Jista' l-Ministru jgħid kemm saru trade missions għall-imprendituri Maltin ħalli jkunu jistgħu jidentifikaw swieq ġodda bejn Jannar u Settembru 2009? Kemm kienet in-nefqa għal kull mission?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn Jannar sa Settembru kellna 4 trade missions organizzati mill-Malta Enterprise:
Jannar Polonja €23,797
Marzu Praga €19,294
Awwissu Qatar €17,670
Settembru-Ottubru Svezja u Danimarka €26,655
Membri tal-Kummissjoni li qed jistħarrġu spejjeż żejda
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kummissjoni li qed tistħarreġ spejjeż żejda li s-settur pubbliku qed jgħaddi fuq in-negozji? Meta bdiet taħdem din il-Kummissjoni u jekk għamlitx xi suġġerimenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni fuq l-Kummissjoni ħa titħabbar dalwaqt.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11253, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk iċ-ċittadin Malti għandux dritt iħallas lura bolol għall-perjodi neqsin peress li, per eżempju, wieħed ikun irriżenja mix-xogħol u jkun sab xogħol ieħor xi tliet xhur wara?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Uffiċċju tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmul l-Uffiċċju tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari? X'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-persuni li ġejjin huma ingaġġati b’secretariat contract fis-Segretarjat tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment:
· 1 Head of the Minister’s Secretariat
· 1 Private Secretary to Minister
· 1 Deputy Head of the Minister’s Secretariat
· 1 Communications Co-ordinator
· 2 Policy Co-ordinators
· 7 Secretariat Officer
· 3 Secretariat Pool
· 1 Messenger
· 2 Personal Driver/Security Officer
L-uffiċjali ingaġġati b
’secretariat contract
fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari huma:
· 1 Head of the Parliamentary Secretary Secretariat
· 1 Private Secretary to the Parliamentary Secretary
· 1 Communications Coordinator
· 2 Secretariat Officers
· 1 Secretariat Pool
· 1 Messenger/Charwoman
· 2 Personal Drivers/Security Officers
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika dwar kemm kien hemm każi ta’ separazzjonijiet u annulamenti taż-żwieġ f’dawn l-aħħar għaxar snin sena b’sena? Jista' jinkludi wkoll proċeduri ta’ separazzjoni quddiem il-qrati Maltin li għadhom ma ġewx finalizzati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni dwar separazzjonijiet u annullamenti reġistrati li tista’ tinkiseb mill-NSO hija dik mis-sena 2007 ‘il quddiem kif ġej:
Separazzjonijiet u annullamenti reġistrati:
Sena
Separazzjonijiet
Annullamenti
2007
637
167
2008
519
188
Sors: Demographic Review 2007, 2008
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni dwar proċeduri ta’ separazzjoni quddiem il-qrati Maltin li għadhom mhumiex finalizzati ma tinġabarx mill-NSO. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistqosija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — metodoloġija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'metodoloġija tintuża mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika sabiex tinġabar statistika dwar l-industrija tal-kostruzzjoni? Jista' jgħid b'liema sekwenza tinġabar din l-istatistika? Jekk il-metodoloġija tinkludi questionnaires, jista' jgħid x'inhi l-perċentwali ta' dawk li jagħżlu li jirrispondu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-metodoloġija li tintuża għall-ġbir tal-istatistika dwar l-industrija tal-kostruzzjoni hija skond ESA95 li hija l-metodologija li fuqha hija ibbażata l-istatistika tal-Unjoni Ewropeja. L-istatistika ta’ din l-industrija tinġabar parzjalment mill-SBS surveys li jinħadmu darba fis-sena. Il-perċentwali ta’ dawk li jirrispondu hija madwar it-tmenin fil-mija. Jintużaw ukoll annual accounts li jiġu pubblikati mill-kumpaniji tal-kostruzzjoni. L-informazzjoni dwar statistiska tal-gvern fuq kostruzzjoni tinġabar kull tlett xhur mid-Departmental Accounting System (DAS) tat-Teżor.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha bordijiet tal-appell f'materji ta' dixxiplina l-Air Malta u meta nħatru? Min huma l-membri ta' dawn il-bordijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tal-Appell f’materji ta’ dixxiplina ġewwa l-Air Malta huwa mwaqqaf skond il-ftehim kollettiv li l-kumpanija għandha mal-Unions li jirraprezentaw il-ħaddiema fis-setturi diversi. Skond il-ftehim kollettiv, il-Bord huwa magħmul minn tlett persuni, li fosthom ikun hemm Chairman indipendenti u direttur tal-kumpanija.
Bħalissa l-kumpanija tuża s-servizzi ta’ żewġ persuni li jservu bħala Chairman tal-Bord tal-Appell.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Riċevimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti f'dawn l-aħħar ħames xhur oganizzati jew kordinati mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'kienet l-okkazjoni? Kemm kien hemm persuni mistiedna għal kull riċeviment? Kemm attendew? Kemm swiet l-okkazjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Industrija tat-Turiżmu — dħul medju ta' kull ħaddiem
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għal ras fis-settur ta’ l-industrija tat-turiżmu f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2000 ‘l hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000? Kemm kienu l-ħaddiema f’dan is-settur f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-istess snin? Jista’, fejn hu possibbli, jagħti wkoll l-istess tagħrif għas-sotto-setturi ta’ dan is-settur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi rigward statistika, it-turiżmu ma jeżistix bħala settur wieħed, iżda jifforma parti min-numru ta’ setturi oħrajn. Barra minn hekk, il-kumpens tal-ħaddiema bħala komponent tal-Prodott Domestiku Gross ma jinħadimx fuq bażi reġjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja fis-sena għal kull ħaddiem tal-Valur Gross Miżjud kull sena fl-2007 u fl-2008 fl-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista jagħti dan it-tagħrif fi prezzijiet tas-suq kif ukoll fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000?
Response (FENECH, TONIO)
MALTA
NACE D
2007
GVA €'000
765,041
Ħaddiema Numru
24,436
GVA/ Ħaddiem €
31,308
GĦAWDEX
NACE D
2007
GVA €'000
28,225
Ħaddiema Numru
1,071
GVA/ Ħaddiem €
26,354
Id-
data
għall-2007 hija bhal dik ippubblikata fit-30 ta' Diċembru 2008 (NR 231/2008).
Id-
data
għall-2007 hija stima u tista' tinbidel.
Din l-informazzjoni għal-2008 tkun disponibbli wara r-release ta’ Diċembru. Dan it-tagħrif ma jinħadimx fi prezzijiet kostanti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja fis-sena għal kull ħaddiem tal-Valur Miżjud Gross kull sena fl-2007 u fl-2008 fl-industrija tat-turiżmu f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista’ jagħti dan it-tagħrif fi prezzijiet tas-suq kif ukoll fi prezzijiet kostanti ta-2000?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-turiżmu ma jeżistix bħala settur wieħed, iżda jifforma parti minn numru ta’ setturi oħrajn. Barra minn hekk, il-Valur Mizjud Gross maħdum fuq bażi reġjonali jinħadem fi prezzijiet tas-suq biss.
Jista’ l-Ministru jgħid meta bdiet titħaddem il-Cottage Industry Scheme għal attività ta’ din ix-xorta f’Għawdex? Kemm Għawdxin ibbenefikaw minn din l-iskema sal-lum? Kemm impjiegi ġodda nħolqu taħt din l-iskema? Kemm ħaddiema ġew impjegati taħt kull kategorija ta’ “ħaddiema żvantaġġjati"?
Jista’ l-onor Ministru jgħid meta bdiet titħaddem l-
Investment Aid Grant Scheme
għal kumpaniji li joperaw f’Għawdex? Kemm kumpanija Għawdxin ibbenefikaw minn din l-iskema kull sena sallum? X’għajnuna nagħtat kull kumpanija? Kemm impjiegi ġodda nħolqu taħt din l-iskema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l–Cottage Industry Scheme kienet waħda mill–iskemi li kienu qed jiġu kkunsidrati mill–Malta Enterprise imma l-għażla waqgħet fuq l-iskema bl–isem Gozo Employment Aid li d-dettalji fuqha qed jidhru hawn isfel:
Fis-sena 2007, il-Malta Enterprise u l-ETC kienu ħabbru l-iskema
Gozo Employment Aid
fejn min iħaddem ħames impjegati li jkun ikklassifikat taħt il-kategorija ta’
Disabled and Disadvantaged
jingħata nofs il-paga ta’ sena tal-impjegat imsemmi bħala inċentiv.
Mis-sena 2008, dan l-inċentiv ġie mwessa’ billi tneħħa l-limitu ta’ ħames impjegati. Minn Jannar tas-sena 2009, din l-iskema għaddiet kompletament għand l-ETC. Filwaqt li l-iskema nfetħet għall-kumpaniji Maltin u Għawdxin, issa qiegħda tiġi iffinanzjata parzjalment taħt l-
European Social Fund.
Taħt din l-iskema ġew approvati disa u disgħin kumpanija u l-ammont totali ta’ assistenza approvata kien €1,310,438 għall-ħolqien ta’ mitejn, erbgħa u sittin impjieg ġdid.
Dan l-inċentiv jitħallas lil min iħaddem wara sena minn meta jkun impjega l-persuna kkonċernata. Sa Settembru, 2009, l-assistenza mħallsa tammonta għal-€630,967 għar-rigward ta’ mija u sitta u għoxrin impjieg.
Il-bilanċ pendenti mistenni jitħallas fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar fl-aħħar 12-il xahar sabiex titwaqqaf entità waħda minn fejn tingħata l-għajnuna kollha u s-servizzi marbutin mal-interpriżi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-deċizjoni sabiex il-Malta Enterprise twaqqaf entità sabiex tindirizza l-bżonnijiet tal-industrija u l-intrapriża ttieħdet ftit tal-ġimgħat ilu, u għaldaqstant il-pjanifikar għat-twaqqif ta’ din l-entità għadu qed isir. Il-Malta Enterprise ser tkun f’pożizzjoni li tispjega aktar dwar it-twaqqif tal-entità fil-ġimgħat li ġejjin.
restawr ta' faċċati ta' binijet residenzjali — applikazzjonijet għall-iskema
Question
Jista' l-Ministrun jgħid fl-aħħar 12-il xahar kemm kien hemm applikazzjonijiet fl-iskema ta' darba għar-restawr tal-faċċati ta' binjiet residenzjali li nbnew qabel l-1950, bi preferenza għal dawk skedati, fil-qalba tal-ibliet u l-irħula? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet kienu aċċettati? Kemm hija s-somma ta' flus minfuqa issa fuq din l-iskema?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Għaqdiet volontarji — skema biex jingħataw lura 15.25%
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar 12-il xahar kenitx imnedija skema fejn l-għaqdiet volontarji fil-lokalitajiet jingħataw lura għotja ta' 15.25% fuq l-infieq tagħhom, korroborat bl-irċevuti fiskali? F'każ li iva, kemm kienu l-għaqdiet li bbenefikaw u kemm hija s-somma ta' flus involuta s'issa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skema għal-‘Għotjiet lill-Organizzazzjonijiet Volontarji fuq spejjeż marbuta ma’ Attivitajiet, Proġetti u Inizjattivi fil-lokalitajiet’, sabiex organizzazzjonijiet volontarji jkunu jistgħu jingħataw għotja ta’ 15.25% sa massimu ta’ Euro 5,000 fuq spejjeż konnessi ma’ attivitajiet, proġetti u inizjattivi li dawn l-organizzazzjonijiet jagħmlu fil-lokalitajiet għall-ġid tal-komunità kienet ġiet ippubblikata bħala Avviż Nru 21 fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta’ Jannar, 2009. Sal-lum ma applika ħadd għal din l-iskema.
Kopja ta’ din l-iskema tinstab fuq il-website tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.
Skema ta' Grants għar-riċerka u l-iżvilupp — kumpaniji li applikaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt l-iskema tal-grants għar-riċerka u l-iżvilupp? Min ibbenefika minn din l-iskema? Kien hemm persuni jew kumpaniji li applikaw u ma ġewx mgħejjuna? Jekk fl-affermativ, x'kienu r-raġunijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Enterprise ħarget l-ewwel sejħiet għall-proġetti taħt l-iskema ERDF R&D Grant Scheme fl-1 ta’ Ġunju 2009. Din is-sejħa għalqet fit-2 ta’ Ottubru 2009, li fiha l-Malta Enterprise irċeviet 27 proġett. Il-Malta Enterprise bħalissa qegħda tevalwa dawn il-proġetti u tkun f’pożizzjoni li tati aktar dettalji meta l-proċess ta’ l-evalwazjoni jkun intemm, lejn l-aħħar ta’ Novembru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt l-iskema tal-Innov Act? Min ibbenefika minn din l-iskema? Kien hemm persuni jew kumpaniji li applikaw u ma ġewx mgħejjuna? Jekk fl-affermativ, x'kienu r-raġunijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Enterprise ħarġet żewġ sejħiet għall-proġetti taħt l-iskema ERDF Innovation Actions (Innov Act) Grant Scheme. Fl-ewwel sejħa kien hemm 68-il intrapriża li applikaw għall-fondi u minnhom ġew approvati wieħed u għoxrin intrapriża. Dawn l-intrapriżi joperaw f’oqsma varji tas-settur tal-manifattura u s-servizzi. B’kollox ġew allokati madwar €1.76 miljun bejn dawn il-wieħed u għoxrin intrapriża.
Il-Malta Enterprise nediet sejħa oħra ta’ applikazzjoniet f’nofs din is-sena u rċeviet 74 applikazzjoni għall-fondi. Il-Malta Enterprise bħalissa qegħda fil-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ dawn il-proġetti u huwa maħsub illi taħt din is-sejħa se jiġu allokati madwar €2.2 miljuni. Fil-każ ta’ din l-iskema jista’ jkun li ma jergax ikun hemm sejħa oħra, kemm-il darba l-fondi jittieħdu kollha.
F’kull sejħa jkun hemm ammont sostanzjali ta’ applikanti li ma jiġux mgħejjuna minħabba raġunijiet ta’ eliġibilità u kull każ hu uniku. Dawn l-applikanti jiġu mgħarrfa bir-raġunijiet għaliex l-applikazzjoni tagħhom ma ġietx milqugħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt l-iskema tal-Small Start-Up? Min ibbenefika minn din l-iskema? Kien hemm persuni jew kumpaniji li applikaw u ma ġewx mgħejjuna? Jekk fl-affermativ, x'kienu r-raġunijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara l-mistoqsija tiegħu u jgħid għal-liema skema tal-Small Start-Up qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt l-iskema tal-E-business Development Grant? Min ibbenefika minn din l-iskema? Kien hemm persuni jew kumpaniji li applikaw u ma ġewx mgħejjuna? Jekk fl-affermativ, x'kienu r-raġunijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Malta Enterprise ħarġet żewġ sejħiet għal proġetti taħt l-iskema ERDF e-Business Development Grant Scheme. Fl- ewwel sejħa kien hemm tnejn u ħamsin (52) intrapriża li applikaw għal fondi u minnhom ġew approvati u mgħejjuna sebgha u għoxrin (27) intrapriża. Dawn l- intrapriżi joperaw f’oqsma varji bħas-settur tal-manifattura, is-settur tat-trasport, is-settur ta’ l-ICT, u servizzi oħra bħal edukazzjoni u media. B’kollox ġie allokat € 1.09 miljun bejn dawn l-intrapriżi.
Il-Malta Enterprise nediet sejħa oħra ta' applikazzjoniet f’nofs din is-sena u rċeviet 64 il applikazzjoni għal fondi. Il-Malta Enterprise bħalissa qeghda fil-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ dawn il-proġetti u huwa maħsub illi taħt din is-sejħa se jiġu allokati madwar €1.41 miljuni. Fil każ ta’ din l iskema jista` jkun li ma jergax ikun hemm sejħa oħra kemm-il darba l fondi jittieħdu kollha.
F’kull sejħa jkun hemm ammont sostanzjali ta` applikanti li ma jiġux mgħejjuna minħabba raġunijiet ta' eliġibilità, u kull każ huwa uniku. Dawn l-applikanti jiġu mgħarrfa bir-raġunijiet għaliex l-applikazzjoni tagħhom ma ġietx milqughħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie investit matul din is-sena minn Jannar sal-aħħar ta' Settembru f'upgrading ta' Żoni Industrijali? Liema kienu dawn iż-żoni u x-xogħlijiet saru fihom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11520.