Jista’ l-Ministru jgħid
(i) kemm qasmu passiġġieri b'xejn taħt kull skema tal-
Gozo Channel
miċ-Ċirkewwa għall-Imġarr matul l-2006, l-2007 u din is-sena sa Settembru,
(ii) kemm tħallsu
charter fees
mill-
Gozo Channel
għall-vapuri għas-snin finanzjarji 2006/2007 u 2007/2008,
(iii) kemm ħallset kera l-
Gozo Channe
l
għall-użu/eċċ. tal-mollijiet, terminal/eċċ. fiċ-Ċirkewwa u l-Imġarr għas-snin finanzjarji 2006/2007 u 2007/2008 u kemm kien il-profitt nett għas-snin finanzjarji 2006/2007 u 2007/2008?
Jista' jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Financial Performance and Results tal-Gozo Channel għas-snin finanzjarji 2005/2006, 2006/2007 u 2007/2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2768 u jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li ttrasferew ir-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex minn April 2005 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 2768 f'seduta 43.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-isem tal-IT Security Firm Amerikana li ġiet mqabbda mill-MITTS dwar il-każ riċenti ta' abbuzi mis-sistemi ta' kontroll fl-organizzazzjoni fil-qasam tal-informatika?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-isem tal-IT Security Firm Amerikana li ġiet mqabbda mill-MITTS dwar il-każ riċenti fuq is-sistemi ta' kontroll fl-organiżżazzjoni fil-qasam tal-informatika huwa Securestate, LLC ta' Cleveland, Ohio, USA.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' rijabilitazzjoni tal-barriera mhux użata, ta' ħdejn Ħaġar Qim? Fiex wasal ix-xogħol ta' ħolqien ta' l-akbar sit ta' rikreazzjoni f'dawn l-inħawi minflok din il-barriera?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3052 u jgħid liema huma dawk it-triqat li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li huwa ppjanat li jsiru mill-ġdid jew ser isir manutenzjoni sħiħa fuqhom fix-xhur li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-Gvern imħabbra mill-predeċessur tiegħu dwar bini ta' ġibjuni taħt l-art biex jinġabar l-ilma tax-xita u b'hekk jiġu evitati ħafna għargħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Blata l-Bajda — Park and Ride - spazji għall-parkeġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' spazji tal-parkeġġ fil-Park and Ride fil-Blata l-Bajda? Kemm kienet in-nefqa tal-operat tal-Park and Ride matul is-sena 2007 inkluż l-ispejjeż ta' ministeru, sigurtà u overheads? Kemm kien id-dħul mill-Park and Ride matul l-2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ spazji tal-parkeġġ fil – Park and Ride huwa ta’ 1,095 li minnhom 215 għandhom it-trasport dirett ghall-belt provdut biss b’karozzi tal-linja fuq rotta normali.
Matul l-2007 l-ispiza fl-operat tal-Park and Ride ammontat għall - €400,939.
Ma ġie rreġistrat l-ebda dħul minn dan il-proġett fl-2007.
Jista' l-Ministru jara li jinħarġu regolamenti sabiex jitwaħħlu flaps mar-roti ta' wara tal-vetturi għax fin-nuqqas ta' dan, it-tyres itajru ħafna ilma fuq il-vetturi ta' wara bil-konsegwenza li jnaqsu l-viżibilità tas-sewwieqa ta' warajhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li jeżistu regolamenti li jesiġu dak li qed jitlob l-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jara li jiġu rimedjati bla ebda aktar dewmien il-ħsarat u coiè l-isbroff tad-drenaġġ li regolarment jiżbroffa ħdejn ir-residenzi fi 51 Vjal il-Ħaddiem Rabat Malta kull meta tagħmel ix-xita għad-detriment li jispiċċa jitħallat mal-ilma tal-uċuħ tar-raba' u dawk fil-widien? Jekk fl-affermativ, meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabret l-Enemalta minn fuq konsum tal-elettriku sa mis-sena 1996 sal-lum, sena b'sena, maqsum bejn dak residenzjali u dak kummerċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Water Services Corporation — Ġbir fuq konsum tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabret il-Water Services Corporation fuq il-konsum tal-ilma sa mis-sena 1996 sal-lum, sena b'sena, maqsum bejn dak residenzjali u dak kummerċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill -Onor. Interpellant jirreferi għar-rapporti annwali awditjati li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-linji tal-ajru minn u lejn Malta bħalissa? Matul il-perijodu l-1 ta' Jannar 2008 u 30 ta' Settembru 2008 kemm kienu u liema kienu l-linji ta' l-ajru li waqqfu t-titjiriet tagħhom? Kemm linji ġodda bdew joperaw minn u lejn Malta? Liema huma l-linji li qed joperaw bħalissa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ linji ta’ l-ajru minn u lejn Malta bħalissa jammonta għal 31.
Matul il-perjodu l-1 ta’ Jannar 2008 u 30 ta’ Settembru 2008, in-numru ta’ linji ta’ l-ajru kien jammonta għal 47. Il-linji ta’ l-ajru li waqqfu t-titjiriet tagħhom huma dawn: Adria, Aeroflot Don, Aerosvit, Air Algerie, Air Berlin, Air Finland, Air One, British Jet, Europe Air Post, European Aviation, Excel Airways, Fly Nordic, GB Airways, Jet 2.com, Volare u Vueling.
In-numru ta’ linji ġodda li bdew joperaw minn u lejn Malta mill-1 ta’ Jannar 2008 jammonta għal 11.
Il-linji li qed joperaw bħalissa huma dawn: Air Malta, Air Mediterranee, Alitalia, Austrian Airlines, British Airways, Central Wings, Clickair, Easyjet, Egyptair, Emirates, European Air Transport, Finnair, First Choice, German Wings, Jetairfly, Jet Time, Jugoslavenski, Libyan Arab Airlines, Lufthansa, Luxair, Nordic, Norwegian Air Shuttle, Miniliner, Ryanair, Scandinavian SAS, Jetx, Sevenair, Thomas Cook, Thomson Fly, Transavia u Travel Services.
Billi dan l-aħħar ingħad li qed isiru xi studji preliminari dwar it-trasport f'Malta u f'Għawdex, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ġewx Malta xi esperti barranin biex jagħmlu dawn l-istudji? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid min kienu, meta ġew Malta u jgħid ukoll fiex wasal dan l-istudju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li, Halcrow ġew mqabbda jagħmlu studji fuq it-trasport pubbliku u l-feasibility ta’ linji tat-tram. Dawn l-esperti ġew Malta u l-istudji waslu fi stadju avvanzat u għandhom jigu ppublikati sa l-aħħar tas-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jindikalna l-prezz taż-żejt (brent f'USD kull barmil) li fuqu bbaża l-kalkoli tiegħu li l-Enemalta jkollha bżonn tirkupra €305 miljun u li fuqha hija ibbażata Proposta 6 għar-reviżjoni ta' tariffi ta' dawl?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-preżentazzjoni li saritlu fil-Ministeru tiegħi fejn kien spjegat lilu kif l-Enemalta tixtri ż-żejt. Hemmhekk kien spjegat lilu personalment li l-Enemalta ma tixtrix żejt mhux maħdum (crude) u ma tinnegozjax fuq is-suq Brent US.
Kif ġie spjegat kemm lill-Onor. Mangion kif ukoll lill-MCESD, l-Enemalta tixtri Fuel Oil u Gas Oil bil-prezz tas-suq ikkwotat internazzjonalment PLATTS MED.
Għal fini tal-kalkoli tal-Enemalta għas-sena 2009 ittieħdu l-prezzijiet tas-suq ta' dawn iż-żewġ prodotti bejn l-1 u l-25 t'Ottubru 2008 - l-aktar prezzijiet vantaġġjużi possibbli.
Il-prezzijiet ('average' tal-perjodu) huma : €357.14 kull tunnellata metrika għall-Fuel Oil u €621.99 għall- Gas Oil.
Meta timmultiplika l-ammont ta żejt impurtat is-sena l-oħra (580,203 tunnellata Fuel Oil u 73,856 tunnellata Gas Oil), il-kont previst għall-2009 għall-Enemalta jiġi €253, 153,078.
Minn din iċ-ċifra il-Gvern qata' €30,000,000 unilateralment, biex inaqqas iż-żieda fil-kontijiet il-ġodda u bil-premessa illi l-prezz taż-żejt fil-futur ikompli jonqos minn dak imsemmi fuq.
B'hekk is-somma totali għaż-żejt li ntużat fil-kalkoli hi ta' €223 miljun.
Nispera li issa l-Oppożizzjoni ma terġax tagħmel taħwida oħra u tħawwad dawn it-€30 miljun li naqqasna fl-aħħar mas-€60 miljun li konna diġa naqqasna mill-preżentazzjoni li għamilna lill-MCESD fl-1 t'Ottubru 2008.
Fi kliem ieħor ma hemmx benchmark prices fi crude oil brentgħax l-Enemalta ma tużaħx u l-benchmark price tal-Fuel Oil u Gas Oil hu dak imsemmi aktar il-fuq imnaqqas bi €30 miljun iżda suġġett ukoll għall-iskambju US$ / Euro li jista' jagħmel differenza sostanzjali fil-prezz finali għall-Enemalta.