Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #24211 Sitting 324 2011-03-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni taħt il-libertà proviżorja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li wara li ġew akkużati quddiem il-qrati Maltin, jinsabu taħt libertà proviżorja jistennew li l-każ tagħhom ikompli jinstema'? Minn liema lokalitajiet huma l-persuni li jinsabu taħt tali libertà proviżorja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi tali statistika tinżamm għal rigward persuni li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u għaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24055.

Informazzjoni dwar Pulizija fuq ir-ronda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija li jkunu fuq ir-ronda f'kull lokalità u kemm għandhom ħin allokat biex jagħmlu dan is-servizz liċ-ċittadini tal-lokal fejn ikunu qed jagħmlu dan?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru W79.
Leg 11 PQ #23517 Sitting 323 2011-03-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas f'overtime matul is-sena 2010, xahar b'xahar fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #23819 Sitting 323 2011-03-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — kirijiet ta' għamara, pitturi, pjanti u siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010, sarux xi kirjiet ta' għamara, pittura/i, pjanti u siġar mill-Ministeru u/ jew dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010 sar kiri ta' siġġijiet u mwejjed għal konferenzi.
Leg 11 PQ #24079 Sitting 323 2011-03-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Gżira — Triq Willie Arena - rapport dwar ħażna ta' ċilindri tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk garage privat fi Triq Willie Arena, Gżira li ġie rrappurtat ripetutament nhar il-Ġimgħa 25 ta' Frar 2011 wara nofsinnhar li qed jaħżen kwantità kbira ta’ ċilindri tal-liquid gas f’nofs żona residenzjali għandux il-permessi meħtieġa biex jagħmel dan? X’passi ttieħdu mill-pulizija wara li nġibditilhom l-attenzjoni dwar dan mir-residenti tal-inħawi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi nhar il-25 ta' Frar 2011 fil-5.00pm. il-Pulizija ta’ tas-Sliema waslilha rapport minn persuna, dwar ħażna ta’ madwar ħamsin (50) ċilindru tal-gass f'Garaxx li qiegħed fi Triq Willie Arena Gzira. Infurmat ukoll illi l-Pulizija mill-ewwel marret fuq il-post fejn irriżulta illi fil-garaxx kien hemm madwar sebgħin (70) ċilindru tal-10 kilogramm li kien fihom refrigerant gas 502 li normalment jintuża għal fridges u air conditioners. Il-Pulizija għamlet ukoll kuntatt mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn ġie kkonfermat illi dan il-gass mhux kombustibbli u mhux velenuż. Inżid ngħid illi ġejt infurmat ukoll illi l-Pulizija se tkompli tagħmel aktar indagni ma' awtoritajiet oħra kompetenti.
Leg 11 PQ #24115 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali — persuni arrestati

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) kemm-il persuna kienu arrestati mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali minn Frar 2010 sal-lum u b) kemm minn dawn il-persuni ipprevalew ruħhom mill-jedd għal parir legali qabel ġew interrogati ai termini tal-Att 355 AT tal-Kodiċi Kriminali (Kapitlu 9)?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Frar tal-2010 u Frar tal-2011, kien hemm 2994 persuna li ġew arrestati mill-pulizija in konnessjoni ma’ investigazzjoni kriminali. Infurmat ukoll illi minn dawn kien hemm 709 li utilizzaw mill-jedd għal parir legali qabel ġew interrogati ai termini tal-Art 355AT tal-Kodiċi Kriminali.
Leg 11 PQ #24147 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Sptar Monte Carmeli — investigazzjoni dwar maltrattament

Question

Jista l-Ministru jinforma lill-Kamra meta bdiet l-investigazzjoni mitluba mill-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, dwar il-maltrattament ta' ibnu li huwa pazjent fl-Isptar Monte Carmeli? Fiex waslet? Kemm instemgħu xhieda? X'qed iżomm milli din l-investigazzjoni tiġi magħluqa u l-eżitu jkun magħruf?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar allegazzjonijiet ta’ maltrattament ta’ iben il-persuna msemmija, liema iben huwa rekoverat fl-isptar Monte Carmeli, kienu bdew f’Marzu 2006 fuq rapport li kien għamel il-missier. Infurmat ukoll illi matul din l-investigazzjoni kienu ġew intervistati diversi persuni fosthom nurses u staff tal-Isptar Monte Carmeli, social workers, awtoritajiet għolja tal-iSptar u speċjalisti fil-qasam tal-mediċina forensika. Mill-investigazzjonijiet li saru, ma kienx irriżulta li kien hemm provi sabiex jinbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra xi persuni. Ta’ min iżid ukoll illi l-missier kien ġie infurmat bl-andament ta’ din l-investigazzjoni.
Leg 11 PQ #24155 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Informazzjoni dwar intervista ma' xi entità governattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk applikant għal post vakanti ma’ xi entità Governattiva tas-Settur Pubbliku għandux id-dritt, taħt id-Data Protection Act jew taħt xi liġi oħra jew direttivi speċifiċi, li jkun jaf x’marki ngħata taħt kull kiriterju tal-intervista li tkun saret lill-applikanti għall-post konċernat? Jekk fl-affermattiv, taħt liema liġi, regolament, eċċ? Jekk fin-negattiv, x’hemm li jżomm milli tingħata din l-informazzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fejn il-proċedura titlob illi wara li jsiru l-intervisti għal xi post vakanti ma’ xi entita` Governattiva tas-Settur Pubbliku, ir-riżultati relatati mat-talba ta’ reklutaġġ jiġu ppubblikati (simili għall-proċedura adottata mis-Servizz Pubbliku fejn tiġi ppubblikata l-lista tal-kandidati kollha, inkluż dettalji personali u l-marka globali li tkun ngħatat mill-bord tal-intervista), l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap.440), ma jipprekludix illi, fejn diġa` jigu ppubblikati l-marki totali, jigu ppubblikati wkoll il-marki rispettivi li jkunu ngħataw għal kull kriterju tal-intervista.
Leg 11 PQ #24205 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

ħaddiema li waslu tard għax-xogħol minħabba l-maltemp

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif ħaddiema, li dejjem irraportaw kmieni għax-xogħol, però li fl-24 ta' Frar 2011, meta kienet maltempata kbira, waslu tard għax-xogħol, kienu sfurzati li jieħdu forced time off? Jista' jispjega l-Ministru kif dan l-agir jinkwadra fil-principji tal-family friendly measures li qed jgħid li qed jadotta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma kien hemm ebda mpjegat li kien sforzat jieħu forced time off fid-data msemmija fil-Minsiteru tal-Ġustizzja u l-Intern.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? X'kariga u x'paga għandhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #23506 Sitting 321 2011-03-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — printers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw printers matul is-sena 2010 sabiex jintużaw mill-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ u b'liema mod ġie deċiż mnejn jinxtraw? Mnejn inxtraw?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #23750 Sitting 321 2011-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — ħlasijiet ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-servizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Peress illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #24055 Sitting 321 2011-03-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni kkundannati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba ġew kundannati dawk il-persuni li bħalissa jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm minn dawk li bħalissa qegħdin f'din il-faċilità taħt arrest preventiv, diġà servew xi sentenza oħra qabel il-każ/ każijiet li għandhom pendenti bħalissa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #23497 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — laptops

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw laptops matul is-sena 2010 sabiex jintużaw mill-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ u b'liema mod ġie deċiż mnejn jinxtraw? Mnejn inxtraw?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010 inxtara laptop wieħed mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mingħand Smart Technologies għal prezz ta' €1,603.41.
Leg 11 PQ #23723 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-sena 2010 tressqu l-Qorti Ġudizzjarja akkużati b'reati ta' serq f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra persuni fuq 556 każ ta' serq, 20 każ minnhom kienu f'Għawdex.
Leg 11 PQ #23724 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

frodi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-sena 2010 tressqu l-Qorti Ġudizzjarja akkużati b'reati ta' frodi f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra persuni fuq 328 każ ta’ frodi, 2 każijiet minnhom Għawdex.
Leg 11 PQ #23725 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Omiċidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-sena 2010 tressqu l-Qorti Ġudizzjarja akkużati b'reati ta' omiċidju f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra persuni fuq 3 każijiet ta’ omiċidju, kollha f'Malta.
Leg 11 PQ #23726 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Attentati ta' Qtil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-sena 2010 tressqu l-Qorti Ġudizzjarja akkużati b'reati ta' attentati ta' qtil f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra persuni fuq 6 każijiet ta’ attentat ta' omiċidju, kollha Malta.
Leg 11 PQ #23930 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tibdil tas-Sit tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-format tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern kien tbiddel? Jaf il-Ministru li hemm ħafna ilmenti ta’ kif qiegħed jiffunzjona dan is-sit? Jaf il-Ministru li ħafna huma dawk tal-opinjoni li l-format antik ta’ dan is-sit elettroniku kien aktar effiċjenti u aktar user-friendly?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19676.
Leg 11 PQ #24029 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Uffiċċju tal-Avukat Ġeneral — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali hemm wieħed u ħamsin uffiċjal li huma stazzjonati fl-uffiċċju Malta. Waħda mill-avukati hija residenti f'Għawdex.