Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati Oral Contraceptive Pills (OC) f’pajjiżna, matul l-aħħar għaxar (10) snin, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva mgħandux aċċess għall-informazzjoni dwar importazzjoni minn kumpaniji kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’policy qed jipproponi l-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva għal dak li jikkonċerna l-krematorji f’pajjiżna? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Ministeru rċeviex talbiet biex jinbnew krematorji, u jekk iva x’pożizzjoni ħa l-istess Ministeru? Jista’ jippubblika l-policy li fuqha l-istess Ministeru jevalwa l-applikazzjonijiet, jekk ikun il-każ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-Att XVII tal-2019 (Kap 599) dwar kremazzjoni.
Għat-tieni parti tal-Mistoqsija, ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex tirreferihom lill-Ministru kkonċernat.
L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – Sejħa għal hairdressers
Question
B’referenza għall-aħħar sejħa esterna (minn barra) biex jiġu ingaġġati hairdressers ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex mill-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għal din is-sejħa u kemm minnhom ġew magħżula s’issa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li għal din is-sejħa ta’ hairdressers għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, applikaw 20 persuna u minnhom ġew magħżula 6.
Jista' l-Ministru jgħid, kemm hemm appuntamenti skedati fil-Keratoconus Clinic (Ophthalmic Outpatiens), ġurnata b'ġurnata, minn meta titwieġeb din il-mistoqsija sal-aħħar ta' Jannar 2026?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta hux se tidħol fi ftehim ta’ xiri konġunt tal-Unjoni Ewropea għal ċerti mediċini strateġiċi, u kif dan jista’ jgħin biex jitnaqqsu l-problemi ta’ provvista fil-futur?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proposta għall-Att dwar il-Mediċini Kritiċi li ressqet 'il quddiem il-Kummissjoni Ewropea għadha qed tiġi diskussa fil-Kunsill tal-Ministri u pajjiżna qed jipparteċipa b'mod attiv sabiex jassigura li jkun maħluq qafas li jagħmilha possibbli li jkun hemm xiri konġunt għaliex dan joffri aktar flessibiltà u aċċess, speċjalment għal swieq żgħar bħal ta' pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jindika jekk hux qed jiġi kkunsidrat li jinfetaħ reġistru nazzjonali ta’ nuqqasijiet ta’ mediċini, aġġornat online u aċċessibbli kemm lill-professjonisti kif ukoll lill-pazjenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-lista’ ta’ mediċini out of stock hi aġġornata online fuq is-sit elettroniku
https://cpsu.gov.mt/en/poyc-medicines-information/
. Kopja tas-sit qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Crisis Resolution and Home Treatment Team – rendikont ta’ ħidma
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li wettaq matul dawn l-aħħar sentejn it-tim multidixxiplinarju ‘Crisis Resolution and Home Treatment Team’?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel matul id-disa' xhur li ġejjin biex ikompli jsaħħaħ is-servizzi b'rabta mas-saħħa mentali fil-komunità?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar erba’ ġimgħat żdiedu iżjed infermiera, inkluz infermiera specjalizzati fis-saħħa mentali, fil-komunità.
Infurmat ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin se jiżdiedu ukoll psikjatri li jagħtu servizz fil-komunitàa. Dan bl-iskop li tingħata kura iżjed fil-viċin ta’ min għandu bżonnha.
Naturalment, l-Istrategija Nazjonali ghal Prevenzjoni tas-Suwicidju 2025-2030 se tkun qed qed tiġi attwata.
Infurmat li hemm tlett ċentri ġodda, li huma f’Bormla, Reġjun Ċentrali u Reġjun Tramuntana li qegħdin jiġu ppreparati biex jinghata servizz minn timijiet ta’ professjonist fil-komunità.
Dan minbarra li qed isir pjan ta’ taħriġ għal iżjed servizzi speċjalizzati fil-komunità.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva - Sindki u Kunsilliera
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30136, jista’ l-Ministru jgħid minn liema kunsilli lokali huma dawk l-impjegati li qed jagħmel referenza għalihom fl-istess tweġiba u xi rwol għandhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-persuni eletti fil-Kunslli Lokali huma minn dawn il-lokalitajiet; il-Birgu, l-Msida, Ħal Safi, ż-Żurrieq, Floriana, Victoria, l-Għarb, Ta’ Kerċem, Ta’ Sannat, il-Fontana u x-Xagħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ser ikun qed isir biex jiġi assigurat li anzjani li joqogħdu fid-djar residenzjali u li jkollhom bżonn trasport għall-appuntament l-isptar, ma jdumux jistennew it-trasport biex jiġborhom u ma jitwasslux lura fid-djar residenzjali rispettivi tagħhom wara ħafna sigħat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ingħatatilha għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 31168.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-ħinijiet uffiċjali tat-trasport li jwassal lura lill-anzjani mill-isptar għad-djar residenzjali fejn ikunu joqogħdu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ingħatatilha għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 31168.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-ħinijiet uffiċjali tat-trasport li jwassal lill-anzjani li joqogħdu fid-djar residenzjali għall-anzjani għall-isptar meta jkollhom appuntament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellanta li t-trasport jiġi organizzat skond il-ħinijiet tal-apuntament, biex joħloq l-inqas inkonvenjent possibli lir-resident.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn anzjani li jkunu jirrisjedu fi djar residenzjali tal-anzjani u jkunu ser jinġabru bi trasport biex jittieħdu l-isptar għal xi appuntament ikollhom jitqajmu fil-5 ta’ filgħodu biex ikunu lesti sas-7 ta’ filgħodu (għal ħin li suppost jiġi t-trasport) iżda t-trasport ġeneralment ma jiġix għalihom qabel id-9 ta’ filgħodu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Infurmat li l-istaff professjonali fid-djar residenzjali fi ħdan l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità jara li r-residenti jkunu lesti f’ħin adegwat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuni li kellhom imorru biex jittieħdilhom id-demm għall-ittestjar mill-Berġa tan-Naxxar fil-Ħdud, tħassrilhom l-appuntament tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li beda s-servizz tat-teħid tad-demm mill-klinika ta’ Ħal Għargħur, nhar ta’ Ħadd kull ħmistax. Din ser tkun qed qed talterna mal-Berġa tan-Naxxar.