Jista' l-Ministru jgħid kull kemm żmien l-Enemalta tixtri ż-żejt u għal kemm tul ta' żmien? Jista' jgħid ukoll x'arranġamenti fit-tul għandha għax-xiri taż-żejt u għal kemm hu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta tixtri ż-żejt b’mod kontinwu u għal perjodu li jiġi determinat minn diversi fatturi fosthom minn l-ammont ta’ żejt li hemm fil-ħażna, il-qies ta’ kull konsenja u l-konsum ta’ kull prodott. Il-Fuel Oil li jintuża fil-Power Stations jinxtara f’bejn wieħed u ieħor 20 konsenja kull sena, Gas Oil li jintuża ukoll fil-Power Stations jinxtara minn 4 sa 8 konsenji kull sena, Diesel minn 4 sa 6 konsenji kull sena u Petrol bejn wieħed u ieħor 8 konsenji fis-sena.
Iż-żejt jinxtara wara sejħa għal offerti u b’kuntratti li varjaw bejn 6 u 12-il xahar.
Issa li tħabbret ir-reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rati qabel u x'inhuma llum, kemm għall-konsum kif ukoll tal-meter? Se jiżdiedu xi tariffi oħra fl-għoti ta' dawn is-servizzi bażiċi? L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ ġiet inkorporata fir-rati għall-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inċentiv li taw dwar xiri ta' materjal elettroniku (computers eċċ) kienx xi ħaġa għall-elezzjoni biss, jew jekk il-Gvern huwiex se jerġa' jagħti l-istess sussidju u inċentiv f'xi żmenijiet oħra matul din is-sena 2008/2009?
Jista' l-Ministru jgħid kemm jiġi jiswa' sabiex student jitla' għat-test tas-sewqan? Kemm irid iħallas kull darba li jeħel biex jerġa' jitla' għat-test tas-sewqan? Fiex jintużaw dawn il-flus li jħallsu l-istudenti? L-instructortal-Awtorità dwar it-Trasport għandu xi persentaġġ ta' commission jew qliegħ minn dawn il-flus li jħallsu l-istudenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta Valletta Road b'mod speċjali il-biċċa ta' bejn il-Mosta u Ħal Lija se tingħata manutenżjoni? Din it-triq tinstab f'qagħda ħażina ħafna għax biex jevitaw il-ħofor li hemm, ħafna mis-sewwieqa qed isuqu b'mod irregolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jieħu passi ħalli s-sistema tad-drenaġġ fi Triq in-Naxxar, inti u tiela' lejn il-Mosta tiġi rranġata ħalli tieqaf darba għal dejjem il-problema li wara kull bexxa xita jfur id-drenaġġ fl-istess tirq u dawn it-toroq idumu ġranet wara x-xita bir-riħa tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2433 u W2 fejn staqsejt lill-Ministru dwar xogħol ta' titjib fi Triq Santa Liena Bormla, u r-risposta tal-Minstru fejn irreferieni għat-tweġiba li tani f'mistoqsija parlamentari W1, nixtieq li l-Ministru jivverifika peress li dawn huma żewġ toroq differenti, u allura nerġa' nistaqsi lill-Minsitru: Meta ser isir ix-xogħol fuq Triq Santa Liena, Bormla, triq li ilha xhur li beda x-xogħol fiha u t-trabijiet kbar li hemm qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2433 u W2 fejn staqsejt lill-Ministru dwar xogħol ta' titjib fi Triq Santa Liena Bormla, u r-risposta tal-Minstru fejn irreferieni għat-tweġiba li tani f'mistoqsija parlamentari W1, nixtieq li l-Ministru jivverifika peress li dawn huma żewġ toroq differenti, u allura nerġa' nistaqsi lill-Minsitru: Meta ser isir ix-xogħol fuq Triq Santa Liena, Bormla, triq li ilha xhur li beda x-xogħol fiha u t-trabijiet kbar li hemm qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa s’issa fuq il-proġett kollu ta’ l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex? Lil min tħallsu u meta? Kemm huwa l-valur tal-pagamenti li jonqos isiru u lil min? Meta mistennija jitħallsu? X’xogħlijiet, eċċ. jonqsu jsiru għat-tkomplija tal-proġett? X’inhija l-istima tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq l-impjant għat- trattament tad-drenaġġ s'issa laħqet il-figura ta' €6.03 miljun. Dawn il-flejjes tħallsu lill-konsorzju Degremont spa / Schembri Building Contractors Ltd. matul is-sena 2006 u 2007. Jonqoshom jitħallsu €0.49 miljun taħt il-kuntratt oriġinali. €0.326 miljun minnhom jikkonsistu f'retention money li jitħallsu matul is-sena 2009. Il-kumplament ta' € 0.16 miljun mistennija jitħallsu sa l-aħħar tas-sena 2008. Fadal ukoll x'jitħallsu madwar €0.68 miljun f'varjazzjonijiet li bdew jiġu ipproċessati mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Ix-xogħolijiet fuq il-proġett tlestew.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet minn ditti barranin u/jew Maltin għall-użu ta' fabbriki mibnija mill-Gvern? Meta saret kull talba u minn min? Jista' jgħid kemm u lil min ġew allokati fabbriki mill-2005 'l hawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'irriżulta li hi l-kawża ta' ħruġ ta' likwidu iswed ħdejn Għajn Riħana, Tarġa Gap li kont semmejt f'mistoqsija parlamentari preċedenti? Jista' jagħti tagħrif dwar x'wassal biex nhar it-Tlieta 28 ta' Ottubru 2008 filgħaxija kien hemm konfużjoni ta' traffiku ħdejn dan il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' rotot tal-karozzi tal-linja li nbidlu fit-28 ta' Settembru 2008? F'liema lokalitajiet kienu dawn ir-rotot? Ma min saru l-konsultazzjonijiet biex fil-fatt ir-rotta tinbidel u xi spejjeż kien hemm biex dan it-tibdil seta' jseħħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant, għar-risposta li se tingħata mill-Ministru responsabbli.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3138 u 2527 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kient fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien is-sussidju mogħti mill-gvern lill-Enemalta għall-elettriku u għall-gass separatament għal kull sena mill-1996 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-cost ta' metru kubu ilma mwassal għand il-konsumatur illum (inkluż overheads u ineffiċjenzi)? Kemm kien fl-1998 u fl-2003? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal kull unit ta' elettriku imwassal fid-djar (cost għall-Korporazzjoni Enemalta)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.