Jista' l-Ministru jgħid għalfejn, filwaqt illi l-proċess ta’ privatizzazzjoni tat-tliet setturi tal-Malta Shipyards Ltd – ossia Marsa ShipBuilding, Manoel Island Yacht Yard ship repair section – jinsab fi stadju avvanzat, il-proċess għall-Marsa Super Yacht Services jinsab wieqaf u l-ebda deċiżjoni għadha ma ttieħdet dwar l-offerti li saru?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess mhux wieqaf. Il-partiċipanti f’dan il-proċess ġew mitluba jibgħatu proposti ġodda.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar min huma l-individwi jew kumpaniji li jiffurmaw il-Melita Group? Jista jagħti informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet kollha rikjesti mill-offerenti prospettivi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni ta’ ħwejjeġ (goods) minn Malta u minn Għawdex separatament fl-ewwel tliet xhur, fit-tieni tliet xhur u fit-tielet tliet xhur ta’ din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mid-Dwana s-sena li għaddiet u din is-sena s’issa? X’kienet u x’inhu maħsub li kien il-valur tagħha fis-suq llum? X’isir mid-droga li tinqabad id-Dwana? Jekk tiġi distrutta, kif u fejn? Ikun hemm sorveljanza minn uffiċjali tad-Dwana meta jsir dan il-proċess? Xi proċeduri ttieħdu fil-konfront tal-persuni li fuqhom jew fil-proprjetà tagħhom inqabdet din id-droga?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jinvestiga r-raġuni għaliex is-Super 5 bħas-sena li għaddiet reġgħet telgħet għas-somma ta' flus fenomenali u qed jidher li hemm pattern ta' kif u meta din il-lotterija jkollha l-premju tagħha daqshekk kbir?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorita’ Maltija għall-Logħob u Lotteriji dejjem tara li kull forma ta’ logħob liċenzjat minnha isir bl-aktar mod ġust, kif ukoll li l-interessi tal-ġugaturi jkunu salvagwardjati. Fil-każ tas-Super 5, it-tlugħ isir dejjem fil-preżenza ta’ numru ta’ nies li fosthom jinkludu rappreżentant ta’ l-istess Awtorita’.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal bejn Jannar u Settembru 2009? Kemm minn dawn kienu subien u kemm kienu bniet? Kemm minn dawn huma ta' Maltin li jgħixu f'Malta u kemm minn dawn huma ta' barranin li kienu f'Malta għal xi raġuni? Kemm minn dawn kienu ta' immigranti irregolari u kemm minn dawn kienu ta' turisti li ġew fuq btala f' Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi id-datamitluba għadha mhix fid-dispożizzjoni ta’ l-NSO, u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati bit-teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' impjegati bit-teleworking f'kull dipartiment u uffiċċju separatament, li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'faċilitajiet ingħataw lill-ħaddiema biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol minn ġo djarhom u jgħid ukoll x'software jew sistema qed titħaddem minn dawn il-ħaddiema biex isir dan ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Negotia ta' bejgħ ta' immobbli — Capital Gains tax
Question
Jista' l-Ministru jiddikjara meta daħlet is-sistema fejn venditur jagħżel, f' negotia ta' bejgħ ta' immobbli jagħżel li jħallas il-capital gains relattiva fl-ammont ta' 12% tal-valur tal-bejgħ jew inkella skont ir-regoli tat-taxxa fuq il-qligħ? Kemm daħħal flus il-Gvern minn din il-forma ta' capital gains tax xahar b'xahar minn mindu daħlet sal-lum? Kemm kienu n-negotia fejn il-vendituri għażlu li jiddikjaraw it-12%? Kemm kienu n-negotia fejn il-vendituri għażlu li jużaw is-sistema tat-taxxa fuq il-qligħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant ill s-sistema fejn venditur jagħżel, f' negotia ta' bejgħ ta' immobbli jagħżel li jħallas il-capital gains relattiva fl-ammont ta' 12% tal-valur tal-bejgħ jew inkella skont ir-regoli tat-taxxa fuq il-qliegħ daħlet fis-seħħ f’Novembru tal-2005. It-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ma’ din ir-risposta tindika:
1) Kemm kienu n-negotia fejn il-vendituri għażlu li jiddikjaraw it-12%;
2) L-ammont ta’ flus li daħħal il-Gvern minn din il-forma ta’
Capital Gains Tax
xahar b’xahar minn mindu daħlet sa Ġunju tal-2009;
3) Kemm kienu n-negotia fejn il-vendituri għażlu li jużaw is-sistema tat-taxxa fuq il-qliegħ;
4) L-ammont ta’ flus li daħħal il-Gvern minn negotia li ntagħżlet li titħallas mit-Taxxa fuq il-Qliegħ.
Privatizazzjoni tal-Mediterranean Offshore Bunkering Company
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex jinsabu t-taħdidiet dwar il-privatizzazzjoni tal-Mediterranean Offshore Bunkering Company (MOBC)? Min huma l-bidders li ġew preferiti jew magħżula?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara li l-proċess ta’ l-offerti ghall-konċessjoni ta’ l-operat tat taqsima tal-Petroleum ta’ l-Enemalta u l-attivitajiet kummerċjali tal-MOBC il-preferred bidder kien mħabbar f’20 ta Novembru 2008. B B Energy kienu ġew iddentifikati bħala l’preferred bidder. Ingħata bidu għan-negozzjati f’Jannar 2009. Dawn in-negozzjati għadhom għaddejjin u jinsabu fi stadju avvanzat.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema barranin b'kuntratt mal-Gvern Malti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li fil-preżent jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti llum taħt il-Ministeru u/jew dekasteri, entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? X'salarju għandhom? X'nazzjonalità huma?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11943, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, u jara li jitmexxa l-każ ta' ħlas taċ-ċens mill-Joint Office lill-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament huwa dwar rikonoxximent tal-persuna bħala ċensawalista u allura hi tkun tista’ tibda tħallas iċ-ċens lill-Uffiċċju Konġunt.
Ninsab infurmat li dan ir-rikonoxximent sar f’ dawn il-jiem u għalhekk din il-persuna se tkun tista’ tħallas iċ-ċens dovut.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li ħarġu mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta' flus ta' dawn id-direct orders? Jista' jinformani bl-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-snin 2007 u 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Qed nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposta li tajt ghal Mistoqsija Parlamentari numru 7488 ghas-sena 2008. Ghas-sena 2007 u Jannar – April 2009, qed inpoggi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif demografiku ta' kif inhi maqsuma l-popolazzjoni Maltija, u jgħid kemm hemm irġiel u nisa li għandhom bejn 60 u 70 sena, bejn 70 u 80 sena, bejn 80 u 90 sena u 'l fuq minn 90 sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif demografiku ta’ kif inhi maqsuma l-popolazzjoni Maltija li għandhom bejn 60 u 70 sena, bejn 70 u 80 sena, bejn 80 u 90 sena u ‘l fuq minn 90 sena jidher f’din it-tabella:
Il-Popolazzjoni Maltija sal-31 ta’ Diċembru 2008 stmatha fuq iċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2005
Eta’ Rġiel Nisa Total
60-69
20,020 21,956 41,976
70-79
10,661 14,905 25,566
80-89
3,734 6,444 10,178
90
+
269 739 1,008
Jista' l-Ministru jgħid kemm attwalment hemm nies jaħdmu f'dik is-sezzjoni mill-poplu tagħna li potenzjalment tista' taħdem, u allura għandhom bejn 15 u 60 sena? Kemm mill-popolazzjoni li għandha bejn 15 u 60 sena huma nisa li ma jaħdmux? Kemm hemm minn din il-popolazzjoni li ma taħdimx għaliex ma tridx taħdem minħabba xi raġuni u kemm hemm minnha li ma tistax taħdem għaliex għandha xi kundizzjoni partikolari li timpediha milli tagħmel dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta' persuni bejn 15 u 60 sena li huma kapaċi jaħdmu hu ta' 264753. In-numru ta' nisa bejn 15 u 60 sena li huma qegħda huwa 3927 u n-numru ta' nisa inattivi huwa 72789. It-total ta' persuni bejn 15 u 60 sena li ma jridux jaħdmu minħabba xi raġuni jammontaw għal 95683; minnhom il-maġġor parti jew 41768 ma jridux jaħdmu minħabba irbit fil-familja jew personali.
Minħabba li l-iskema tas-Small Start-Up kienet fid-diskors tal-baġit għal din is-sena 2009, jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11526 u ċioe jgħid kemm intnefqu flus taħt l-iskema tal-Small Start-Up? Min ibbenefika minn din l-iskema? Kien hemm persuni jew kumpaniji li applikaw u ma ġewx mgħejjuna? Jekk fl-affermativ, x'kienu r-raġunijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-
Malta Enterprise
ħarġet żewġ sejħiet għal-proġetti taħt l-iskema ERDF Small Start-up Grant Scheme. Fl-ewwel sejħa kien hemm 27 intrapriża li applikaw għal fondi u minnhom ġew approvati u mgħejuna seba` (7) intrapriżi. Dawn l-intrapriżi joperaw f’oqsma varji bħas- settur tal-manifattura, is-settur ta riċiklaġġ tal-iskart, is-settur ta l-ICT, u servizzi oħra bħal ‘Call Centre’. B’kollox ġew allokati madwar € 0.7 miljun bejn dawn is-seba` intrapriżi. Lista ta’dawn is seba’ intrapriżi tinsab fuq is-sit
http://www.20millionforindustry.com
.
Il-
Malta Enterprise
nediet sejħa oħra ta` applikazzjoniet f’nofs din is-sena u rċeviet 36 applikazzjoni għal fondi. Il-Malta Enterprise bħalissa qegħda fil-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ dawn il-proġetti u huwa maħsub illi taħt din is-sejħa se jiġu allokati madwar €0.9 miljuni.
F’kull sejħa jkun hemm ammont sostanzjali ta` applikanti li ma jiġux mgħejjuna minħabba raġunijiet ta` eliġibilita, u kull każ huwa uniku. Dawn l-applikanti jiġu mgħarrfa bir-raġunijiet għaliex l- applikazzjoni tagħhom ma ġietx milqugħa, kif ukoll, fejn applikabbli, jiġu mgħejjuna biex jerġaw japplikaw fis-sejħa li jmiss. Il-Malta Enterprise qgħda tippjana li toħroġ sejħa oħra għall-applikazzjonijiet taħt l-skema ERDF Small Start-up Grant fl-ewwel xhur tas-sena 2010.
Malta Enterprise toffri wkoll servizzi oħra għal- Start-ups, fosthom:
Business Advisors
- servizz li jwassal għat tfassil ta`
Diagnostic Business Plan
li huwa dokument importanti għal kull min għandu f’moħħu li jibda attivita` kummerċjali.
Innovative Start-up Grant
–
Start-ups
li juru li l-attività tagħhom hija innovattiva u li għandha potenzjal għal tkabbir u ħolqien ta’ xogħol, jistgħu jibbenifikaw minn għotja li tgħin f’parti mix-xiri ta’ assi tanġibbli jew mhux tanġibbli, kif ukoll servizzi li wieħed normalment ikollu bżonnhom biex jibda intrapriża.
Xogħlijiet infrastrutturali fuq fabbriki ġodda u fabbriki eżistenti
Question
Minħabba li ċ-ċifra ta' €124 miljun kienet fid-diskors tal-baġit għal din is-sena, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11523 u jgħid mill-€124 miljun allokati għal xogħlijiet infrastrutturali, kemm intnefqu għal bini ta' fabbriki ġodda jew fuq fabbriki eżistenti separatament?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-daqs ta' art raba' bagħli f'Malta u Għawdex li huwa fit-titolu tal-Gvern u/jew jaqa' taħt il-kontroll assolut tad-Dipartiment tal-Artijiet u/jew dipartimenti/awtoritajiet/entitajiet governattivi eċċ. fil-mument?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern tkun tista’ tagħti l-informazzjoni mitluba, irid isir eżerċizzju sħiħ li jinvolvi ħafna ħin u riżorsi minħabba li għad m’għandniex il-mezzi teknoloġiċi biex tagħmel dan. Għaldaqstant, it-Taqsima tal-Proprjetà tal-Gvern mhix f’pożizzjoni li tagħti din l-informazzjoni, għad li tali informazzjoni tkun tista’ tingħata kemm –il darba li jkun hemm is-sistema l-ġdida ta’ IT fil-GPD. L-implimentazzjoni ta’ din is-sistema huwa mistenni li jibda fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-daqs ta' art raba' saqwi f'Malta u Għawdex li huwa fit-titolu tal-Gvern u/jew jaqa' taħt il-kontroll assolut tad-Dipartiment tal-Artijiet u/jew dipartimenti/awtoritajiet/entitajiet governattivi eċċ. fil-mument?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12140.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-daqs ta' art raba' xagħri f'Malta u Għawdex li huwa fit-titolu tal-Gvern u/jew jaqa' taħt il-kontroll assolut tad-Dipartiment tal-Artijiet u/jew dipartimenti/awtoritajiet/entitajiet governattivi eċċ. fil-mument?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12140.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10445 u jgħid x'qed iżomm lid-Dipartiment tal-Artijiet milli joħroġ iċ-cheque dovut lil familja minn Bormla, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienu jgħixu f'post tal-privat bħala sidien u ħarġitilhom ordni ta' expropriation biex isir proġett ta' housing soċjali?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jagħti aktar dettalji dwar il-proprjeta esproprijata billi mill-informazzjoni mogħtija mhux possibli li tiġi identifikata l- proprjeta.