Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — infiq fi fuel
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont dettaljat ta’ kemm intnefaq fi fuel fid-dekasteri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha minn Marzu 2008 sa Awwissu 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-prezzijiet kummerċjali li l-Awtorità tad-Djar qed titlob fl-iskema 2011 għad-djar ta' abitazzjoni tal-Gvern mħabbra fit-2 ta' Awwissu 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont il-kundizzjonijiet tal-Iskema Ninvesti fid-Dar Tiegħi, l-prezz kummerċjali se jkun kkalkulat fuq il-lokal, id-daqs u t-tqassim tal-bini, l-ambjent tal-madwar u kemm ikun ilu mibni il-post. Il-valutazzjoni kummerċjali tal-proprjetajiet sejrin jiġu notifikati lill-applikanti wara kull applikazzjoni li tintlaqa’ mill-Awtorità tad-Djar. Applikanti jkunu eleġibbli għal sussidju kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt:-
Ammont ta’ Assi
Perċentwal ta’ Sussidju
€0 - €70,000
45%
€70,001 - €80,000
40%
€80,001 - €90,000
35%
€90,001 - €100,000
25%
€100,001 - u aktar
0%
Tista’ l-Ministru tagħti lista aġġornata ta’ dawk kollha li qed jagħmlu xi xogħol ta’ konsulenza mal-Public Broadcasting Services u tgħid x’tip ta’ konsulenza kull wieħed minnhom qed jagħti u kemm qed jitħallas għal dan ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar kif ġew użati l-fondi mgħoddija lill-Public Broadcasting Services bħala Public Service Obligation għas-sena 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tispjega xi ħlasijiet saru mill-Public Broadcasting Services lid-ditta Where's Everybody?, speċifikament għall-programm Bondiplus matul l-iskeda tax-xitwa tas-sena 2010/2011? Kemm hu prospettat li jsiru ħlasijiet lill-istess ditta matul l-iskeda tax-xitwa li ġejja, jiġifieri 2011/2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minkejja li l-programm Bondi+, il-programm Xarabank u l-programm Bijografiji prodotti mill-kumpanija Where’s Everybody għal PBS huma programmi li jwettqu missjoni ta’servizz ta’ xandir pubbliku (extended public service obligation programmes) fil-fatt m'huma qed jirċievu l-ebda fondi milli jagħti l-gvern għal programmi ta’ dan it-tip. Bejn il-PBS u l-WE hemm ftehim purament kummerċjali u bħal kull ftehim ieħor kummerċjali li tidħol għalih il-kumpanija huwa kunfidenzjali.
Tista' l-Ministru tgħid jekk min kellu applikazzjoni pendenti meta twaqqfet ħesrem l-iskema fl-2008 hux ser jerġa' jiġi offrut xi appartament tal-Gvern bħala parti mill-iskema tal-Awtorita' tad-Djar? Meta se terga' tiġi estiza din l-iskema mal-bliet u l-irħula kollha ta' Malta? Dawn il-persuni jistgħu jingħataw prijorità mingħajr il-ħtiega li jerġgħu jidħlu fi spejjeż ta' applikazzjoni oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellanti jindika għal-liema skema ta’ tal-2008 qed jirreferi minħabba li kien hemm diversi skemi.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'differenza kien hemm fir-riżultati miksuba minn tfal/żgħażagħ li se jibdew jattendu l-iskola sekondarja din is-sena meta mqabbla mar-riżultati miksuba fil-passat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iskop tal-eżami li sar din is-sena fi tmiem il-primarja huwa totalment differenti minn dak li kellu l-eżami tad-Dħul fil-Junior Lyceums. Dan tal-aħħar kellu l-iskop li jiddetermina t-tip ta’ skola Sekondarja (Junior Lyceum jew Area Secondary) li kienu se jmorru fiha t-tfal, filwaqt li l-eżami li sar għall-ewwel darba din is-sena kellu l-għan li jagħti indikazzjoni tal-progress li jkunu għamlu t-tfal fl-erba’ ħilijiet diversi tal-lingwi u fil-Matematika biss. L-eżamijiet tal-Junior Lyceum kienu fuq sistema ta’ Pass jew Fail mentri l-eżami l-ġdid, hekk imsejjaħ Benchmark, mhuwiex fuq l-istess sistema. Għaldaqstant wieħed ma jistax iqabbel ir-riżultati ta’ qabel ma’ dawk ta’ din is-sena.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — talbiet għal reduced hours, telework u career breaks
Question
Tista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal reduced hours, telework u career breaks f'kull dipartiment u uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid kemm minn dawk it-talbiet saru minn nisa u kemm minn irgiel? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijiet konkreti sabiex id-delettanti taċ-ċikliżmu xi darba jkollhom post fejn jipprattikaw l-isport tagħhom bla ebda periklu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal bini ta’ Velodrome ninfurmah li bħalissa ma hemmx pjan biex jinbena kumpless simili fil-futur immedjat.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi pjanijiet li jsir xi ħaġa dwar it-timer (arloġġ) li hemm fil-Pixxina Nazzjonali u dan peress li mhux jaħdem kif suppost?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Aquatic Sports Association (ASA) għaddejja b’diskussjonijiet sabiex jinxtara u jiġi installat scoreboard ġdid li jinkludi wkoll timer.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn playing fields f'Malta? F'liema lokalità qagħdin? Tista' tgħid ukoll, għal kull każ min hu responsabbli għat-tmexxija tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders ta' 'l fuq minn €5,000 mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ minn Jannar 2011 s'issa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ minn Jannar 2011 s'issa tgħat dawn id-direct orders ta' 'l fuq minn €5,000
1. PBS – Spots fuq it-televizjoni rigward il-fiera tax-Xogħol ETC/EURES Job Fair li saret f’Jannar 2011
2. Mediterranean Conference Centre - kiri ta' swali, provizzjoni ta dawl u
catering
għal matul il-fiera tax-xogħol li saret f’Jannar 2011
3. Careers Passport Ltd – Software, Registration database system – huwa il-kontribuzzjoni tal-ETC bħala parteċipant fi proġett tal-AWAS Agency for the Welfare of Asylum Seekers.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet ta' work permits mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ minn Jannar 2011 s'issa minn pajjżi tat-Tielet Dinja? Minn liema pajjiż ikunu? Kemm minn dawn ġew rifjutati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li barrani, miżżeweġ Maltija u ilu Malta aktar minn ħdax-il sena, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ abbażi tal-estensjoni tal-employement licence, titlob li dan iċ-ċittadin jipprovdi private hospital health insurance?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-barrranin li huma miżżewġin ma’ ċittadini Maltin u li għandhom il-Freedom of Movement m’għandhomx bżonn il-liċenzja tax-xogħol biex jaħdmu Malta.
Università ta' Malta — lecturing staff - full-time
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk li ġew impjegati full-time bħala parti mil-lecturing staff tal-Università ta' Malta mill-2005 sal-lum? Kemm daħlu bħala professuri, kemm daħlu bħala lecturers bid-dottorat? Kemm daħlu bħala assistant lecturers bil-Masters u kemm hemm lecturing staff mingħajr kwalifika ta' Masters?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li kien hemm 162 li ngħataw impjieg full-time bħala lecturing staff. Bħala Professuri ġew impjegati tnejn u sitta bħala associate professors. Kien hemm 28 lecturer li ġew impjegati bid-Dottorat, 87 assistant lecturer bil-Masters u 34 assistant lecturer mingħajr Masters.
Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — rendikont dettaljat ta' sejħiet għall-Offerti
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 27592, 27442 u 27067 li oriġinarjament saru lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġew riferuti lilha u tagħti rendikont dettaljat minn Mejju 2001 sal-lum tas-sejħiet għall-offerti li oriġinaw mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada u li ġew ippubblikati permezz tad-Dipariment tal-Kuntratti u f'kull każ jagħti ċ-ċifra li permezz tagħha kienet stmata kull sejħa għall-offerti u l-valur finali ta' kull proġett komplut u jekk fil-każ li kien hemm varjazzjonijiet mill-istima oriġinali, jagħti r-raġunijiet għaliex ġara dan u jgħid x'ġustifikazzjoni kien hemm għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 27446.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 27658 u tgħid kemm kien hemm studenti mill-fifth formers tal-iskejjel sekondarji:
a) statali;
b) tal-Knisja; u
ċ) indipendenti
li qagħdu għall-eżamijiet SEC sessjoni Mejju 2011? Tista' tagħti l-figuri separati għal kull settur u kemm kien hemm minn kull settur f'kull suġġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li sabiex jingħataw visa permanenti, barranin li jaħdmu hawn jeħtieġu ukoll taħriġ biex jiżviluppaw aktar ħiliet, tista' l-Ministru tgħid x'qed iżomm lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ milli taċċetta applikanti barranin milli jipparteċipaw fid-diversi korsijiet li torganizza l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ toffri diversi programmi ta’ taħriġ għal dawk li jixtiequ jtejbu il-ħiliet tagħhom, sew jekk jaħdmu kif ukoll jekk qed jfittxu impjieg. Dan it-taħriġ huwa parzjalment ffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u għaldaqstant jistgħu jattendu ċittadini Maltin, dawk li ġejjin mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll dawk li huma eliġibbli li jaħdmu ġewwa Malta mingħajr il-bżonn ta permess tax-xogħol. Dan it-taħriġ jingħata kollu b’xejn.
Il-Korporazzjoni toffri ukoll taħriġ speċifiku lill-barranin li japplikaw għal-
long term residence permit
hekk kif stipulat fil-Legal Notice
370 ta’ 2010. Dan it-taħriġ li huwa bi ħlas huwa maqsum f’żewġ partijiet – l-ewwel parti, li hija obbligatorja hija dwar ħajja u xogħol f’Malta u tikkonsisti f’mitt siegħa ta’ taħriġ. It-tieni parti tagħti taħriġ f’lingwa jew fil-Malti jew l-Ingliż.
Tista' l-Ministru tipprovdi statistika ta’ dawk li sabu xogħol bl-għajnuna tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, liema statistika tkun tinkorpora l-lokalità residenzjali ta’ kull individwu u tkun tkopri minn Jannar 2008 sa Awissu 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.