B'riferenza għall-allegat nuqqas fiċ-ċertifikazzjoni tal-ħadid li ntuża fil-Bridge Manwel Dimech, jista' l-Ministru jgħid x'testijiet qiegħda tagħmel jew se tagħmel l-ADT sabiex taċċerta li l-bridge hu b'saħħtu biżżejjed sabiex jiflaħ il-piż li ġie ddisinjat għalih?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT għandha konferma mingħand is-Supervizuri illi saru kalkoli strutturali minn naha tal-istess Supervizuri bbazzati fuq ir-rizultati tal-post tensioning bil-mod kif ġie ezegwit waqt ix-xogħol. Minn dawn il-kalkoli, is-Supervizuri ikkonfermaw illi l-Pont għandu s-saħħa biex jiflaħ it-traffiku li ġie ddissinjat għalih. Minbarra hekk, saret spezzjoni fuq l-istruttura tal-Pont skond l-Istandard DIN 1076 li huwa Standard Ġermaniż bl-isem “Highway Structures – Testing and Inspection”, li wkoll ikkonferma dan.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlametari 2873, 2122, 1584 u 1091 u jgħid kemm mill-budget allokat għat-toroq ġodda u għal irranġar ta' toroq għas-sena 2008 ġew komessi? Kemm tħallsu u x'baqa' x'jitħallas? Kemm hemm penalitajiet għal xogħol li sar ħażin jew tard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-budget allokat għat-toroq ġodda u għall-irranġar ta’ toroq għas-sena 2008 ġew komessi Eur15,426,810 li minnhom tħallsu Eur8,031,778. Mill-ammont li ġie kommess fadal x’jitħallas Eur7,395,032.
Rigward penalitajiet u rimedji oħra kien hemm tliet każi:-
Hal-Far Road – €15,414.79 - bankina ħażina
Triq l-Avjazzjoni Civili Luqa – €406.94– rati mhux approvati
San Pawl il-Baħar – fejn kien hemm ħazin inbidel jew qiegħed jinbidel bħalissa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3205 u 2896 u jgħid jekk il-proġett tlestiex u jekk fl-affermattiv meta beda jaħdem? Kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa sal-lum? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamnetari 3206 u 2898 u jgħid jekk saritx l-applikazzjoni lill-MEPA għad-disinn rivedut għall-proġett tat-terminal fiċ-Ċirkewwa? Jekk fl-affermattiv, f'liema stadju waslet din l-applikazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-preżent diġa hemm permess validu maħruġ mill-MEPA għall-proġett taċ-Ċirkewwa. Meta it-tibdiliet neċessarji fid-disinji tat-terminal ikunu finaliżżati mill-Awtorita’ Marittima, l-applikazzjoni (amended development permission) tiġi sottomessa lill-MEPA sabiex il-permess eżistenti jkun jinkludi it-tibdiliet proposti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3202 u 2893 u jgħid meta tlesta u meta beda jaħdem il-polishing plant f'Għawdex? Kemm kien il-budget ta' dan il-proġett u kemm fil-fatt ġie jiswa? Kemm ġie prodott ilma sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-‘polishing plant’ beda jopera bi ‘train’ waħda fis-7 ta’ Lulju 2004. Kull sena żdiedet ’train’ sakemm f’Ġunju 2006 l-Impjant kien komplut u beda jopera bi tlett (3) ’trains’ b’kapaċita massima ta’ 4,000m3/kuljum.
Il-proġett “Water Quality Project – Gozo” kien ġie proġettat li jiswa € 3,447,473. Il-proġett sewa € 3,296,063.30 (LM 1,415,000).
L-ilma prodott sal-lum kien ta’ 1.7miljun metru kubu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Enemalta titrasferixxi l-linji tat-33KV għal taħt l-art? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dan ix-xogħol bediex u s'issa kemm sar progress? Jista' jagħti terminu sa meta dan ix-xogħol hu maħsub li jitlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema average price taż-żejt Crude Brendt nħaddmu t-tariffi l-ġodda? Fuq liema prezz average tal-fuel oil per tonne nħaddmu t-tariffi ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma kkakolati l-ineffiċjenzi ta' l-Enemalta:
i) fil-power stations tal-Marsa u ta' Marsaxlokk
ii) fid-distribuzzjoni ta' l-elettriku
iii) fis-serq u l-unaccounted production/supply ta' dawl?
Kemm kien l-impatt (input cost) ta' dawn l-ineffiċjenzi fuq it-tariffi ffissati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu 178 kumpanniji li sa 30 ta' Settembru 2008 ibbenefikaw mill-capping? Kemm kienu jħaddmu nies full time dawn il-kumpanniji? Liema huma 26 kumpanniji li ser jibbenefikaw mil-capping ta' 40% taħt is-sistema ta' tariffa li ser tibda tapplika mill-1 ta' Ottubru 2008? Kemm iħaddmu nies full time dawn il-kumpanniji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Aġenzija - Reklamar
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment,awtorità,kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tiegħu u jindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3560 u jindikalna l-prezz taż-żejt (brent f'USD kull barmil) li fuqu bbaża l-kalkoli tiegħu li l-Enemalta jkollha bżonn tirkupra €305 miljun u li fuqha hija ibbażata Proposta 6 għar-reviżjoni ta' tariffi ta' dawl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Mosta — Triq il-Kungress Ewkaristiku - water culverts
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 219 fejn l-Ministru għarraf li saru spezzjonijiet fuq il-water culverts fi Triq il-Kungress Ewkaristiku l-Mosta u li t-tiswijiet meħtieġa qegħdin jingħataw prijorità fil-programm ta' xogħlijiet ippjanati, jista' l-Ministru jieħu azzjoni biex jara li dan ix-xogħol isir għaliex il-periklu għal karozzi u min isuq rota jew mutur qed jiżdied?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — Sight-seeing passenger tour service
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3530 u cioè, b'referenza għaż-żewġ tenders li kienu ħarġu mill-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta għal Concession for the provision of a sight-seeing passenger tour service open-top buses għal Tour A - North Route u għal Tour B - South Route, fil-21 ta' Marzu 2006 li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, illi ngħataw lil operatur uniku, jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kuntratti li kienu ffirmati mill-imsemmija Awtorità mal-operatur? Ir-referenza għat-tender qed tingħata separatament.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — Sight-seeing passenger tour service
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3530 u cioè, b'referenza għaż-żewġ tenders li kienu ħarġu mill-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta għal Concession for the provision of a sight-seeing passenger tour service open-top buses għal Tour A - North Route u għal Tour B - South Route, fil-21 ta' Marzu 2006 li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, illi ngħataw lil operatur uniku, jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kuntratti li kienu ffirmati mill-imsemmija Awtorità mal-operatur? Ir-referenza għat-tender qed tingħata separatament.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew l-Enemalta għandhomx pjanijiet sabiex jinħarġu offerti sabiex il-privat jinvesti f'impjanti għall-ġenerazzjoni konvenzjonali tal-enerġija?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Issa li tħabbar li t-tender għall-bini mill-ġdid tal-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali mhux ser tkun mogħtija, jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jitfassal xi pjan ieħor għall-upgrading tal-istess Villaġġ tas-Snajja'? Jista' jgħid x'ser isir mid-depositi li l-inkiwilini preżenti tal-Villaġġ tas-Snajja' għamlu fuq il-konvenju għall-bini mill-ġdid tal-workshop tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-gvern qed jevalwa għażliet alternattivi għal lok fejn jitħejjew prodotti minn snajja tradizzjonali. Il-Gvern iħabbar id-deċiżjonijiet tiegħu meta jkun ħadhom.
Għall-bqija tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn elezzjonijiet każwali fil-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex minn meta twaqqfu sal-lum? Jista' jgħid kemm minn dawn imtlew permezz ta' elezzjonijiet każwali u kemm imtlew b'co-option?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma li persuna Maltija li għandha liċenzja tas-sewqan Awstraljana, iżda mhux dik Maltija, trid toqgħod għal eżami tas-sewqan ta' Malta? Jekk fl-affermattiv, għandux xi ħsieb il-gvern li jirrikonoxxi tibdil f'din is-sitwazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi bis-saħħa ta’ ftehim ta’ reċiproċita’ iffirmat bejn l-Awstralja u Malta, iz-żewġ pajjizi jirrikonoxxu l-liċenzja tas-sewqan ta’ xulxin. Ghaldaqstant, kull min jiġi mill-Awstralja b’liċenzja tas-sewqan Awstraljana, ikun jista’ jibdilha ma’ liċenzja Maltija mingħajr il-ħtiega li jagħmel it-testijiet (tat-teorija u l-prattika) mill-ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata l-parti ta' Triq il-Marsa sa fejn Triq l-Ingiered, fil-Marsa li tinsab fi stat diżastruż u perikoluż ħafna għas-sewwieqa minħabba l-ħofor li hemm fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-ġranet li għaddew, ingħata l-kuntratt għar-resurfacing tat-triq imsemmija. Din se tkun l-ewwel fażi tax-xogħol filwaqt li iktar 'il-quddiem, jingħata l-kuntratt għal junction ġdida quddiem il-fabrika l-ġdida biswit iċ-ċimiterju ta' l-Ottomani.