Legislature:
Category:
Reset
Active:

Spiża dwar l-Obeżità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kienet l-ispiża fuq l-obeżità matul is-sena l-oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istima tal-ispiża fuq l-obeżità hija eżerċizzju estensiv li tinvolvi riċerka sostanzjali u ma tinġabarx fuq bażi annwali.

Berġa ta’ Wied il-Għajn- servizzi ta’ Nutrizzjonista u tas-Saħħa Mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk jistax jingħata s-servizz ta’ Nutrizzjonista u servizz ta’ Saħħa Mentali għat-tfal u ż-żgħażagħ fil-Berġa ta’ Wied il-Għajn, bħalma hemm fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Ħal Tarxien?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li minħabba li l-ispazju fiċ-ċentri komunitarji tas-saħħa huwa wieħed limitat, mhux possibbli illi s-servizzi kollha offruti jingħataw minn ċentru wieħed, id-dipartiment tal-Kura Primarja jagħmel ħiltu sabiex ċentri biswit xulxin jagħtu firxa ta’ servizzi fil-komunità.

CDAU – Tfal li jirċievu s-servizz

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm tfal jieħdu s-servizz taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm 4,107 tfal li qed jieħdu diversi servizzi miċ-Child Development Assessment Unit.

Dipartiment tas-Saħħa – mediċina Zomig

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-mediċina Zomig hijiex out of stock u jekk iva, kemm se ddum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-mediċina msemmijja minnu qatt ma kienet fuq il-formolarju tal-Gvern.

Stennija għas-servizz ta’ ambulanza

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fl-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm hi l-medja ta’ stennija mill-ħin li persuna tagħmel kuntatt mas-servizzi ta’ emerġenza sakemm tasal l-ambulanza, u jgħid ukoll kemm kienet l-itwal stennija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja ta’ stennija mill-ħin li persuna tagħmel kuntatt mas-servizzi ta’ emerġenza sakemm tasal l-ambulanza jiddependi fuq l-urġenza tal-każ. Jeżistu red, orange u blue codes biex jindikaw l-urġenza. Fil-każijiet fejn ir-Rapid Response vehicle tintbagħat ukoll, din tasal fuq il-post f’medja ta' 14-il minuta fir-Red codes u fi 19-il minuta fl-Orange codes, mill-ħin tat-telefonata. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant illi d-dipartiment jirrispondi madwar 120 u 150 sejħa kuljum.

Lista ta’ stennija għall-operazzjoni tat-tneħħija tal-marrara

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5911, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li qegħdin jistennew biex jagħmlu operazzjoni tat-tneħħija tal-marrara, li huwa n-numru totali u allura ma jinkludix biss dawk il-każijiet bi żmien ta’ stennija li jaqbeż iż-żmien stipulat fil-Patient Charter?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5911.

Għoti ta’ konċessjoni lil kumpaniji

Question

B’referenza għall-konċessjoni li jidher li ngħatat lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk ingħatatx a tenur tal-Concession contracts regulations-subsidiary Legislation 601.09 jew kienet konċessjoni ta’ art mid-Dipartiment tal-Artijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid – Ċentru tas-Saħħa — ħaddiema

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u jekk dan hux se jingħalaq ladarba jinfetaħ iċ-Ċentru Vincent Moran?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-impjegati li bħalissa qed jaħdmu fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid se jimxu għac-Ċentru Reġjonali Vincent Moran ladarba jiftaħ.

Ċentri tas-saħħa, bereġ u ċentri tal-komunità – perjodu ta’ stennija għal diversi servizzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu twil il-perjodu ta' stennija bejn appunatament u ieħor f'kull ċentru tas-saħħa/berġa/ċentru tal-komunità għal servizzi ta’ podjatrija, fiżjoterapija u speech therapy?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-perjodu ta' stennija bejn appunatament u ieħor f'kull ċentru tas-saħħa/berġa/ċentru tal-komunità għal servizzi ta’ podjatrija, fiżjoterapija u speech therapy huwa skont it-tabella t'hawn taħt. Ċentru tas-Saħħa/ Klinika tal-Komunita’ Podjatrija Fiżjoterapija Speech Therapy B’Kara HC 12-il ġimgħa n/a 3 ġimgħat Floriana HC 8 ġimgħat 0 ġimgħa Pietà CC 7 ġimgħat n/a ġimgħa Cospicua HC 9 ġimgħat 0 ġimgħa Zejtun CC 12-il ġimgħa 3 ġimgħat ġimgħa Mosta HC 10 ġimgħat ġimgħatejn 4 ġimgħat Mellieħa CC 10 ġimgħat ġimgħatejn 3 ġimgħat Qormi HC 14-il ġimgħa ġimgħa ġimgħatejn Kirkop HC 1-il ġimgħa 0 3 ġimgħat Ghaxaq CC 16-il ġimgħa 0 ġimgħatejn Paola HC 9 ġimgħat 0 4 ġimgħat Tarxien CC 16-il ġimgħa ġimgħa ġimgħa Rabat HC 11-il ġimgħa n/a ġimgħatejn Attard CC 11-il ġimgħa 4 ġimgħat ġimgħatejn Gzira HC 10 ġimgħat ġimgħatejn ġimgħa M'Xlokk CC 16-il ġimgħa 0 ġimgħa Fgura CC 14-il ġimgħa ġimgħatejn 4 ġimgħat Żurrieq CC 16-il ġimgħa ġimgħa 4 ġimgħat Valletta CC 21-il ġimgħa n/a ġimgħa Ta’ Xbiex CC 10 ġimgħat n/a n/a Kalkara CC 14 -il ġimgħa ġimgħatejn ġimgħa Ħamrun CC 17 -il ġimgħa 3 ġimgħat ġimgħa St. Lucija CC 13 -il ġimgħa ġimgħa ġimgħatejn Gudja CC 8 ġimgħat 3 ġimgħat ġimgħatejn M’Scala CC 16-il ġimgħa ġimgħa ġimgħatejn Żabbar CC n/a 3 ġimgħat n/a Mġarr CC n/a - ġimgħa Msida CC n/a - 3 ġimgħat Dingli CC n/a - ġimgħa

Servizzi mogħtija mill-Gvern biex jitnaqqsu l-waiting lists

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma s-servizzi li l-Gvern qed jingħata mill-privat biex inaqqas il-waiting lists? Jista' jgħid ukoll kemm u liema minn dawn ingħataw b'direct orders u kemm minnhom alternattivament qed toħroġ sejħa għall-offerti tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizzi li l-Gvern qed jingħata bħalissa mill-privat wara sejħa pubblika, biex jitnaqqsu l-waiting lists huma: Da Vinci Healthcare - Proviżjoni ta' faċilitajiet u servizzi relatati ma' teatru tal-operazzjonijiet għal interventi minuri u intermedjarji 2021-2023 – Dan il-kuntratt jiskadi f’Lulju 2023​. u St Thomas Hospital Proviżjoni ta' faċilitajiet u servizzi relatati ma' teatru tal-operazzjoniet u sala bi 15-il sodda 2022-2024​.

Sptar Mater Dei – nurse-to-patient ratio

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi n-nurse-to-patient ratio fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nurse-to-patient ratio fl-Isptar Mater Dei jinbidel skont is-sala u s-servizz mogħti.

Settur tal-Onkoloġija – pazjenti li kellhom bżonn jingħataw trattament barra minn Malta

Question

Jista' d-Deputat Prim Minsitru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il pazjent kellu bżonn jingħata trattament barra minn Malta fis-Settur tal-Onkoloġija fl-2022 u x'kienet l-ispiża tal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 495 pazjent ingħata trattament barra minn Malta fis-Settur tal-Onkoloġija fl-2022.

Sptar Mater Dei – Diabetic Education Clinic – pazjenti li użaw is-servizz

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Jannar 2023, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar, kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Education Clinic fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Foot Clinic fl-Isptar Mater Dei fix-xhur li talbet hi huwa skont it-tabella t'hawn taħt. 2023 OP attendenza Jannar 403 Frar 286 Marzu 398

Sptar Mater Dei – Diabetic Point of Care Clinic – persuni li użaw is-servizz

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Jannar 2023, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar, kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Point of Care Clinic fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt li ma teżistix Diabetic Point of Care Clinic hemm 20 pazjent dijabetiku li jużaw dan is-servizz fix-xahar.

Operazzjoni tal-Katarretti — lista ta' stennija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6929, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu numru ta’ persuni li qegħdin jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-katarretti, li huwa n-numru totali u allura ma jinkludix biss każi urġenti jew dawk bi żmien ta’ stennija aktar miż-żmien stipulat fil-Patient Charter?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 8011.

Pagi tal-impjegati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min kien iħallas il-pagi tal-impjegati li ġew assorbiti mill-Gvern mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u jgħid jekk dan il-ħlas sarx direttament mill-Gvern jew permezz ta’ din il-kumpanija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawk l-impjegati li ġew assorbiti mill-Gvern qed jitħallsu mill-Gvern.

Għoti ta’ art lil kumpaniji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif ġiet mogħtija l-art tal-isptarijiet u artijiet oħrajn lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jekk hux permezz ta’ riżoluzzjoni parlamentari, permezz ta’ direct allocation jew permezz ta’ tender? Jekk permezz ta’ tender, jista’ jgħid kemm kien hemm tenderers u min tefa’ l-offerta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Konċessjoni tas-servizzi lil kumpaniji

Question

B’referenza għall-konċessjoni tas-servizzi lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid b’liema regoli ngħatat din il-konċessjoni, u jekk hux permezz ta’ concession regulations? Kemm kien hemm tenderers u min kienu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Mediċini out of stock – Ocrevus

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-mediċina Ocrevus, li tingħata b'injezzjoni lill-pazjenti tal-Multiple Sclerosis, kienet out of stock?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 13-il pazjent li qiegħed jieħu l- Ocrelizumab (Ocrevus) mingħajr ħlas waqt li hemm 10 oħra li issa huma approvati mill-kumitat tekniku biex jibdew joħduha.

Pazjenti tal-Multiple Sclerosis – għoti ta’ mediċina

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il pazjent huwa mniżżel li għandu bżonn jieħu l-mediċina Ocrevus li tingħata b'injezzjoni lill-pazjenti tal-Multiple Sclerosis?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 7909.