Jista' l-Ministru jgħid meta hemm l-ħsieb li t-triq ta' Għajn Tuffieħa, jew aħjar it-triq li minn San Pawl il-Baħar tagħti għal Għajn Tuffieħa sejra tiddawwal, liema triq hija mudlama u ma tagħmilx ġieħ lil Malta mat-turisti li jkunu fi triqtom lejn Għajn Tuffieħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma teżisti l-ebda policy li bilfors kull triq trid tkun imdawwla. Filfatt anke barra minn Malta, bosta toroq bejn raħal u ieħor ma jkunux imdawwlin. L-ADT ser tikkunsidra interventi oħra biex tassigura sigurtà fuq din it-triq.
Jista' l-Ministru jgħid meta sejra ssir l-manutenżjoni meħtieġa fi Triq San Pawl tal-Qliegħa Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ser tagħmel it-tiswijiet li jkunu meħtiega f’din it-triq sabiex ma jkunx hemm periklu, madankollu l-istat li tinsab fih Triq San Pawl tal-Qliegħa hi waħda li tirrekjedi kostruzzjoni mill-ġdid. Din issir skond ir-riżorsi u l-prijoritajiet li jkollha l-Awtorita’ Dwar it-Trasport.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser issir l-manutenżjoni neċessarja fit-Triq il-Kbira Mosta fil-parti li tħalli Triq San Pawl tal-Qliegħa qabel ma' taqbad l-parti tal-bini fil-Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li li bħalissa għaddej xogħol ta’ servizzi mill-entitajiet. Ir-‘reinstatement’ tat-trinek jsir mill-istess kuntrattur appena jispiċċaw ix-xogħlijiet. Dwar il-bqija tat-triq l-ADT ħa tagħmel spezzjoni fuq is-sit u jsiru l-istimi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2438 li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk sarx xi progress fuq il-proġett għall-post fejn illum hemm il-groundPace Grasso? Jista' jgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-MEPA qiegħda tagħmel l-evalwazzjonijiet tal-full development application relatata ma' dan il-proġett imsemmi li jikkonsisti f'appartamenti residenzjali, sheltered housing, polyclinic, underground Car Park u sports facilities li jinkludu football pitch.
Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti ta' mistoqsija parlamentari 2213 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm households f'Malta u Għawdex li ma jħallsux surcharge?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kull household f'Malta u Għawdex tħallas surcharge. Pero' xi housholdsjirċievu "Energy Benefit Vouchers" mill-Ministeru għall-Politika Soċjali li jservu biex titħallas parti mill-kont tad-dawl u ilma.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' "public service garages" li kienu liċenzjati fl-aħħar tal-1998, 2003 u Settembru 2008 rispettivament?
Kemm kien, fl-istess dati, in-numru ta' karozzi reġistrati bħala K plates, QZ plates, VY plates, GY plates, MY plates u CY plates fuq dawn l-istess garages?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar n-numru ta' talbiet pendenti għall-installazzjoni ta' pelican lights f'Malta u f'Għawdex? Kemm hemm talbiet li huma approvati li iżda, l-pelican lights għadhom mhux mwaħħla? Fejn jinsabu u x'inhi r-raġuni għal dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li għandhom liċenzja biex isuqu trakkijiet ta' aktar minn għaxar tunnellati: mini buses, buses, coaches u taxis rispettivament fl-aħħar ta' Settembru 2008? Kemm kienu l-istess tip ta' liċenzji fl-aħħar ta' l-2006 u l-2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Awtorità Marittima u l-Gozo Channel — Kuntratt ta' Kera
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2390 u jgħid jekk sarx xi kuntratt ta’ kera (Harbour Agreement) bejn il-Gvern/l-Awtorità Marittima u l-Gozo Channel għat-terminals tal-passiġġieri, tal-marshalling areas u tal-parkeġġi fil-portijiet taċ-Ċirkewwa u ta’ l-Imġarr Għawdex? Jekk sar kuntratt, meta sar u għal liema terminu ta’ żmien? X’inhu l-valur tal-kera u fuq liema kriterji ġiet stabbilita? Huwa kkontemplat li l-kera tiġi riveduta meta jitlestew il-faċilitajiet kollha taċ-Ċirkewwa? Jista’ jekk jogħġbu jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Għawdex — Estensjoniji tal-fdalijiet fil-portijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'sar u kemm intnefqu flus matul 2007 u matul din is-sena separatament fuq l-estensjoni tal-fdalijiet fil-portijiet f'Għawdex biex ikunu jistgħu jidħlu cruise liners f'Għawdex?
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2527 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kient fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġieba għal mistoqsija parlamentari 2331, jista' l-Ministru jindika fuq pjanta l-partijiet fejn hemm it-toqob għall-ilma tax-xita fil-parti tat-triq li ndikajt? Jista' fl-istess ħin jagħti indikazzjoni ta' fejn suppost qed jispiċċa l-ilma tax-xita li jgħaddi minn dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tlett ritratti u pjanta. Ninsab infurmat li l-ilma jispiċċa fis-Salini.
Jista’ l-Ministru jara jekk jistax jiżdied id-dawl fid-daħla għal Ta’ Qali minn Triq id-Durumblat peress li din tintuża minn numru kbir ta’ persuni li tard bil-lejl jew kmieni filgħodu jmorru jagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju fiziku bħal mixi jew jogging?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet fejn saret bidla fir-rekords uffiċjali ta’ individwi fir-Registru Pubbliku, wara talba li tkun saret mill-istess individwu, fejn is-sess ta’ dan l-individwu ġie mibdul għal wieħed differenti minn dak li jkun twieled bih l-istess individwu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mis-sena 2001 'l hawn, kien hemm ħmistax (15)-il każ fejn saret bidla fis-sess ta' individwi fir-rekords uffiċċjali fir-Reġistru Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid liema ligi tigi applikata biex persuni li jkunu għaddew minn operazzjoni ta’ gender re-alignment ma jkunux jistgħu jiżżewwġu lil persuni tas-sess oppost galadarba l-istat jagħraf uffiċjalment l-istatus ġdid tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma l-fatt illi ż-żejt rapportat li nxtered kien ta' madwar 131,000 tunnellata u mhux kif ġie rapportat?
Jista' jgħid kemm sewa dan il-fuel mitluf u min se jħallas għalih?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamnetari 3199 u 2890 u jikkonferma li l-Water Service Corporation għandha l-konsulenti COWI fuq il-proġetti ta' l-impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ? X'inhu r-rwol ta' dawn il-konsulenti? Kemm jitħallsu fix-xahar? Meta se jintemm il-kuntratt tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratt fis-seħħ mal-konsulenti COWI ikopri superviżjoni u assistenza teknika fuq l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fit-tramuntana ta’ Malta. Jitħallsu € 24,500 kull xahar. Il-kuntratt jintemm f’Novembru 2008, wara li jitlestew it-testijiet neċessarji kollha fuq l-impjant.