Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm saru suwiċidji mill-2005 sal-aħħar ta' Settembru 2009 sena b'sena? Kemm kien hemm attentati ta' suwiċidji? Dawn is-suwiċidji kienu intenzjonati jew b'aċċident, bħal ngħidu aħna teħid tad-droga li l-vittma ma kienx jaf eżatt id-doża ta' droga li kien qed jieħu u li wasslet għall-mewt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie importat frott u ħaxix separatament minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel għaxar xhur ta’din is-sena? Minn fejn? X’kien il-frott u l-ħaxix li prinċipalment ġie importat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment matul din is-sena, xahar b’xahar? Kemm kien l-investiment li sar minn barra l-pajjiż matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll kemm inħolqu impjiegi minħabba dan l-investiment?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Dħul tal-Gvern mit-taxxa u VAT fuq pertrol u diesel, elettriku, gass u pitrolju
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali li l-Gvern daħħal f'taxxa u VAT separati mill-petrol, diesel, elettriku, gass u pitrolju fl-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal tax refund minn nisa li rritornaw għax-xogħol? Kemm ġew milqugħa u kemm ġew imħallsa?
Response (FENECH, TONIO)
In-numru ta’ talbiet għal tax refund minn nisa li rritornaw għax-xogħol hu ippreżentat fit-tabella hawn taħt:
Sena ta’ Stima
Numru ta’ Talbiet
Ammont Imħallas (€)
2006
301
188,167
2007
528
415,590
2008
735
436,625
2009
2,097
2,191,889
Total
3,661
3,232,271
Kif indikat f’din it-tabella, l-ammont totali li ġie imħallas hu ta’ €3,232,271. Minn 3,661 talba li saret lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, intlaqgħu 3,652.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal tax refund għall-ispejjeż ta' child care u kemm effettivament ġew milqugħa u mħallsa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ talbiet li saru għal tax refund għall-ispejjeż ta’ child care, kif ukoll in-numru ta’ talbiet li ġew milqugħa u l-ammont li tħallas hu ppreżentat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Malta Film Commission — ħtieġa tal-industrija tal-films
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8240, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Malta Film Commission lestietx l-istudju li kellha tagħmel biex teżamina l-fattibilità għal dak li jirrigwardja l-ħtiġijiet tal-industrija tal-films, speċifikament faċilitajiet awdjovisivi fil-gżira t’Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalma ħabbart fl-aħħar baġit, u kif inhi l-policy tal-Gvern biex jiżviluppa ekonomija kreattiva u sostenibbli f’Malta, il-miżuri li hemm bżonn biex itejbu l-industrija tal-films li qed noffru preżentiment, ser jiġu eżaminati iktar fid-dettal. L-infrastruttura eżistenti għandha bżonn investiment f’oqsma speċifiċi li jinkludu l-ħolqien ta’ soundstage sabiex noffru lil Malta bħala post kompetittiv u nkomplu nġibu aktar investiment fi produzzjonijiet ġewwa pajjiżna. Ġie determinat illi s-soundstage huwa l-aktar bżonn immedjat u kritiku sabiex Malta toffri l-aktar pakkett attrajenti għall-produzzjonijiet minn studios barranin. Produzzjonijiet li jiġu f’pajjiżna joħolqu multiplier effect pożittiv, f’oqsma diversi tal-ekonomija tagħna. Il-benefiċċji ta’ dan mhux biss jinħass minn din l-industrija iżda wkoll jippromwovi lil Malta barra minn xtutna. Il-preżenza fit-tul ta’ produzzjonijiet f’Malta tħajjar produtturi barranin sabiex jikkonsidraw postijiet attrajenti bħala alternattiva li joffri Għawdex, għalkemm din tikkaġuna spejjeż addizjonali.
Strateġiji li jinċentivaw u jsostnu x-xogħol fil-pajjiż
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-istrateġiji li fassal il-Gvern f’din il-leġislatura, s’issa, li jinċentivaw u jsostnu x-xogħol fil-pajjiż? Fejn u kif il-Gvern għen intraprizi li kienu għaddejjin minn diffikultajiet minħabba s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja internazzjonali u li għandhom futur tant li kienu lesti jkomplu jinvestu fil-pajjiż?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
membri tal-bord tad-diretturi tal-MIMCOL — benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri attwali tal-bord tad-diretturi tal-MIMCOL? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2704.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — materjal stampat
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kolla tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzji, l-Ekonomija u Investiment — Ħaddiema abbażi ta' kuntratt
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali li fil-preżent jaħdmu abbażi ta’ kuntratt fl-Uffiċċju tal-Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12041.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11066 u r-risposta relattiva fejn il-Ministru irreleva li l-maħżen in kwestjoni kien oriġinarjament ingħata permezz ta’ encroachment permit datat 22 ta’ Awwissu 1974 (permit no. 87\74), jista' l-Ministru jispega kif għal snin sħaħ l-imsemmi inkwilin kien iħallas il-kera li kopja tal-irċevuti tagħha ġew mibgħuta separatament mad-domanda parlamentari 11066?
Jista' jispjega kif attwalment f’xi żmien il-persuna indikata ġiet rikonuxxuta bħala inkwilina tal-fond in kwistjoni? Jekk fin-negattiv, kif jispjega li attwalment huwa kien iħallas il-kera?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li skont ir-records tat-Taqsima, ma ġie aċċettat ebda ħlas ta’ dan l-encroachment permit wara il-31 ta’ Diċembru 1994, għalkemm kien hemm xi pagamenti ta’ ħlas ta’ arretrati li ġew imħallsa wara din id-data. L-irċevuti sa dak iż-żmien dejjem ħarġu fuq isem il-persuna li kellu dan il-permess.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema barranin b'kuntratt mal-Gvern Malti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li fil-preżent jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti llum taħt il-Ministeru u/jew dekasteri, entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? X'salarju għandhom? X'nazzjonalità huma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kummissarju tal-Artijiet — acknowledgement ta' ittra
Question
Jista' l-Ministru jgħid 'l għaliex għad li l-Kummissarju tal-Artijiet bagħat acknowledgement fit-8 ta’ Jannar 2009 fuq ittra tiegħi, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, baqa' ma bagħatx tweġiba għall-kontenut tal-istess ittra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ittra msemmija ma ġietx għall-attenzjoni tal-Kummissarju tal-Artijiet minħabba xogħol ieħor li kien qiegħed isir fl-istess file. Ninforma lill-Onorevoli Membru li ser jirċievi risposta aktar tard din il-ġimgħa, għall-ittra tiegħu li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid x’irbit kummerċjali hemm bejn Media Consulta u Air Malta? Jekk hemm, kif jissarraf f’miljuni ta’ Euros u x’tip ta’ arranġament kuntrattwali hemm?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara l-ftehim milħuq bejn l-MTA u Media Consulta, u minħabba l-fatt illi l-oġġettivi ta’ marketing komuni bejn l-Air Malta u l-MTA, il-linja tal-ajru wżatt is-servizzi tal-Media Consulta għall-media buying, id-diżinn tar-reklami, u PR fid-diversi pajjiżi madwar l-Ewropa. Il-miżata totali għal dawn is-servizzi mħallsa lill-Aġenzija jikkumparaw tajjeb ħafna ma dawk imħallsa f’din l-industrija.
L- Air Malta hija kuntenta bis-servizz professjonali mogħti mill-Media Consulta.
Dipartiment tat-Taxxi Interni — ħlasijiet ta' taxxi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala d-Dipartiment tat-Taxxi Interni qiegħed jibgħat jitlob ħlasijiet ta' taxxa li ilhom preskritti skond il-liġi għal diversi snin? Jista' jara li d-dipartiment jemenda ir-records tiegħu biex taxxi li huma preskritti ma jibqgħuix jidhru li huma dovuti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif kien tħabbar fl-4 ta’ Settembru ta’ din is-sena, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni nieda Inizjattiva li permezz tagħha, min kellu bilanċi ta’ taxxa pendenti jista’, jekk irid, jibbenefika minn tnaqqis fil-multi u imgħaxijiet jekk iħallas it-taxxa dovuta sal-15 ta’ Jannar 2010. Sabiex kulħadd ikun jaf x’inhi l-pożizzjoni tiegħu, id-Dipartiment ħa ħsieb li jibgħat ittri lil min jista’ jibbenifika minn din l-inizjattiva, li turi t-taxxa dovuta skont ir rekords tad-Dipartiment.
Dipartiment tal-Artijiet — kiri ta' art li ma tinħadimx
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tad-Dipartiment tal-Artijiet rigward il-kiri ta' art xagħra u li ma tinħadimx?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhix il-
policy
tal-Gvern li jikri art xagħri, madanakollu jista’ jkun li raba’ li ilha tinkera, jkollha magħha partijiet li huma xagħri. F’dan il-każ il-kirja tibqa’ ssir skond il-provediment tal-Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Raba’ (Kap 199).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kkommettew suwiċidju minn Jannar ta' din is-sena sal-lum? Kemm minn dawn kienu Għawdxin? Kemm minn dawn li kkomettew suwiċidju kienu mwiet konnessi ma' problemi tal-kaċċa u nsib?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni li l-NSO jiġbor dwar dan is-suġġett għas-sena kurrenti qed tinħadem. Din tinħareġ is-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kif ġew imqassma l-fondi mill-good causes fund tul dawn l-aħħar sitt snin u ċioe għas-snin 2003, 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onoervoli Interpellant jirreferi għar-rapporti annwali tal-Good Causes Fund li jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra fil-bidu ta’ kull sena.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12299 fejn il-Ministru spjega li l-parteċipanti tat-tender relattiv ser jerġgħu jiġu mistiedna jagħmlu propsta ġdida, jidhirlu l-Ministru li dan huwa kontra l-liġi u kontra kull etika peress li una volta l-offerti magħmula ma kienux aċċettabbli għall-Gvern allura l-Gvern kellu jerġa' joħroġ tender mill-ġdid? Ma jidhirlux li dan kollu huwa suspettuż għall-aħħar u jista' jagħti lok għall-abbuż? Ma jidhirlux li fid-dawl ta’ dak li qed jingħad m’għandux joħroġ tender ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Tajjeb li Onorevoli Membru jkun jaf li l-proposti għall-bejgh tas-Super Yacht Facility bħall-faċilitajiet l-oħra tal-Malta Shipyards Limited huma regolati bil-kundizzjonijiet tar-Request for Proposals.
Oltre dan, tajjeb ukoll li nfakkar lill-Onorevoli membru li huwa assolutament fl-interess pubbliku li l-proċess ta’ privatizzazzjoni ma jdumx aktar milli hu assolutament neċessarju minħabba l-fatt li s-settur tat-tiswija u r-refit tas-
Super Yachts
huwa settur li fih bħalissa hemm attività mhux ħażin u għalhekk huwa importantissimu li l-
momentum
li għandha din l-azjenda ma jintilifx u ma jiġix mfixkel b’dewmien li jista jseħħ jekk jew kieku il-proċess kellu jibda mill-bidu nett. Dan ikollu impatt negattiv fuq din l-attività u għalhekk mhux fl-interess pubbliku li jinbeda il-proċess mill-ġdid.
Infakkar lill-Onorevoli Membru li fil-5 ta’ Mejju ta’ din is-sena l-istess proċess kien sar fil-każ tax-
Ship Repair Yard
ta’ Bormla. Sa fejn nafu ma sar l-ebda abbuż. Li nafu żgur hu li l-proposti li rċevejna fl-24 ta’ Ġunju 2009 wara din is-sejħa għall-proposti ġodda, kienu hafna aktar vantaġġjużi. Minn dawn nagħżel l-
preferred bidder
u negozjati jinstabu fi stadju avvanzat.