Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — interview mill-HR

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35636 u jgħid fl-aħħar disa' snin (sena b'sena) kemm kien hemm ilmenti minn persuni li allegaw li nqabżu inġustament f'interviews li saru mill-Human Resourses tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jipprovdi lista ta' nomenklaturi li dwarhom l-Human Resourses tal-korporazzjoni stess irċieva ilmenti? Jista' jgħid jekk f'dawn is-snin kienx hemm xi forma ta' audit fuq l-operat tal-Human Resources tal-Korporazzjoni? X'irriżulta minn dan l-auditing jekk fil-fatt sar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Enemalta — impjegati li jagħmlu l-korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35635 u jiċċekja u jgħid jekk l-individwu li isimu qed jintbagħat separatament u għandu l-grad ta' PDTO mal-Korporazzjoni Enemalta marx jagħmel xi kors fl-Università fl-aħħar disa' snin u kienx sponsorjat mill-korporazzjoni? Jista' jgħid jekk dan l-individwu gradwax? Jekk le, jista' jagħti risposta ċara li l-flus li l-korporazzjoni ħallsitu f'pagi fiż-żmien li għamel l-Università ġewx rifużi lura kollha, u meta ġew rifużi? Jista' jgħid minn naħa tal-korporazzjoni min huwa l-individwu li finalment huwa responsabbli li jara li dawn l-isponsorships jingħataw b'mod serju u li jekk l-individwu involut ma jġibx il-kwalifiki lura jinġabru l-flus lura mill-iktar fis? Jista' jagħti lista dettaljata tal-persuni mill-Korporazzjoni Enemalta li ntbagħtu jagħmlu korsijiet l-Università, jekk għaddewx u jekk le ġew rifonduti l-flus tal-isponsorship u meta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

NSO — qagħda ekonomika

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35618 u cioè: Fid-dawl li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, skont il-pubblikazzjoni tiegħu Gross National Income Inventory (ESA95) ta' April 2008, ċaqliq fl-inventarji dovut għall-parti tad-diskrepanza statistika li tikkontribwixxi negattivament għall-prodott gross domestiku (PGD) tfisser biss li l-livelli ta' wieħed jew aktar mill-komponenti l-oħra tal-PGD mkejjel mill-expenditure approach, bħall-konsum tal-familji, investiment, u/jew esportazzjoni huma fir-realtà aktar baxxi milli jindikaw ċ-ċifri (jew li l-livell tal-importazzjoni hu aktar għoli minn dak stabilit), u għaldaqstant ma jħalli ebda effett fuq il-kejl tat-total tal-PGD billi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juża l-production approach bħala l-metodu prinċipali biex tkejjel il-PGD, jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tal-gvern għall-fatt li l-Gvernatur tal-Bank ċentrali preżenti esprima pubblikament dubbji dwar kemm iċ-ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qed jagħtu stampa reali tal-qagħda ekonomika f’pajjiżna, jiġifieri jekk il-pajjiż hux tassew teknikament f’riċessjoni jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali flimkien mal-Istituzzjoni li jmexxi huma klijenti ewlenin tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Dawn jaħdmu u jaġixxu b’mod indipendenti mill-Gvern. Il-Gvern, bħalma dejjem għamel, jirrispetta l-awtonomija u l-evalwazzjoni u l-fehmiet indipendenti dwar il-qagħda ekonomika ta’ pajjiżna kemm tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali kif ukoll tal-Istituzzjoni li huwa jmexxi.

Delimara — filter bags tal-power station

Question

Fid-dawl ta’ rapporti li dehru fil-media lokali dwar problemi b’uħud mill-filter bags fl-estensjoni tal-power station ta’ Delimara, jista' jgħid jekk: a) tista' l-Korporazzjoni Enemalta tippubblika rapport uffiċjali dwar dak li verament ġara; b) x’inhuma l-PM10, PM2.5, NOx u Sox levels li l-Korporazzjoni Enemalta tikkunsidra bħala l-massimu ttollerat indipendentement mill-BAT figures; c) x’kienu dawn il-livelli qabel ma fallew uħud mill-filter bags; d) hemm xi evidenza ta’ pressure eċċessiva fuq dawn il-bags? Jekk iva, dan il-high back pressure jista' li kien qed jkollu xi effett fuq il-performance, speċifikament fejn jidħlu power output, fuel consumption u anki effiċjenza; e) kemm-il darba l-bags li ġew ruptured ma kenux difettużi, jista' jikkonferma li dan seta' kien ikkawżat minn faults fid-disinn tal-emissions mitigation system? f) billi l-BWSC ġiet mitluba mill-Korporazzjoni Enemalta biex tagħti r-reazzjoni uffiċjali tagħha, jista' jgħid x’kienet u tippublikaha kif wkoll jgħarraf lill-Kamra kif il-BWSC qegħdin jippjanaw li jirrisolvi din il-problema; u g) jekk il-performance ta' setturi oħrajn tal-emissions mitigation plant humiex qed jaħdmu kif suppost f’mod sodisfaċenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Ħaddiema fir-Revenue Section

Question

Peress li fl-1992, meta ġiet imwaqqfa il-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma, l-ħaddiema li kienu impjegati tal-gvern li għażlu li jibqgħu mal-korporazzjoni kien ingħatalhom id-dritt li jkunu jistgħu jmorru lura f'xi dipartiment tal-gvern; u billi l-istess ħaddiema li kienu fir-Revenue Section tal-korporazzjoni wara kienu ġew assenjati mal-ARMS Ltd; u peress li dawn il-ħaddiema issa qed jiġi mitluba li jagħżlu bejn li jibqgħu ma' ARMS Ltd jew li jmorru lura mal-korporazzjoni, u peress li l-ftehim mal-unions kien jassigura li l-impjegati jistgħu jmorru lura mal-gvern biss f'każ li ARMS Ltd tiġi xolta, jista' l-Ministru jgħid jekk id-dritt li dawn l-impjegati, fil-każ li jagħżlu li jibqgħu mal-ARMS Ltd, hux se jibqagħlhom id-dritt li jmorru lura mal-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 35155, fejn il-Ministru kien irrisponda permezz ta' mistoqsija parlamentari 34774, u peress li fil-mistoqsija 35155 kont tlabt kemm tħallas mill-Air Malta l-avukat u l-kumpanija tal-avukat li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, u peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34774, l-Air Malta ma semmiet imkien, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35155?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Bord tad-Diretturi — membri

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx xi membri tal-bord tad-Diretturi (inkluż is-segretarju tal-istess bord) tal-kumpanija Gozo Channel li matul l-aħħar tnax-il xahar taw servizz professjonali kemm huma personalment kif ukoll żwieġhom u/jew kumpaniji li huma jew żwieġhom ħadmu jew jaħdmu magħhom, lill-kumpanija Gozo Channel stess? Jista' jgħid min kienu l-persuni u/jew kumpaniji li taw tali servizz? Jista' jgħid b'liema tip ta' sejħa ġie kkuntrattat kull servizz professjonali imsemmi? Jista' jgħid jekk saritx sejħa pubblika għall-offerti dwar min ħa d-deċiżjoni li jingħataw direct orders? Jista' jgħid jekk dawn il-persuni u/jew kumpaniji ddikjaraw il-kunflitt ta' interess tagħhom? Jista' jgħid kemm kienet l-istima oriġinali għal kull servizz ikkuntrattat u kemm kien il-ħlas effettiv għal kull servizz?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Enemalta — struttura preżenti maniġerjali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura preżenti maniġerjali tal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi, wara l-ħatra taċ-Chariman Ezekuttiv il-ġdid, qed isir proċess ta’ riorganizzazzjoni tal-istruttura Maniġerjali tal-Korporazzjoni Enemalta. Meta jkun il-waqt propizju, nagħti aktar dettalji kif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Malta Enterprise — investiment

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-kumpaniji li l-Malta Enterprise qalet li nvestew €320 miljuni f 'dawn l-aħħar erba' snin? Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-3,200 impjieg li qegħdin jgħidu li ħolqu dawn il-proġetti ġodda?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 31846.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35429 u jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, u dekasteri li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Lukanda — Irċevuta fiskali lir-residenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hiex eżentata milli toħroġ irċevuta fiskali lir-residenti, stante li jidher li din hija l-prassi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-lukanda msemmija hija awtorizzata li toħroġ irċevuti permezz ta’ sistema komputerizzata b’numru ta’ eżenzjoni maħruġ mid-Dipartiment tal-VAT minflok ricevuta fiskali minn cash register fiskali jew mill-kotba ufficcjali tad-Dipartiment tal-VAT.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — xogħlijiet fuq katui tad-drenaġġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33828, billi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma taqa taħt id-Dikasteru tal-istess Ministru, jista' jinvestiga jekk hux minnu jew le li l-Kunsill tal-Msida, kellu jiftiehem biss mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kif kellu jsiru ix-xogħol u mhux kif allegatament ġara li l-kunsill jiġi informat mill-kuntrattur li għax il-Korporazzjoni m'għandhiex flus biżżejjed il-biċċa l-kbira tal-ispiża kellha tinħarr mill-kunsill innifsu dwar it-tisijiet fi Triq Giorgio Mitrovich Street fl-Imsida dwar l-problema tal-katusi mifqugħa tad-drenaġġ? Li kieku kien hekk, għaliex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma innifisha ma kellix tikkomunika direttament mal-kunsill hi u mhux tramite l-kuntrattur? Jista' jinvestiga l-każ u jgħarraf il-kamra x'inhu l-pożizzjoni uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dwar dan kollu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-Ilma mhijiex konxja ta’ x’arranġamenti kien hemm bejn il-kuntrattur u l-Kunsill Lokali msemmi. Ix-xogħol relatat ma’ bankini beda mill-Kunsill Lokali. Il-proċedura f’dan il-każ hija li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-Ilma toħroġ Letter of Acceptance lill-kuntrattur magħżul mill-Kunsill Lokali. Eventwalment inħarġu żewġt LA’s, LA 601/11 (drenaġġ) u LA 143/09 (ilma).

Għawdxin — Quad bikes

Question

Peress li ħafna Għawdxin investew fi quad bike biex imorru għax-xogħol Malta ta' kuljum u jiffrankaw l-ispejjeż tal-karozza, peress li issa l-quad bikes qed jintalbu jħallsu prezz tal-biljett daqs karozza u allura dan ifisser spejjeż żejda ta kuljum, jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn l-Għawdxin issa qed jiġu mitluba jħallsu ta' karozza?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi il-prezzijiet tal-Gozo Channel huma bbazati fuq d-daqs tal-vettura u għalhekk peress illi quad bike huwa kbir daqs uħud mic-city cars li hawn fiċ-ċirkolazzjoni, il-kumpanija tħoss li għandhom iħallsu l-istess ammont daqs vetturi oħra iżgħar minn 5 metri.

Bical — informazzjoni dwar il-kontrollur

Question

Jista' l-Ministu jgħid min hu attwalment il-kontrollur tal-Bical? Peress li l-gvern ilu jwiegħed żmien li l-kredituri tal-Bical se jitħallas u pagament ulterjuri aktarx finali, jista' jgħid meta attwalment dan se jsir? Jista' jispjega din il-prokrastinazzjoni kollha?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Airmalta — ħlas lill-konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern, b'mod partikolari tal-Ministeru tal-Finanzi, ħallasx lill-konsulenti tat-task force imwaqqfa minħabba l-Air Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistax tingħata minħabba li hi ta’ natura kummerċjalment sensitiva. Ara korezzjoni f'PL 10279 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 2 ta' Lulju 2012 f'Seduta 496.

lista ta' fabbriki ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35646 u jagħti lista ta' fabbriki ġodda li nfetħu bejn 2008 u 2011? Kemm ħadmu nies f'dawk il-fabbriki l-ġodda? Kemm kien l-investiment investit minn kull fabbrika? Kemm kien l-estensjonijiet ta' fabbriki li saru bejn 2008 u 2011? Liema fabbriki kienu li effetwaw estensjonijiet? Kemm kien l-investiment f'kull fabbrika u kemm żdiedu ħaddiema f'kull fabbrika?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif diġa intqal fi tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 31846, u irrepetuta f’mistoqsija parlamentari 35390, l-ismijiet tal-kumpaniji ma jistgħux jingħataw minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità kif stabbilit fil-Business Promotion Act. In-numru ta’ investimenti ġodda u espansjonijiet huma murija fit-tabelli ta’ hawn taħt flimkien mal-investiment u l-impjieg prevvisti f’għeluq it-tlett snin mill-bidu tal-proġett. Dawn il-figuri jinkludu ukoll investimenti ġodda u espansjonijiet li ma bbenefikawx minn fabbirka/art minn fejn joperaw minħabba lis-settur li joperaw fih ma jikkwalifikax għal fabbrika/art. Qed inpoggi fuq il-mejda l-informazzjoni mitluba.

Airmalta — ħlas lill-konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern, b'mod partikolari tal-Ministeru tal-Finanzi, ħallasx lill-konsulenti tal-Air Malta f'dawn l-aħħar erba' snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistax tingħata minħabba li hi ta’ natura kummerċjalment sensitiva. Ara korrezzjoni f'PL 10280 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 2 ta' Lulju 2012 f'Seduta 496.

Gozo Channel — informazzjoni dwar xogħol li sar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35487 u jgħid kemm ġew imqabbda kuntratturi sabiex jagħmlu xogħlijiet għall-Gozo Channel f'dawn l-aħħar xahrejn? X'kien it-tip ta' xogħol? Ħarġet tender jew direct order? Min tefa' l-offerti u min ħa x-xogħol? Kemm sewa dan ix-xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta — Gas Division - art

Question

Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Gozo Channel — vapuri ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vapuri ġodda li għandha l-Gozo Channel? Kemm ġew jiswew dawn il-vapuri, kull wieħed separatament? Kemm saru spejjeż fuq dawn il-vapuri minn meta ġew varati sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Gozo Channel ma għandhiex vapuri ġodda. It-tliet vapuri li qed topera bħalissa huma it-Ta’ Pinu, il-Gaudos u l-Malita li ġew varati rispettivament fl-2000, l-2001 u l-2002 jiġifieri medja ta’ ħdax-il sena ilu. L- MV Ta’ Pinu ġie jiswa 37.3 miljun ewro, filwaqt illi l- MV Gaudos u l- MV Malita swew 32.6 miljun ewro kull wieħed. Spejjeż fuq dawn il-vapuri minn meta ġew varati sal-lum kienu ta’ €2.8 miljun.