Legislature:
Category:
Reset
Active:

bone marrow transplants

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jibdew isiru Malta, il-bone marrow transplants? Jekk le, għaliex?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bħalissa ma hemmx pjanijiet li l-bone marrow transplants isiru Malta. Madanakollu id-Dipartiment dejjem għaddej bil-proċess biex jiddaħħlu servizzi ġodda skont il-bżonnijiet u l-kompetenzi fi ħdan l-istess dipartiment.

Oncology Centre — ITU

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Oncology Centre hux se jkun mgħammar b'ITU? Jekk le, għaliex?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ċ-ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija ġie ddisinjat bħala estensjoni tal-isptar Mater Dei. Għalhekk servizzi li diġà jeżistu fl-isptar Mater Dei mhux se jiġu replikati fl-isptar il-ġdid tal-Onkoloġija.

Sptar Mater Dei — kiri ta' ambulanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kiri ta' ambulanzi minn meta nfetaħ l-Isptar Mater Dei sal-aħħar tas-sena 2011? Min huma l-kuntratturi? X'kuntratti għandhom? Jista' jqiegħed kopja tal-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — alterazzjonijiet fl-istrutturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fl-istrutturi fl-Isptar Mater Dei minn meta nfetaħ sal-aħħar tas-sena 2011, f'alterazzjoni, alterazzjoni, u dawn għandhom jinkludu fost affarijiet oħra: bini/ftuħ ta' kmamar ġodda u għeluq/ftuħ ta' twieqi u bibien? Kemm intnefqu flus biex dawn l-alterazzjonijiet ġew attrezzati, per eżempju f'għamara, siġġiijiet eċċ., alterazzjoni, alterazzjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — manutenzjoni tal-art bil-madum

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hi l-kumpanija jew kumpaniji li qed jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-art bil-madum fl-Isptar Mater Dei? Kemm kienet in-nefqa totali għall-manutenzjoni tal-madum inkluż spejjeż in konnessjoni mal-sysmic joints minn meta fetaħ l-isptar sal-aħħar tal-2011?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-kumpaniji Juris Klavins u Building & Management Services Ltd kellhom jew/u għandhom kuntratti għal-manutenzjoni tal-art bil-madum u sysmic joints, filwaqt li l-kumpanija Mekanika Ltd kellhom jew/u għandhom kuntratti għal-manutenzjoni ta’ sysmic joints fir-ring road ta’ madwar l-isptar. In-nefqa totali għall-manutenzjoni tal-madum inkluż spejjeż konnessi mas- sysmic joints minn meta nfetaħ l-isptar sa l-aħħar tas-sena 2011 kien ta’ madwar €39,619.00.

Qajjenza — Limiti ta' Birżebbuġa - applikazzjonijiet għal ftuħ ta' spiżerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjonijiet li hemm pendenti għal ftuħ ta' spiżerja fil-Qajjenza fil-limiti ta' Birżebbuġa għadhom pendenti minkejja li ilhom is-snin pendenti u l-popolazzjoni tal-Qajjenza llum ssuperat l-2,000 ruħ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li Il-ħruġ tal-liċenzji għall-spiżeriji jsir skont l-Avviż Legali numru 279/2007 ‘Regolamenti ta’ l-2007 dwar il-Liċenzi għall-Ispiżeriji’ kif amendata mill-Avviż Legali 81/2008 u l- Avviż Legali 198/2010. Skont Regolament numru 4(2) ta’ dan l-Avviż Legali, f’kull belt jew raħal l-għadd ta’ spiżeriji m’għandux jeċċedi l-proporzjon ta’ spiżerija għal kull elfejn u ħames mitt abitant, u n-numru ta’ abitanti huwa dak kif ippublikat mill-Ufficju Nazzjonali tal-Istatistika. Skont l-istess avviż legali “‘belt’ tfisser lokalita’, inlużi l-irħula żgħar kollha u żoni tal-madwar, li jkollhom kunsill lokali jew kumitat hekk appuntant taħt l-Att dwar Kunsilli Lokali, u ‘raħal’ għandha tiftiehem bl-istess mod.” Għal din il-fini iż-żona tal–Qajjenza tagħmel parti mill-lokalita’ u għalhekk mal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa. Skont l-aħħar rapport demografiku tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika pubblikat fit-8 ta’ Novembru 2011, in-numru ta’ abitanti totali fil-lokalita ta’ Birżebbuġa huwa ta’ 9,304 . Fil-lokalita ta’ Birżebbuġia bħal issa hemm tlett spiżeriji li huma liċenzjati.Għalhekk sa issa għad ma hemmx lok u bażi legali għal ħruġ ta’ liċenzja oħra ġidida fil-lokaltita ta’ Birżebbuġa peress li skont l-Avviż Legali 279/2007 kif amendat, biex tkun tista’ tinħareġ liċenzja oħra, l-popolazzjoni fil-lokalita’ ta’ Birżebbuġa trid tlaħħaq l-10,000 ruħ.

Pharmacy technicians approvati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33801, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni u data approssimattiva meta l-approvazzjoni finali tal-pharmacy technicians se tiġi approvata?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-pharmacy technicians issa ġew approvati u ġew ikkuntattjati sabiex jindikaw jekk humiex interessati f’din il-kariga.

Tender rigward Paracetemol

Question

Jista' l- Ministru jgħid għaliex it-tender maħruġ minn Ministeru tas-Saħħa għall-proviżjoni ta 2.7 miljun tablets 500mg Paracetemol bi skadenza ta' tliet snin ma ngħatatx lill-offerent li kellu l-orħos bidu li kellu l-offerta tiegħu tirrispetta fedelment il-kriterji kollha stabiliti fi tender document ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li kull tender li jiġi ppubblikat ikun evalwat skont il-kriterji pprovvduti fit-tender document. Għalkemm l-offerta msemmija kienet tissodisfa l-kriterji rigward speċifikazzjonijiet (jiġifieri Paracetamol 500mg tablets/capsules), din ma kinitx konformi mal-kundizzjonijiet mitluba fit-tender. Id-data tal-iskadenza tal-mediċina skont kif ikkwotata fid-dokument mill-offerent ma kinitx taqbel ma’ dik ta’ l-SPC (Summary of Product Characteristics). Barra minn hekk, il-prodott offrut ma jistax ikollu data ta’ skadenza (shelf life) aktar minn ⅓ skaduta. F’dan il-kaz, il-prodott offrut ried ikollu tal-anqas 40 xahar shelf life biex ikun aċċettabli minħabba l-fatt li skont l-SPC ix-shelf life totali tiegħu kienet 60 xahar.

Sptar Mater Dei — policy dwar ħlas

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33901 li oriġinajrament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx xi policy ġdida li min iqatta' jiem fl-Isptar Mater Dei irid iħallas jew jitnaqqaslu mill-pensjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mill-1 ta’ Diċembru 2011 bis-saħħa tal-avviż legali numru 404 tal-2011, l-isptar Mater Dei ġie inkluż bħala ‘State Financed Residential Service jew State Financed Institution’. Dan l-avviż jemenda l-avviż legali numru 259 tal-2004 li jgħid li kwalunkwe resident ġewwa din it-tip ta’ residenza jew istituzzjoni li ġie discharged imma li se jibqa' residenti ġewwa l-isptar ser jaghmel kontribuzjoni lill-Gvern għall-kura li jingħata. Din kienet diġa ssir ġewwa l-Isptar San Luqa u għaldaqstant kien meħtieġ li l-Isptar Mater Dei jiġi skedat speċifikament. Din hija l-istess proċedura li tintuża fil-każ ta’ djar oħra residenzjali tal-Gvern.

faċilità għal servizzi għall-kura tad-dimensja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il faċilità għal servizzi għall-kura tad-dimensja għall-anzjani hemm f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont il-lokalità? Jista’ jgħid kull faċilità kemm takkomoda anzjani? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fl-2011 fuq kull faċilità għat-tmexxija tagħha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ġewwa San Vinċenz e Paule hemm żewġt swali li huma mibnija speċifikament għall-kura ta’ persuni li jsofru bid-dimentia, li huma is-swali Ġwanni Pawlu II – Sala 1 (nisa) u sala 2 (irġiel); kif ukoll Activity Centre li jservi bħala day respite għall-persuni li jbgħatu mid-dimentia. San Vinċenz de Paule jakkomoda elf mijja u tmienja u tletin (1,138) persuna – tlett mija u tlieta u tletin (333) irġiel u tminn mijja u ħamsa (805) nisa. Dawn is-swali msemmija hawn fuq huma maqsuma hekk: Ġwanni Pawlu II – Sala 1 (Nisa) = 24; Ġwanni Pawlu II – Sala 2 (irġiel) = 24. L-ispiza għas-sena 2011 għal dawn is-swali kienet ta’ miljun, erba’ mijja u sitta u tmenin elf, u erba mitt Ewroa (1,486,400) liema spiża tinkludi l-pagi u l-ikel. Fil-jiem li ġejjin mistennija tiftaħ sala ġdida għall-persuni li għandhom id-dimenzja ġewwa Zammit Clapp Nursing Home. Din is-sala se tilqa’ 12-il pazjent. Rigward faċilitajiet għal servizzi għall-kura tad-dimentia għall-Anzjani ġewwa Għawdex nitlob l-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. Kull sala li tigi re-fursbished ġewwa residenza tal-anzjani tiġi mgħammra dimentia firiendly.

Malta — servizz tal-għajnuna fid-dar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemm anzjani u households f’Malta li għandhom is-servizz tal-għajnuna fid-dar? Jista’ jgħid kemm hu n-numru totali ta’ sigħat ta’ servizz fil-ġimgħa li qed jingħata? Jista’ jgħid kemm sigħat totali ta’ servizz fil-ġimgħa kienu approvati għal dawn l-anzjani/households? Jista’ jgħid kemm hemm anzjani/households li għandhom l-approvazzjoni tal-Bord għal dan is-servizz u għadhom m nagħtawx is-servizz? Kemm-il siegħa ta’ servizz għandhom approvati b’kollox?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta’ households li jirċievu l-home help fil-prezent huwa 2,684 filwaqt li l-benefiċċjarji jammontaw għal 3,659. In-numru totali ta’ siegħat ta’ servizz li qed jingħata hu ta’ 7,293 siegħa fil-ġimgħa. In-numru ta’ siegħat approvati jammonta għal 7,487 siegħa fil-ġimgħa. In-numru ta’ households li għandhom is-servizz approvat u li s’issa m’għandhomx servizz huwa ta’ 74.

pilloli Clopidogerel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li fuqhom jingħataw il-pilloli Clopidogerel b'xejn lill-pazjenti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-kriterji tal-protokoll tal-Gvern jintitolaw il-pazjenti biex jieħdu l-mediċina Clopidogrel sa sena f’każijiet ta’ mard iskemiku tal-qalb meta l-pazjent ikun: · daħal l-isptar minħabba ‘ Acute Coronary Syndrome’, jew · għamel intervent kirurġiku perkutanju ( stent ).

San Vincenz de Paul — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista tal-impjegati ġodda li bdew jaħdmu fir-residenza San Vincenz de Paul matul dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid jekk ġewx trasferiti minn entitajiet oħra tal-gvern, jew inkella ġewx impjegati minn barra, skont il-każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul dawn l-aħħar sitt xhur ġew impjegati 24 persuna u dawn fil-gradi ta’ Catering Manager, Deputy Nursing Officer, General Hand, Health Assistant, Nursing Officer, Occupational Therapist, Officer in Scale 16, Senior Occupational Therapist, Senior Tradesman, Social Assistant, Staff Nurse u Temporary Staff Nurse. Minn dawn il-persuni, tmienja kieu impjegati minn barra, ħmistax kienu trasferiti minn dipartimenti tal-Gvern u waħda reġgħet daħlet mal-Gvern permezz ta’ proċess ta’ re-employment.

ECG Technicians

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li nursing aide u care worker qed jagħmlu xogħol ta' ECG Technicians u għaliex dawn mhumiex taħt ir-responsabilità tal-SNO office iżda jaqgħu direttament taħt ir-responsabilità tas-Supretendent?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

bini ta' rehabilitation hospital

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx abbandunati l-pjanijiet għal bini ta' rehabilitation hospital kif ġie imwiegħed mill-gvern xi snin ilu? X'sar minnhom il-pjanti għal dan l-isptar? Jekk il-gvern abbanduna dawn il-pjanijiet, kemm swew il-pjanti li saru għal bini ta' dan l-isptar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — bini ta' helipad

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinbena l-helipad fuq il-Casualty fl-Isptar Mater Dei? Jekk iva, għaliex ma ġiex ippjanat qabel u nbena fil-proċess tal-bini tal-isptar? Kemm sewa biex inbena l-helipad li hemm illum? Kemm se jiswa l-attrezzar mill-ġdid tal-helipad fl-Isptar San Luqa għall-użu temporanju? Kemm se jiswa l-helipad fuq il-Casualty fl-Isptar Mater Dei?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mhux ser jinbena helipad ġdid fuq il-Casualty. Il-helipad il-ġdid ser jinbena fuq is-saqaf ta’Block D1.4 u D1.5 biswit il-Casualty jiġifieri il-block ta’ fejn hemm il-Medical Investigations u il-Medical Acute Ward 5. Tajjeb li nfakkar li l-helipad il-ġdid ser jinbena fil-post fejn oriġinarjament kellu jsir. L-ispiża tal-helipad li hemm illum kienet parti mil-Lump Sum li tħallset għall-bini u l-attrezzar tal-Isptar Mater Dei. Ix-xogħol tar-reinstatement tal-helipad fl-Isptar San Luqa ġie jiswa €6,600.00. Il-proċess tat-tender tal-bini tal-helipad il-ġdida fl-Isptar Mater Dei għadu għaddej. Tkun tista’ tingħata aktar informazzjoni kif dan il-proċess jingħalaq.

Ħal Luqa — kumpless Rużar Briffa - użu ta' diesel

Question

Fid-dawl tal-użu ta' diesel b'kontenut għoli ta' sulphur fil-kumpless ta' Rużar Briffa Ħal Luqa, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex l-emmissjonijiet tossiċi ma jispiċċawx a detriment tar-residenti tal-madwar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — tqassim ta' fuljetti u materjal ieħor fid-djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu fuljetti u materjal ieħor fid-djar matul l-aħħar sitt xhur? Jista' jagħti d-dettalji tal-materjal imqassam fid-djar, x'tip ta' karta intużat, fejn ġie stampat il-materjal, kemm sewa kull fuljett jew materjal li ntbagħat u jekk tqassamx bil-posta jew xi mezz ieħor? Jekk b'mezz ieħor, min qassamhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.