Tista' l-Ministru tgħid meta se jinħatru l-Learning Support Assistants 1 wara l-eżami li sar f'Ġunju 2011 u li r-riżultati tiegħu ġew ippubblikati f'Lulju 2011? Tista' tgħid ukoll għaliex teżisti sitwazzjoni fejn Learning Support Assistants ingaġġati mill-iskejjel tal-Knisja qed jingħataw mill-ewwel il-grad ta' Learning Support Assistants 1 filwaqt li dawk ingaġġati fis-settur pubbliku le?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fis-settur pubbliku il-Learning Support Assistants I ma jidħlux b’eżami imma b’interview. Din is-sena ma ħarġitx applikazzjoni għall-LSA I imma LSA II. Saru l-interviews tal-LSA II u dalwaqt joħroġ ir-riżultat.
Il-
learning support assistants
ingaġġati mill-iskejjel tal-Knisja jridu l-ewwel jiġu approvati mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol. Skont il-ftehim bejn il-Ministeru u s-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika iffirmat fid-29 ta’ Lulju tal-2011, l-istaff tal-iskejjel tal-Knisja (inkluż LSAs) iridu jintagħżlu u jiġu ngaġġati skont l-istess kriterji li juża l-gvern għall-iskejjel tiegħu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti li attendew kors l-MCAST f'Għawdex li imbagħad marru kors l-MCAST Malta f'dawn l-aħħar ħames snin? Tista' tgħid x'korsijiet kienu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din l-istatistika ma tinżammx mill-MCAST għalhekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-korsijiet tas-snajja mogħtija mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ se jiġu privatizzati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-taħriġ kollu li tagħmel l-ETC jingħata minn instructors li jiġu magħżula permezz ta’ sejħat għal tender. Għaldaqstant dan it-taħriġ qed jingħata diġà minn nies li huma fuq bażi ta self-employed.
Università ta' Malta — informazzjoni dwar l-għalliema
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' għalliema full-time fl-Università fis-sena akkademika preżenti? Kemm minn dawn huma assenjati b'doveri fil-Junior College fuq bażi full-time jew part-time? Kemm mill-għalliema tal-Università fis-sena akkademika preżenti huma part-time fl-Università u fil-Junior College separatament? Kemm mill-istaff akkademiku tal-Università għandhom joint post ma' xi entità oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
servizz ta' speech therapist għat-tfal fl-iskejjel
Question
Tista' l-Ministru tgħid f'kemm-il skola primarja jiġi provdut is-servizz ta' speech therapist? Għaliex tfal minn skola jkollhom imorru fi skejjel oħra flok ma t-terrapista jżur it-tfal li għandhom bżonn ta' dan is-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema self-employed reġistrati bħala carers, cooks, clerks, security officers u cleaners, u kemm huwa d-dħul medju dikjarat għal kull kategorija msemmija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm se jiġi jiswa l-operat ta' TVM2 lill-Public Broadcasting Services u jekk dan hux se jiġi ffinanzjat mill-Public Broadcasting Services, mill-EPSO jew inkella minn xi fond ieħor? Jekk se jingħataw fondi addizzjonali lill-Public Broadcasting Services, tista' tgħid kemm se jingħataw u mil-liema vot se jingħataw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-operat ta’ TVM2 se jkollu Fond ta’ €500,00 mill-Vot Item 5023 Media Education Broadcasting 2012.
Bħala stazzjon ta’ servizz ta’ xandir pubbliku se jkollu programmi li jibbenefikaw mill-fondi EPSO.
Qasam tad-diżabilità — akkreditazzjoni u benchmarking għas-servizz tal-NGOs
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema awtorità hija responsabbli mill-akkreditazzjoni u benchmarking tas-servizz u korsijiet mogħtija mill-għaqdiet u NGOs li joperaw fil-qasam tad-diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-fondi Ewropej mill-programm Leonardo Da Vinci għas-snin 2010 u 2011 ġewx mitlufa minn Malta jew jekk ingħatawx? F'każ li dawn ingħataw, jista' l-Ministru jgħid meta l-istudenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi li huma intitolati għal dawn il-fondi se jkunu qed jirċievu dak dovut lillhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-2010 il-Fondi Leonardo da Vinci ma ingħatawx. Fl-2011, il-fondi ngħataw u kull applikant li kien eliġibbli li jirċievi l-Fondi Ewropej mill-Leonardo Da Vinci ngħatawlu.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — impjegati self employed
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tagħha? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' studenti li matul is-sena l-oħra talbu għal learning support assistant matul l-2011? Kemm minn dawn l-istudenti ngħataw dan is-servizz u kemm le? F'liema suġġetti, f'kull każ? Jekk jirriżulta li kien hemm studenti li ma ngħatawx din l-assistenza, tista' tispjega ir-raġuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-Kunsill Malti għall-Isport xtrat shooting simulator ? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid meta nxtara, kemm inxtara, mingħand min inxtara u kif ġie deċiż mingħand min jinxtara' ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill Malti għall-iSport ma xtarax shooting simulator iżda permezz tal-iskemi tiegħu assista lill-Federazzjoni għall-Isparar biex tixtri wieħed.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu l-pjanijiet biex jibdew jittellgħu programmi sportivi ta’ livell fuq TVM u dan skont tweġiba parlamentari 28926?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minn din l-iskeda TVM beda jipproduċi l-programm sportiv Kontrattakk b’emfażi fuq il-football lokali. Il-programm għandu linja editorjali ġdida li temfazizza l-kwalita’ fil-produzzjoni tad-diversi servizzi fuq il-football lokali. Jista’ jissemma’, pereżempju, li kull partita tal-kampjonat premier tinġibed b’żewġ cameras u wara kull logħba jittieħdu l-kummenti ta’ protagonisti miż-żewġ naħat. It-taqsima sport tal-PBS qed tħarreġ team ġdid żagħżugħ ta’ ġurnalisti li mħallta ma’ oħrajn b’aktar esperjenza qed joffru analiżi aktar friska u varjata tal-logħba lokali tal-football. Minbarra l-programm Kontrattakk, it-taqsima sport tipproduċi l-parti sportiva ta’ kuljum fl-aħbarijiet tat-tmienja ta’ TVM, fejn mil-bidu ta’ din l-iskeda qed isir sforz biex filwaqt li t-telespettatur jitwasslulu l-aħbarijiet sportivi l-iktar importanti mid-dixxiplini l-iktar segwiti, jingħata wkoll tagħrif fuq firxa kemm jista’ jkun wiesgħa ta’ attivitajiet lokali u internazzjonali, eżempju dan l-aħħar il-maratona ta’ Malta. It-taqsima sportiva ffinalizzat u qegħda tiffinalizza diversi ftehim u arranġamenti biex toffri esperjenza dejjem iktar kompleta lid-dilettanti tal-isport bħal fejn jidħlu l-iktar kompetizzjonijiet prestigjużi tal-football internazzjonali, u l-logħob olimpiku, minbarra li qed tikkollabora mal-assoċjazzjoni nazzjonali tal-football biex tressaq lit-team nazzjonali Malti aktar qrib il-pubbliku sportiv. It-taqsima sport qegħda wkoll fil-proċess finali biex tidentifika liema huma dawk l-isports lokali li l-aktar jixirqilhom ikollhom programmi ddedikati speċifikament għalihom biex jidħlu fil-faxxa ta’ programmi sportivi ppjanata għall-istazzjon TVM2.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien il-budget ivvutat għar-rappurtaġġ sportiv fuq TVM u Radju Malta fl-iskeda tal-ħarifa li għaddiet? Kemm kienet in-nefqa jekk kienet differenti minn dak li ġie allokat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-programmi Sportivi fuq TVM u Radju Malta ma jagħmlux parti mill-programmi EPSO, iżda huma programmi ta’ natura kummerċjali għalhekk ma hemmx allokat EPSO Funds għalihom.
Promozzjonijiet lill-għaqdiet sportivi fuq TVM u Radju Malta
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ promozzjoni ngħataw l-għaqdiet sportivi matul l-iskeda li għaddiet fuq TVM u fuq Radju Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Għaqdiet Sportivi jingħataw promozzjoni fil-programmi tal-Isports fuq it-televiżjoni kif ukoll fuq ir-Radju. Fost dawn tingħata promozzjoni lill-Basketball, Żwiemel, Waterpolo, Snooker, Atleta, Judo, Karate.