KSI u l-GWU, ġew assimilati fi gradi analogi kif elenkat fl-istess Ftehim. Il- fallback position ma nbidletx mill-01 ta’ Settembru 2007.

Żebbuġ — Venda tal-Karozzi tal-Linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-venda tal-karozzi tal-linja f'Haż-Żebbuġ tiċċaqlaq minn fejn hi? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li r-rotta tal-istess karozza fl-istess lokalita' tinbidel bl-iskop ewlieni li jintlaħqu aktar partijiet mil-lokalità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent qed isr studju għal rotot aħjar tat-trasport pubbliku. Il-kunsiderazzjoni li qed isemmi l-Onor. Interpellant qed tkun wkoll ikkunsidrata.

Awtorità dwar it-Trasport — Sight-seeing passenger tour service

Question

B'referenza għaż-żewġ tenders li kienu ħarġu mill-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta għal Concession for the provision of a sight-seeing passenger tour service open-top buses għal Tour A - North Route u għal Tour B - South Route, fil-21 ta' Marzu 2006 li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, illi ngħataw lil operatur uniku, jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kuntratti li kienu ffirmati mill-imsemmija Awtorità mal-operatur? Ir-referenza għat-tender qed tingħata separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Prezz taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jindikalna l-prezz taż-żejt (brent f'USD kull barmil) li fuqu bbaża l-kalkoli tiegħu li l-Enemalta jkollha bżonn tirkupra €305 miljun u li fuqha hija ibbażata Proposta 6 għar-reviżjoni ta' tariffi ta' dawl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Prezz taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jindikalna wkoll il-prezz taż-żejt kull barmil Brent fi $ li fuqu ġiet ibbażata Proposta 5, hekk kif prenotata mill-KPMG sabiex l-Enemalta jkollha bżonn tirkupra nefqa ta' €365.4 kif kien ġie indikat fil-preżentazzjoni tal-Ministru waqt laqgħa ta' l-MCESD fit-23 ta' Ottubru, 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Siġġiewi — Triq Dun Ġużapp Aquilina - surge fid-dawl

Question

Peress li xi żmien ilu r-residenti fi Triq Dun Ġużepp Aquilina fis-Siġġiewi soffrew surcharge fid-dawl bil-konsegwenza illi ħafna mill-appartamenti soffrew ħsara, jista l-Minsitru jgħid x'kumpens ser tagħti l-Enemalta lil min sofra danni?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija nru. 2926.

San Pawl il-Baħar u Mellieħa — Uffiċju Distrettwali

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex l-uffiċju distrettwali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar tas-servizzi soċjali ġie trasferit għall-post ieħor? Jista' jgħid jekk sarx studju qabel ma ntgħażel dan il-post ħalli jara jekk huwiex sejjer joħloq iktar inkonvijent għall-anzjani u nies li jiġi bżonn s-servizzi li jagħti minħabba li t-transport pubbliku huwa inqas frekwenti f'din iż-żona ġdida? Beħsiebu l-Ministru jitlob arranġament speċjali fit-trasport pubbliku ħalli dan l-inkonvenjent jispiċċa?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex għall-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija, jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. Ninsab infurmat li dwar is-servizz tat-Trasport Pubbliku, l-ADT ma rċeviet l-ebda talba, la mill-Kunsill Lokali u lanqas minn individwi, għal arranġamenti speċjali f'dan ir-rigward.

Korporazzjoni Enemalta — applikazzjonjiet tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Enemalta daħħlitx xi sistema ġdida dwar l-applikazzjonijiet tad-dawl, fis-sens li fil-każi fejn l-applikazzjoni tkun tikkonċerna bini li qiegħed l-ODZ, l-applikazzjoni trid tgħaddi mingħand il-financial controller tal-Enemalta qabel ikun jista' jingħata s-servizz tad-dawl? Kemm hemm applikazzonijiet bħal dawn għand l-Enenmalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.