Jista' l-Ministru jindikalna wkoll il-prezz taż-żejt kull barmil Brent fi $ li fuqu ġiet ibbażata Proposta 5, hekk kif prenotata mill-KPMG sabiex l-Enemalta jkollha bżonn tirkupra nefqa ta' €365.4 kif kien ġie indikat fil-preżentazzjoni tal-Ministru waqt laqgħa ta' l-MCESD fit-23 ta' Ottubru, 2008?
Jista' l-Ministru jgħid liema kategoriji ta' persuni huma exempt mill-ħlas tas-CVA?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kategoriji ta' persuni eżenti mill-ħlas tas-CVA huwa kif ipprovdut fir-Regolamenti dwar Aċċess Kontrollat ta' Vetturi f'ċertu żoni . (L.S. 65.31).
Jista' l-Ministru jgħid liema kienet il-kumpannija l-oħra apparti l-Gasco li ġiet short listed fil-proċess tal-privatizzazzjoni tad-diviżjoni tal-gass tal-Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B’riferenza għax-xogħol ta' kostruzzjoni fi Triq is-Sardinell fiż-Żurrieq, jista' l-Ministru jgħid jekk din it-triq hix ser tinbena kollha stante li hemm xniegħa persistenti li parti minnha biss ser issir?
Jista' jieħu l-passi neċessarji u opportuni sabiex jara li din it-triq kollha tingħata wiċċ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li ser isir fi Triq is-Sardinell Żurrieq jinkludi l-parti tat-triq li hija miftuħa u li hija skemata skond il-Pjan Lokali.
Awtorità dwar it-Trasport — arretrati ta' multi tal-wardens
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex tapprova fil-prinċipju l-possibilità li xi ħadd li jkollu vetturi liċenzjati fuq ismu u li jkollu arretrati ta' multi tal-wardens jkun jista' jħallas id-dejn ratealment kull xahar u l-liċenzji tiġġeddidlu xorta waħda? Jaħseb li m'humiex sewwa li liċenzja ma tistax tiġġedded qabel ma jitħallsu l-multi kollha f'nifs wieħed?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'policy se tkun qed taddotta l-ADT rigward l-għoti ta' materjal sabiex sqaqien u passaġġi f'raba' jkunu aktar aċċessibbli? Skond il-mistoqsija parlamentari 1042 l-Ministru kien żvela li ta direzzjoni lill-ADT biex tevalwa fid-dettall din il-materja.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux fil-ħsieb tal-gvern li jwessa' Triq Ramija s-Siġġiewi, meta din inbniet aktar minn 30 sena ilu u sal-lum dan it-twessiegħ baqa' ma seħħx? Jista' jara li l-familja li l-proprjetà tagħhom tista' tkun milquta minn dan il-proġett tingħata risposta min-naħa tal-Awtorità dwar it-Trasport dwar jekk għadx hemm dan il-ħsieb jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Toroq Ġodda — Tunellati ta' piż ta' vetturi/trakkijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid it-toroq li nbnew dawn l-aħħar ħames snin, għall-kemm it-tunellata huma ċertifikati li jifilħu qabel ma' tibda ssir ħsara fuq l-istess toroq? Jista' jgħid jekk hawnx vetturi/trakkijiet li jistgħu jġorru toqol iktar minn dik stabbilita fiċ-ċertifikat tat-toroq il-ġodda? Jista' jgħid x'passi qed jieħdu biex vetturi ma jġorrux iktar piż minn dak li jifilħu it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, għas-sena 2008, liema kienu dawk il-vapuri/jottijiet li daħlu għal xi xogħol fil-Malta Shipyards? Jista' jgħid ukoll kemm dam f'Malta kull wieħed minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba hi ta' natura kunfidenzjali u kummerċjali u ma jidhirlhix li għandha tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol, u fuq liema vapuri, li għandha programmat il-Malta Shipyards? Jista' jgħid ukoll kemm hu programmat li jdum kull wieħed minn dawn ix-xogħlijiet sabiex jitlestew?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru. 2922.
Billi riċentament waqt laqgħa għall-membri parlamentari f'Lisbona, xi kelliema għamlu referenza għall-possibilità li fil-vetturi jkun hemm 'l hekk imsejħa Alcohol lock u dan biex il-vetturi ma jkunux jistgħu jistartjaw jekk is-sewwieq ikun xurban, jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk kienx hemm xi diskussjonijiet biex dan jiġi introdott Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ADT issegwi l-aħħar żviluppi fil-qasam internazzjonali u fin-normi Ewropej biex tkun garantita s-sigurta' ta' kull min juża t-toroq. M'hinix infurmat iżda li l-prodott li jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien s'issa evalwat.
Billi kif inhu magħruf l-aċċess tal-bdiewa għar-raba' tagħhom hu importanti ferm biex l-istess bdiewa jaslu fir-raba' u biex iġorru l-prodotti tagħhom, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda programm komprensiv ta' bini u rranġar ta' toroq fil-kampanja għall-benefiċċju tas-settur agrikolu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-bastimenti tal-gwerra sottomarini eċċ li daħlu fil-faċilitajiet Maltin matul din is-sena s'issa? X'kien l-iskop taż-żjara tagħhom u x'dikjarazzjonijiet għamlu lill-Gvern Malti dwar l-armamenti li jġorru?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija (armamenti li jġorru), nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Rekwiżiti Minimi — rendiment tal-Bini tal-użu tal-Enerġija
Question
Billi ftit ilu l-Ministru kkummenta dwar LN 238/2006 Regolament ta' l-2006 dwar Rekwiżiti Minimi għar-Rendiment tal-Bini tal-użu tal-Enerġija u ta indikazzjoni li ser isaħħaħ dawn ir-regolamenti biex jagħmilhom effettivi u tassattivi, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2464 u jagħti indikazzjoni meta mistennija toħroġ il-Legal Notice il-ġdida dwar dan is-suġġett u x'ser ikunu il-linji ġenerali tagħna?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2821 u jgħid kemm saru toroq fil-Villagg ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali u kemm kienet din in-nefqa? Fadal aktar xogħol ta’ toroq f’dan il-Villaġġ? Jekk fl-affermattiv, meta huwa maħsub li jsir ix-xogħol li fadal u kemm huwa stmat li jiswa dan ix-xoghol?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija Nru.3020.
Ħ'Attard — Triq l-Imdina - Industrial Estate - Bus Shelter
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ADT tafx min neħħa bus shelter li kienu ilu snin ħdejn id-daħla ghall-Industrial Estate fi Triq l-Imdina Ħ’Attard u li kien jeżisti qabel ma beda xogħol ta’ rrangar fuq showroom li tinsab vicin fejn kien il-bus shelter? Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ADT tafx min neħħa bus sheltertemporanju, minflok dak oriġinali, li poġġiet hi stess fl-istess post madwar sena ilu u li misterjozament sparixxa hekk kif tlesta x-xogħol fuq l-istess showroom indikata hawn fuq? Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ADT hix bi ħsiebha tieħu azzjoni biex tipprovdi xi forma ta’ lqugħ mix-xita u mix-xemx lil dawk li jagħmlu użu mill-bus stop f’dan il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3114 u jara li minnufih tiġi investigata s-sistema tad-drenaġġ fis-suq tar-Raħal il-Ġdid peress li din qegħda tfur u litteralment tgħarraq il-ħwienet li hemm fis-sular t'isfel?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li ninsab infurmat li din hija problema tas-sistema nterna tad-drenaġġ tal-flats tal-Housing
(Block A – Arcade Street) li jinsabu fuq il-ħwienet, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna resqet għal eżami tas-sewqan, kategorija b'kategorija, xahar b'xahar din is-sena? Kemm m'għaddewx minn dan l-eżami? Kemm baqgħu m'għaddewx għal aktar minn darba, u għal kemm-il darba ġara dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol kollu fil-bypass ta' San Pawl il-baħar b'mod li din it-triq tinfetaħ kompletament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ toroq relatat mall-bini tal-By Pass ta’ San Pawl il-Baħar huwa komplut għajr għall xoghol ta’ tibdil ta’ parti mill-wiċċ li qed isir bħalissa fuq partijiet mit-triq wara li testijiet magħmula fuq l’istess wiċċ irriżultaw fin-negattiv. Dan ix-xogħol għandu jkun lest sa l-ewwel ta’ Novembru 2008.
Il-“lane” ta’ ġewwa ta’ parti mill-karreġjata fid-direzzjoni ta’ Burmarrad huwa lest izda temporanjament magħluq għat-traffiku peress li hemm xogħol ta’ irfid għaddej wara li kien sar xi skavar illegali minn terzi li kkomprometta l’isabilta’ kemm tat-triq kif ukoll ta’ xi propjetajiet adjaċenti. Dan ix-xogħol qed jiġi esegwit minn terzi fil-propjeta’ tagħhom u l- “lane” ġie magħluq temporanjament bħala prekawzjoni sabiex tiġi evitata ħsara fit-triq li tlestiet reċentament. Għaldaqstant huwa mbassar li l-“bypass” tinfetaħ kompletament għat-traffiku meta dan ix-xogħol jiġi konkluż u ċċertifikat.