Fid-dawl tal-problemi li hemm fil-Librerija Nazzjonali ta’ Għawdex (fir-Rabat), jista’ l-Ministru jgħid:
i. Kemm ilu ma jkun hemm kotba ġodda f’din il-librerija?
ii. Kemm hemm kotba li kienu akkwistati għal Librerija Nazzjonali ta’ Għawdex imma għadhom Malta għax m’hemmx spazju?
iii. X’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru biex Għawdex ikollu Librerija Nazzjonali xierqa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għal pillbox fi Triq Apap Bologna f'Marsaskala li tinsab f'qagħda allarmanti ta' delapidazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid x’beħsiebu jagħmel biex jindirizza din is-sitwazzjoni urġenti u jipprevjeni xi inċident traġiku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant is-segwenti:
1) Mill-informazzjoni li għandha s-Sovrintendenza għall-Patrimonju Kulturali, hemm persuna privata li hija responsabbli minn din il-pillbox. Għaldaqstant il-konservazzjoni ta’ din l-istruttura hija responabbiltà ta’ din il-persuna. Is-Sovrintendenza diġà avviċinat lil din il-persuna biex tieħu ħsieb li jittieħdu l-miżuri neċessarji.
2) Intant, ninsab informat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li s-sindku tal-Kunsill – tenut kont iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ li huma pjuttost straordinarji - ġie avviċinat mil-Gvern Ċentrali dwar il-possibiltà li jiġu utiliżżati l-fondi tad-Development Planning Fund (DPF), li hu amministrat minn Ministeru separat, sabiex titwettaq manutenzjoni. Ninsab infurmat ukoll li l-kunsill lokali qed jistenna l-istima sabiex dan il-post jigi restawrat filwaqt li jirriserva d-dritt li jiddeciedi dwar l-ammont li jista jigi utiliżżat mil-fondi tad-Development Planning Fund (DPF) għal dan il-proġett. Naturalment kull talba lid-DPF, f'każ li ssir mill-Kunsill Lokali, tiġi eżaminata u studjata fuq il-merti tagħha.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Talbiet għall-kustodja ta’ proprjetajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tat-talbiet kollha li waslu quddiem is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għall-kustodja ta’ proprjetajiet mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jelenka lista bl-isem ta’ kull proprjetà? Għal kull proprjetà li għaliha saret talba għall-kustodja, jista’ jgħid ukoll meta saret kull talba lill-awtoritajiet kompetenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella miġbura u mgħoddija lili.
L-Imsida — Xelter fl-akkwata ta’ Boxbox - Devoluzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet il-proċedura sabiex ix-xelter li jinsab fl-akkwati Ta’ Boxbox fl-Imsida jgħaddi f’idejn il-Kunsill Lokali tal-Imsida b’devoluzzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imsida li s'issa, l-Kunsill m’għamel l-ebda talba għal tali devoluzzjoni.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali - Events
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru events organizzati mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa kull event;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Il-Fgura — Triq bejn Triq il-Foss u Triq Kottoner - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jerġa’ jsir xogħol fit-triq bejn Triq il-Foss u Triq Kottoner fil-Fgura, in vista tal-fatt li reċentement din it-triq kienet saret mill-ġdid? Jekk iva, jista’ jgħid kemm se ddum magħluqa peress li din it-triq tintuża ħafna?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża ta’ kull reġjun għall-ġbir tal-iskart matul is-sena 2023? Kemm ġabar flus kull reġjun għall-ġbir tal-iskart mingħand il-Kunsilli Lokali li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm differenza bejn dak li r-reġjun ġabar u dak li għandu jħallas għas-sena 2023 u jekk iva, minn fejn ser titħallas din id-differenza?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba baqgħet ma waslitx sad-deadline intern li ġie mogħti.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19007, jekk saret l-ispezzjoni tal-pillbox li tinsab fiż-żona ta' Tarġa Gap fil-Mosta, jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat tal-ispezzjoni u jispjega x-xogħlijiet li se jkunu qed isiru?
Response (BONNICI, OWEN)
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għadha ma spezzjonatx speċifikament dan is-sit minħabba li din ser tkun parti minn eżerċizzju għal binjiet militari oħra fil-madwar (inkluż din il-pillbox).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità ta' Bormla u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew biex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li hemm ħdax -il spazju miftuħa li jinkludu ġonna, bandli u pjazez fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali ssottometta applikazzjoni għal Cottonera Lines ma’ Project Green iżda ma ntgħażlitx.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità ta’ Ħad-Dingli u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew biex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli li hemm seba’ spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali kien issottometta applikazzjoni ma’ Project Green għal spazju miftuħ fuq l-irdum iżda din l-applikazzjoni ma kinitx ġiet magħżula. Dan il-proġett kien sar wara minn fondi oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità tal-Furjana u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew biex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Floriana li hemm tlettax-il spazju miftuħ li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali kien issottometta applikazzjonijiet fir-rigward ta’ Binja Vilhena ma’ Project Green li iżda ma kinux magħżula.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità ta’ Ħal Għaxaq u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew biex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq li hemm ħames spazji miftuħa li jinkludu ġonna, bandli u pjazez fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali għandu applikazzjoni pendenti ma’ Project Green biex jagħmel proġett fiż-żona ta' Triq l-Andar, din l-applikazzjoni waslet fil-fażi finali u se jiġi ffirmat ftehim fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità tal-Gżira u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew biex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ġzira li għandu ġnien wieħed fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali ssottometta applikazzjoni waħda ma’ Project Green li ġiet aċċettata.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20106 u jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħataw lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?
Ħ’Attard — Triq ir-Rużell/Triq il-Mosta - Fdalijiet storiċi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20286 rigward fdalijiet storiċi fi Triq ir-Rużell/Triq il-Mosta f’Ħ’Attard, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi stħarriġ fuq ix-xelter jew jekk saritx talba biex isir stħarriġ fuqu u jekk is-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali ħaditx xi pożizzjoni fuq il-preservazzjoni ta' dan ix-xelter?
Response (BONNICI, OWEN)
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tikkonferma li x-xelter li hemm fis-sit diġà ġie spezzjonat u issa trid issir is-survey tiegħu. Is-Sovrintendenza tkun f’posizzjoni li tikkummenta fuq x’passi ser jittieħdu ladarba tiġi terminata l-evalwazzjoni tas-sit kollu u jitkompla l-proċess tal-applikazzjoni ta’ żvilupp li fih is-Sovrintendenza hija kkonsultata.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna taħdem f’kull entità li taqa’ taħtu? Jista’ jindika t-titlu tax-xogħol, is-salarju, l-allowances u l-pakketti finanzjari u allowances oħra ta’ kull persuna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li jiddeskrivi dak li ġie diskuss fil-laqgħat ta’ konsultazzjoni organizzati mill-EU Taxation and Customs Unit (TAXUD), il-Kummissjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill mal-istati membri tal-Unjoni Ewropea msemmija f’paġna 43 tar-rapport annwali 2023 tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali?
Response (BONNICI, OWEN)
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tikkonferma li l-laqgħat imsemmija fil-mistoqsija parlmentari, jsiru sabiex jiffaċilitaw diskussjonijiet bejn Stati Membri fir-rigward ta’ moviment ta’ oġġetti kulturali u li dawn jirrelataw dirett mal-proġett ta’ introduzzjoni ta’ sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kollha sabiex tirregola l-importazzjoni hekk kif stipulat fir-Reg. (EU)880/2019. Għaldaqstant, peress li d-dokumenti relatati ma’ dan il-proġett għadhom fi stadju ta’ abbozz, u minħabba in-natura kunfidenzjali tagħhom, kif ukoll peress illi għadhom iridu jiġu uffiċjalment iffirmati mill-Kummissjoni Ewropea, it-tali informazzjoni ma tistax tiġi iċċirkolata mal-pubbliku.
Kunsilli Lokali — talba għal devoluzzjoni ta’ proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għal devoluzzjoni ta' art jew proprjetà ġew ippreżentati mill-Kunsilli Lokali ta' Malta u ta' Għawdex mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u kemm ilhom pendenti? F'kull każ għal liema art jew proprjetà hija t-talba u r-raġuni għaliex qed tintalab mill-Kunsill Lokali? Jista' jgħid ukoll f'kull każ, kemm ilha pendenti t-talba u f’liema stadju wasal l-ipproċessar tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali tagħti biss is-sapport tagħha lill-Kunsilli Lokali biex jagħmlu t-talbiet għad-Devoluzzjoni. L-informazzjoni għandha tintalab mill-Ministeru responsabbli.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-persuni msemmija qatt ma kellhom xi forma ta' ngaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali mill-2013 sal-ġurnata li ġiet imwieġba din il-mistoqsija.
Raħal Ġdid — Triq bejn Triq Kordin u Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jsir xogħol fit-triq bejn Triq Kordin u Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir, f’Raħal Ġdid? Jekk iva, jista’ jgħid kemm se ddum magħluqa peress li din it-triq tintuża ħafna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li x-xogħlijiet fi Triq l-Isqof Buhagiar tlestew kif ippjanat.