Każijiet ta' persuni akkużati b'tentattiv t'omiċidju volontarju
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin f'kemm-il każ ta' persuni akkużati b'tentattiv t'omiċidju volontarju, l-Avukat Ġenerali rtira din l-akkuża qabel inħareġ l-Att t'Akkuża? Jista' jgħid f'kemm-il każ din l-akkuża ġiet irtirata wara li nħareġ l-Att t'Akkuża?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli INteprellant illi l-kwistjoni dwar jekk il-fatti ta’ każ u l-provi miġjuba fih jippruvawx l-akkuża ta’ tentattiv ta’ omiċidju volontarju lil hinn mid-dubbju dettat mir-raguni tigi evalwata kemm qabel ma' persuna titressaq il-Qorti kif ukoll fid-diversi stadji tal-proċeduri.
Ma tezistix statistika ta’ kemm kien hemm każijiet f’dawn l-aħħar għaxar snin fejn l-Avukat Ġenerali ma kompliex isostni akkuża ta’ tentattiv ta’ omicidju volontarju fil-kors tal-proċeduri.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tfal li qed ikunu fostered preżentament? Min liema lokalitajiet huma (fejn joqogħdu) l-ġenituri li qed jagħmlu l-fostering preżentament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li prezentament, hemm 251 tifel u tifla li qed jigu fostered. Il-lokalitajiet fejn joqoghdu l-genituri li qed jaghmlu fostering jinsabu fil-lista hawn taht:
Qormi
Hamrun
Zebbug
Zurrieq
Santa Venera
San Giljan
Fgura
Mellieha
Madliena
Mosta
Bugibba
Ta' Xbiex
Swieqi
Naxxar
Rahal Gdid
Lija
San Gwann
Xemxija
Gharb
Xewkija
Msida
B'Kara
Zabbar
Sannat
Xaghra
Marsaskala
Sliema
Valletta
Floriana
Iklin
Rabat
Luqa
Kirkop
Pembroke
Santa Lucija
Ghaxaq
Victoria
Gharghur
Munxar
Siggiewi
Senglea
Mgarr (Malta)
Attard
Bormla
Dingli
Nadur
Gharb
Ibragg
Tarxien
Zejtun
Bahrija
Marsa
Kercem
Qawra
Xghajra
B'Bugia
Qrendi
Gzira
Ta' Giorni
Pieta
Kalkara
Balzan
Marsaxlokk
Swatar
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta hija proċessata flimkien mal-applikazzjonijiiet l-oħra għall-akkomodazzjoni soċjali
Qorti u tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar — seduti diferiti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm seduti tal-Qorti u tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar ġew differiti enbloc a) matul is-sena 2011 u b) matul Jannar, Frar u Marzu 2012?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti:
Qrati ta’ Gudikatura Kriminali (Malta)
Quddiem il-Qrati ta’ Ġudikatura Kriminali (Malta) matul is-sena 2011 kien hemm 116-il seduta li ġew differiti
enbloc
. Minn dawn il-116-il seduta, 50 minnhom kienu ta’ Maġistrat li ghamel zmien twil indispost minhabba ragunijiet ta’ sahha.
Bejn Jannar u Marzu, 2012 kien hemm 15-il seduta li kienu differiti
enbloc
quddiem l-istess Qrati.
Qrati Ċivili ta’ Malta
Is-seduti li ġew differiti
en bloc
huwa s-segwenti:
2011 Jan-Marzu 2012
Qorti tal-Appell u Prim’Awla tal-Qorti Ċivili: 74 26
Qorti Ċivili Maġistrati 31 2
Bordijiet 20 1
Tribunali 59 23
Irid jiġi rilevat li matul is-sena 2011 kien hemm ammont sostanzjali ta’ seduti li kellhom jiġu differiti minħabba li kienu nhatru zewg Imhalfin u tlett Magistrati godda u zewg Aggudikaturi fit-Tribunal ghal Talbiet Żgħar. Peress li dawn sabu seduti diga iffissati precedentament minn Gudikanti ohra li jkunu spiccaw, dawn id-dati ma jkunux jistghu necessarjament jigu onorati mill-Gudikant il-gdid u ghalhekk certi seduti ma setghux jinzammu u nghataw dati godda.
Qrati u Tribunali ta’ Ghawdex
Perijodu
Numru ta’ seduti differiti
en bloc
mill-Qorti
Numru ta’ seduti differiti
en bloc
mit-Tribunal għ
al Talbiet Żgħ
ar
Sena 2011
32
16
Matul Jannar, Frar u Marzu 2012
4
1
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mal-Awtorità tad-Djar?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna in kwestjoni hija proċessata flimkien mal-applikazzjonijiet l-oħra. Id-dħul ta’ din il-familja huwa ta’ € 9, 604.92 u huma jikru post mill-privat u jħallsu kera ta’ €2,387.55 fis-sena pero’ qegħdin ukoll jibbenefikaw minn sussidju fuq il-kera li jammonta għall-€966. 69 fis-sena. Dan ifisser li din il-familja qegħda tħallas minn butha kera ta’ €118 fix-xahar.
L-Awtorita’ tad-Djar prezentament għandha 218 persuna li jibbenefikaw minn sussidju tal-kera izda li wkoll għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva
Jista' l-Ministru jara każ ta' kopja b'erbat itfal li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-post tal-gvern għax ir-raġel ma jaħdimx peress li għandu diżabilità u jinsabu bir-relief?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanti in kwestjoni qegħda tigi pproċessata. Huma jikru post mill-privat u jħallsu kera ta’ €2, 633.31 fis-sena pero’ jibbenefikaw minn sussidju fuq il-kera li jammonta għall-€966. 69 fis-sena. Dan ifisser li din il-familja tħallas minn butha kera ta’ €139 fix-xahar.
L-Awtorità tad-Djar prezentament għandha 218 persuna li jibbenefikaw minn sussidju tal-kera izda li wkoll għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva.
Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali — Parental Skill Programs
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Parental Skills Program ġew organizzati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali s-sena li għaddiet? F'liema lokalitajiet saru dawn il-programmi tant bżonnjużi? Fejn se jiġu organizzati aktar programmi matul din is-sena?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Aġenzija Sedqa (fi hdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) organizzat tnejn u ghoxrin (22) kors ta’ Parental Skills, filwaqt li din is-sena (2012) diġà organizzat tlettax (13) oħra. Bħalissa qegħdin ukoll f’diskussjonijiet bil-għan li norganizzaw disa' (9) korsijiet oħra matul l-2012.
Il-postijiet fejn ġew organizzati dawn il-korsijiet s’issa jinsabu fil-lista hawn taħt:
Parental Skills Courses 2011
Total: 22
Lija Primary School
St. Paul's Missionary College Rabat
St Venera Primary School
Safi Primary School
St Joseph Paola
B'Kara Primary School
2 korsijiet B.O.V. Bank Employees - diversi lokalitajiet
St Dorothy Sliema
Fgura Primary School
Ċentru Sant' Andrija Mosta
Mqabba Primary
Ghaxaq / Gudja Primary School
Valletta Primary School
San Gwann Primary School
3 sedqa parental skills programmes - diversi lokalitajiet
Parental Skills Courses 2012
Total:13
St Joan Antide Gudja
B’Bugia Primary School
St Elena Parish B’Kara
Mosta Primary School
Zabbar Primary School A.
Mellieha Primary School
Rabat Primary School
Zejtun Primary School
Swatar Baby & Mother Club
TLC Childcare Centre - Fgura
St Francis Primary School Msida
St Benild's Sliema
Parrocca San Guzepp Haddiem
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31574, jista l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Istandards u l-quality assurance tal-HomeStart Malta li ilha mwaqqfa mill-2006? Kemm hemm familji li qed jirċievu dan is-servizz u minn liema lokalitajiet ġejjin?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istandards li jzomm maghhom Home-Start Malta huma dawk indikati mill-Home-Start Worldwide. Dawn l-istandards huma bbazati fuq:
1. Ipjanar u tmexxija tas-servizz (strategic planning and governance)
2. Impjegati u voluntiera – (managing staff and volunteers)
3. Finanzi u rizorzi (managing money and resources)
4. Monitoring u evalwazzjoni
5. Promozzjoni tal-kwalita’ tal-hajja tat-tfal (promoting children’s welfare)
6. Kunfidenzjalita’ u informazzjoni (confidentiality and information sharing
)
7. Sapport ghall-familji
8. Hidma ma’ entitajiet ohra (partnership)
9. Servizzi ohra , cioe dawk is-servizzi li jistghu jinghataw ghal beneficcju tal-familji.
Biex jinzamm dejjem il-
quality assurance
il-Home-Start Worldwide network jibghatu kull sena kwestjonarju* lill-membri kollha tieghu biex jassigura li l-istandards qed jinzammu. Home-Start Malta wkoll jircievi u jimla l-kwestjonarju. F’kaz li hemm indikat xi problema, in-
network
tal-pajjizi jissapportjaw dak il-pajjiz li ghaddej minn xi problema, biex is-servizz ma jkunx detrimentali ghall-familji kif ukoll ghas-servizz innifsu.
Bhalissa, hemm 26 familja li qeghdin jibbenifikaw mis-servizz. Il-lokalitajiet minn fejn gejjin dawn il-familji huma Fgura, Zabbar, Cospicua, Zejtun, Birkirkara, Rabat, Qormi, Guardamangia, Hamrun u Xghajra. Il-maggoranza tal-familji gejjin minn Cospicua fejn originarjament beda s-servizz. Is-servizz jinghata skond jekk hemmx voluntiera li tkun tista’ tigi
“matched”
mas-sitwazzjoni li qed tipprezenta l-familja.
Home-Start Gozo, ukoll parti minn Home-Start Malta, qieghed fil-process li jsib persuna li tkun tista’ tmexxi s-servizz, kif ukoll nies biex ikunu parti mill-Bord (Management Committee) li l-rwol tieghu huwa li jhares l-efficenza u l-effettivita’ tas-servizz.
Home-Start Malta jikkommetti ruhu ghall-harsien tat-tfal , kemm bhala membru mill-organizzazzjoni internazzjonali ta’ Home-Start, izda wkoll bhala organizzazzjoni nazzjonali li ssegwi l-proceduri tal-harsien tat-tfal fil-kuntest u ligijiet lokali kollha fejn ikun hemm il-bzonn. Huwa ta’ vantagg li Home-Start Malta jahdem qrib ferm mas-servizzi ta’ l-Appogg li ghandha wkoll is-servizz tal-harsien tat-tfal. Allura, dan jiffacilita l-komunikazzjoni bejn iz-zewg servizzi.
Fondazzjoni għas-Servizz ta' Ħarsien Soċjali — ilmenti
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24968, jista' l-Ministru jgħid kemm saru ilmenti minn klijenti li jirċievu s-servizzi tal-Fondazzjoni għas-Servizz ta' Ħarsien Soċjali f'dawn l-aħħar tliet snin? Dwar liema servizzi kien hemm dawn l-ilmenti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-policy speċifika li tirrigwardja kif klijent jista' jagħmel l-ilment tiegħu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar tliet snin l-Aġenzija Sedqa u l-Aġenzija Sapport ma rċevew l-ebda ilment filwaqt li l-Agenzija Appoġġ rċeviet disgħa ilmenti mill-klijenti tas-servizzi msemmija hawn taħt:
Sena
Servizzi
Ammont ta' Ilmenti
2009
Supervised Access Visits
2
2010
Supervised Access Visits
1
2010
Child Protection Services
1
2011
Cottonera Community Services
1
2011
Appogg Services (in general)
1
2011
Supervised Access Visits
1
2011
Fostering
1
2011
Initial Response Service
1
TOTAL
9
L-ilment jgħaddi bil-miktub għand uffiċjal mill-Head Office sabiex ikun jista’ jiġi investigat. L-eżitu tal-investigazzjoni fuq l-ilment tiġi kkomunikata lill-persuna li tkun għamlet l-ilment. Hemm
policy
speċifika li tirrigwardja kif klijent jista’ jagħmel ilment u din tiġi spjegata fid-dettal lil kull klijent li jagħmel użu mis-servizz ta’ l-Appoġġ. Fir-
reception
ta’ l-Aġenzija hemm ukoll mehmuza mal-ħajt id-drittijiet tal-klijenti li jaghmlu użu mis-servizzi. Il-kopja tal-
policy
tal-Fondazzjoni għas-Servizz tal-Ħarsien Soċjali f’dan ir-rigward
qed tiġi mpoggija fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar pagament f'Malta u Għawdex tal-Għajnuna Supplimentari, x'kien it-total ta' persuni li rċevew din l-għajnuna u kif dan kien imqassam f'irġiel u nisa, lokalità, b'lokalità?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-sinjura li d-dettaji dwarha qed jintbagħtu separatment, ġiet rrifjutata l-pensjoni tar-romol meta din qatt ma tilfet id-dritt għall-manteniment mingħand żewġha u minkejja li hi qatt ma' ddekadit iżda kien żewġha li ddekada fiż-żwieġ kif spjegat fid-dokument tas-separazzjoni li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, preżentat lid-dipartiment? Għaliex kien propriju wara tminn xhur li s-sinjura ġiet mgħarrfa b'din id-deċiżjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata se tiġi infurmata permezz ta ittra dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' vjolenza domestika kull sena mill-2005 sal-2011? X'tip ta' vjolenza domestika kienet irrappurtata u x'kienet l-azzjoni meħuda fir-rigward tal-każijiet rrappurtati?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Pulizija.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li għalkemm għalqu l-età tal-pensjoni baqgħu jaħdmu xorta waħda? Kemm minn dawn il-ħaddiema huma impjegati mal-gvern? X'inhi l-proċedura li trid tintuża biex persuna li taħdem mal-gvern tkun tista' tibqa taħdem minkejja li tkun għalqet l-età li tintitolaha għall-pensjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor Interpellant li in-numru ta’ persuni li qed jirċievu il-pensjoni baqgħu fid-dinja tax-xogħol sal-20 ta’ April 2012 huwa ta’ 13,148.
Għat-tieni u għat-tielet parti tal-mistoqsija parlamentari, nistieden lill-Onor membru biex jindirizzaha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' appartamenti li għalihom l-Awtorità tad-Djar intalbet li taċċetta skont l-iskema ta' kiri mill-privat? Kemm minn dawn l-appartamenti hu mistenni li jinkrew? F'liema lokalitajiet jinsabu l-postijiet li għalihom saru tali applikazzjonijiet, raħal raħal?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-Bord tal-Għażla indipendenti wasal fil-fażi konklussiva tal-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet illi ġew sottomessi sa issa. Għadu kmieni biex l-Awtorità ikollha stampa ċara ta’ kemm il-proprjetà ġew accettati u fejn qegħdin minħabba illi l-iskema tagħlaq fit-30 t’April, 2012.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy ġdida li min iqatta' jiem fl-Isptar Mater Dei irid iħallas jew jitnaqqaslu mill-pensjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija ma tikkonċernax lil dan id-dipartiment. Din għanda tiġi mgħoddija lil Ministeru tas-Saħħa, l-Anżjani u l-Kura fil-Komunità.
Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali tal-bdiewa u raħħala reġistrati full-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid wara t-tnaqqis tar-rata ta' kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali (bolla) mħallsa mill-bdiewa u raħħala reġistrati full-time li suppost saret fl-2011 kemm allura issa ġiet persentaġġ ta' rata normali din il-kontribuzzjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Jien infurmat li l-persentaġġ tar-rata ta’ kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali dovuta minn persuni li jaħdmu bħala bdiewa u raħħala self-employed għas-sena 2011 kienet tnaqqset ghal 13% u issa għas-sena 2012 tnaqqset għal 10%.
Il-persentaġġ tar-rata sħiħa ta’ din il-kontribuzzjoni hu ta’ 15%.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — tqassim ta' fuljetti u materjal ieħor fid-djar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu fuljetti u materjal ieħor fid-djar matul l-aħħar sitt xhur? Jista' jagħti d-dettalji tal-materjal imqassam fid-djar, x'tip ta' karta intużat, fejn ġie stampat il-materjal, kemm sewa kull fuljett jew materjal li ntbagħat u jekk tqassamx bil-posta jew xi mezz ieħor? Jekk b'mezz ieħor, min qassamhom?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onoerevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja baghat fid-djar dan il-materjal li gej:
1. leaflet dwar iċ-Children’s Allowance u inizjattivi oħra favur il-familja. Minn dan saru 11,500 kopja. Il-printing sar fl-istamperija tal-gvern gie jiswa €1,081.46. Kien stampat fuq art paper 150gsm.
2. leaflet iehor dwar ic-Children’s Allowance u inizjattivi oħra favur il-familja. Minn dawn saru total ta’ 8,000
leaflet
. Il-
printing
sar fl-istamperija tal-gvern u ġew jiswew €837.47. Kien stampat fuq art paper 150gsm.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtu? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qieghda titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li talb biex ikollu post tal-gvern peress li bħalissa qed iħallas €280 biex jgħix ġo post furnished imma peress li jgħix fuq ir-relief u għandu tlett itfal, ma jistax ilaħħaq finanzjarjament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikant in kwestjoni applika għall-akkomodazzjoni alternattiva nhar it-2 t’Awwissu, 2011 u qegħda proċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra. Huwa jikri post mill-privat u jħallas kera ta’ €3,360 fis-sena pero’ qiegħed ukoll jibbenefika minn sussidju fuq il-kera li jammonta għall-€966. 69 fis-sena. Dan ifisser li din il-persuna qegħda tħallas minn butha kera ta’ €199.45 kull xahar.
L-Awtorità tad-Djar prezentament għandha 218 persuna li jibbenefikaw minn sussidju tal-kera izda li wkoll għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwar qed jintbagħtu separatament, peress li qed iħoss li għall-bolla li qed iħallas, mhux se jkollu pensjoni diċenti?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.