Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu impjegati infermieri ġodda mas-servizz tas-Saħħa Pubblika fl-aħħar ħames snin, maqsumin sena b’sena? Kemm kienu impjegati tobba mas-servizz tas-Saħħa Pubblika fl-aħħar ħames snin, sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tabella t’hawn taħt. Ninfurmah li preżentament hemm total ta’ 1608 tobba (li jinkludu gradi, minn House Officers sa Konsulenti) u 3092 infermiera mas-servizz tas-Saħħa Pubblika.
Numru totali ta' rekluti ġodda għas-sena:
Tobba(li jinkludu minn
House Officers
sa Konsulenti)
Infermiera
2017
118
166
2018
115
124
2019
141
319
2020
172
101
2021 (sal-11 ta’ Novembru)
85
108
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa permezz tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jinvestigaw il-każ ta’ drenaġġ li spiċċa f’Wied il-Għasel Mosta? Jista’ l-istess Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jordna lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sabiex ibattal l-ilma bid-drenaġġ sabiex dan l-ilma kkontaminat ma jispiċċax fil-water table?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ ġie investigat fid-9 ta’ Novembru minn uffiċċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali u preżenti waqt l-istess spezzjoni kien hemm rappreżentanti f’isem il-kumpanija inkarigata mill-asfaltar.
Waqt l-istess spezzjoni ġie nnutat li kienu qed isiru xi xogħoljiet fis-sistema ta’ drenaġġ u fil-water culvert fi Triq il-Kbira, l-Mosta iżda ebda drenaġġ ma ġie nnutat jiskula f’Wied il-Għasel.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19842 u jgħid kemm hemm pazjenti fuq il-waiting lists għall-operazzjonijiet kemm f’Malta kif ukoll f'Għawdex? Kemm minn dawn huma għall-operazzjonijiet maġġuri, kemm huma għall-operazzjonijiet intermediate, u kemm għall-operazzjonijiet minuri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Malta u Għawdex, pazjenti li qed jistennew għal-operazzjoni iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 5101 li minnhom 2220 huma Major, 88 Complex Major, 1735 Intermediate u 1058 Minor.
Ministeru għas-Saħħa — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi tal-persons of trust
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għala persuni taħt l-età ta' 70 sena li rċevew il-vaċċin kontra l-COVID-19 f'Ġunju li għadda, diġà qed jirċievu l-appuntament biex imorru jieħdu l-booster kontra l-istess COVID-19, filwaqt li frontliners li ħadu l-imsemmi vaċċin fil-bidu tas-sena kurrenti, għadhom biss fl-istadju fejn qed jintalbu japplikaw ħalli jirċievu l-imsemmi booster?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif diġa ġie mħabbar, frontliners mediċi inkluż spizjara fil-komunita’ u carers fil-homes tal-anzjani, kif ukoll teachers u ħaddiema fl-iskejjel bdew jirċievu l-booster tat-tilqima tal-Covid-19 minn din il-ġimgħa stess.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Dipartiment tal-Emerġenza — nuqqas ta’ siġġijiet tar-roti
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk fl-Isptar ta' Għawdex hemmx nuqqas ta' siġġijiet tar-roti, partikolarment fid-Dipartiment tal-Emerġenza? Jekk iva, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax li hemm xi nuqqas ta’ siġġijiet tar-roti fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm bereġ tas-saħħa f'Għawdex li fil-mument qed jiffunzjonaw? Kemm ħin fil-ġimgħa qed tinfetaħ għall-pubbliku kull waħda minn dawn il-bereġ? X'servizzi qed jiġu offruti fil-mument, minn dawn il-bereġ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara programm ta’ immodernizzar, preżentament f’Għawdex hemm żewġ Kliniċi fil-Komunita’ li qegħdin jagħtu servizz għall-pubbliku; dawn huma l-Klinika ta’ Kerċem minn fejn qed jingħata s-servizz tal-programm tat-tilqim għat-tfal, kif ukoll il-programm tat-tilqim għall-kontra l-Covid-19, u l-Klinika tax- Xewkija fejn jingħata s-servizz tal-iSpeech Therapy u l-Programm tad-Donazzjonijiet tad-Demm.
Apparti minn hekk huwa ppjanat li jsir aktar rinovar u immodernizzar f’numru ta’ Kliniċi oħra fosthom fl-Għarb, Għajnsielem u l-Għasri.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-mediċini Xanax, Eltroxin u Alendronic Acid jibdew jingħataw b’xejn lil dawk il-pazjenti li lilhom jiġu preskritti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina Eltroxin diġa tinsab fil-formularju tal-gvern.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir poliklinika fis-Swieqi, biex isservi għal-lokalitajiet tal-madwar peress li l-klinika tal-G¿ira qed isservi għal wisq nies?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Klinika kurrenti tal-Gżira nfetħet fuq bażi temporanja sakemm jitlesta x-xogħol ta’ rinovar u immodernizzar fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira, li x-xogħol fuqu jinsab fl-aħħar fażijiet tiegħu.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk is-sistema tal-SMS fejn jintbagħat messaġġ lill-pazjent bħala notifikazzjoni meta jsir appuntament ġdid kif ukoll bħala reminder jumejn qabel id-data tal-appuntament, għadhiex fis-seħħ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sistema tal-SMS fejn jintbagħat messaġġ lill-pazjent bħala notifikazzjoni meta jsir appuntament ġdid kif ukoll bħala reminder, kemm fl-isptar Mater Dei kif ukoll fil-kliniċi tad-dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja għadha fis-seħħ.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-waiting list tal-ftuq (hernia)? Jista’ jgħid ukoll, f’liema sena kienu referuti għall-operazzjoni l-pazjenti li qed ikunu operati bħalissa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għall-Unilateral repair of inguinal hernia sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 118 filwaqt għal Bilateral repair of inguinal hernia huma 24. Ninfurmaha ukoll li l-operazzjonijiet jiġu prijoritizzati skont il-ħtieġa klinika u mhux skont id-data li jiġu riferuti għall-operazzjoni.
Helicopter użat f'każijiet ta' emerġenza medika f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jispjega għala l-helicopter 9H-GMD li suppost hu intiż biex jintuża f'każ ta' emerġenza medika f'Għawdex skond il-ftehim li hemm ma Stewart Health Care fil-15 t'Ottubru 2021 ntuża għall-iffilmjar ta' dwieli fil-limiti tas-Siġġiewi u fuq il-Belt u dan bejn 2 p.m. u 6 p.m.? Jistax il-Ministru jinforma l-Kamra jekk din l-attivita' kienetx awtorizzata mid-Dipartiment tas-Saħħa jew le?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħelikopter msemmi minnu fid-data u l-ħin indikat, mhuwiex il-ħelikopter primarju li jintuża biex il-pazjenti jiġu trasferiti bl-ajru mill-isptar Ġenerali t’Għawdex għal Mater Dei iżda huwa dak li jintuża bħala back up jekk il-ħelikopter primarju jkun jeħtieġ sostituzzjoni.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li, sabiex jitnaqqas l-iskariġġ għar-residenti tal-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar, it-tilqim tal-influwenza jingħata fil-Berġa tal-lokal u f'każ li m'hemmx berġa attrezzata jingħata fil-bini tal-Kunsilli Lokali? Persważ li hemm eks infermiera li lesti jagħtu s-sehem tagħhom, b'mod volontarju, kif dejjem għamlu sa mill-bidu tat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali.
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-programm ta’ tilqim għal kontra l-influwenza staġjonali qed jingħata miċ-Ċentri tas-Saħħa filwaqt li l-Booster tal-Vaċċin għal kontra l-Covid-19 qed jingħata mill-Kliniċi tal-Komunità
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22167, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għas-Saħħa, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 22473.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm infermiera li qed jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jgħid f’liema skejjel qed jaħdmu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li jbatu bil-Fibromyalgia f’pajjiżna? Jista’ jgħid liema huma l-mediċini li l-Gvern se jintroduċi fil-formolarju għal dawn il-pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Malta hawn 925 pazjenti li jbatu mill- Fibromyalgia u li għandhom Schedule V. Bħalissa hemm żewġ mediċini li jingħataw bla ħlas lill-pazjenti li jsofru minn din l-kundizzjoni u fiż-żmien li ġej se tkun qed tiżdied mediċina oħra għal dawk li jbatu mill-istess kundizzjoni, li ukoll din se tkun qed tingħata bla ħlas.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema hi l-mediċina li se tiġi ntrodotta fil-formolarju li, kif qal fid-diskors tiegħu fil-Parlament “hija bħax-Xeralto”?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddej l-proċess fuq it-tender sabiex fiż-żmien li ġej tkun tista’ tiġi ntrodotta mediċina tal-klassi tad-Direct Oral Anticoagulants fil-formularju tal-gvern.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min se jkun qed jamministra l-EpiPens li se jiġu introdotti fl-iskejjel tal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li ġew proposti fondi għax-xiri tal-EpiPens, se jitkomplew id-diskussjonijiet mal-Ministeru kkonċernat dwar l-introduzzjoni tal-EpiPen fl-iskejjel. Ta’ minn jgħid li l-EpiPen hija mediċina li ħafna drabi tista tkun auto-injected.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-waiting list għan-knee replacement? Jista’ jgħid ukoll, f’liema sena kienu referuti għall-operazzjoni l-pazjenti li qed ikunu operati bħalissa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għan-knee replacement sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 610. Ninfurmaha ukoll li l-operazzjonijiet jiġu prijoritizzati skont il-ħtieġa klinika u mhux skont id-data li jiġu riferuti għall-operazzjoni.