Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjoni – Persuni li rtiraw bl-età

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19282 u jgħid mill-2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm persuni li rtiraw bl-età ta’ 61 sena wara li kellhom il-kontribuzzjonijiet kollha anke jekk suppost irtiraw iżjed tard? Jista’ jgħid ukoll x'differenza kien hemm bejn ħaddiema nisa u rġiel u dawk li kienu jaħdmu għal rashom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Persuni li rċevew pakkett ta' ikel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4245, 5978 u 18943 u jgħid kemm-il persuna bbenefikat u rċeviet pakkett ta’ ikel ipprovdut mill-Gvern mill-Fond Konsolidat matul is-sena 2022? Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk li jikkwalifikaw għal dan l-ikel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant, li t-tagħrif mitlub ghadu qed jinġabar.

Aġenzija Appoġġ u Sedqa — Każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7738 u 18945 u jgħid fil-preżent kemm hemm każijiet pendenti fl-Aġenzija Appoġġ u fl-Aġenzija Sedqa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, fl-FSWS każijiet pendenti ma jfissirx li ma jkunux qed jiġu ndirizzati. Kull każ isirlu assessment inizzjali u, skont l-urġenza u l-gravità tal-kas, jiġi jew allokat, li jfisser jibda jinħadem mill-ewwel; jew ma jkunx allokat. Il-każijiet mhux allokati xorta jkunu segwiti b’mod remot, dejjem skont ir-riżultat tal-weighting system u l-initial assessment ta’ kull servizz partikolari. Tajjeb nirrimarka li mhux kull servizz huwa l-istess u li dawn l-għodod professjonali jridu jkunu addattati skont is-servizz partikolari li ikun qiegħed jingħata.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema First Aiders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7870 u 18946 u jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnhu huwa skont kif jidher fit-tabella t’ hawn taħt: FSWS AĠENZIJA / DIRETTORAT FIRST AIDERS PAEDIATRIC FIRST AIDERS TOTAL ACTS (Agency for Community & Therapeutic Services) 26 38 64 Appoġġ 52 34 86 Directorate for Alternative Care 62 94 156 Directorate for Child Protection 12 14 26 FSWS 23 6 29 Gozo Operations 5 20 25 Sedqa 36 5 41 Total Aħħari fi ħdan l-FSWS 216 211 427 NB - Dawn il-ħaddiema fi ħdan l-FSWS jircievu taħrig fil-qasam b’mod regolari. CFC Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal 3 3 SCSA Awtortà ta’ Standards għal Kura Soċjali 2 2

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Ħaddiema tal-Kuntrattur Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9098 u 18947 u jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant, li t-tagħrif mitlub ghadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Newtralità tal-karbonju - Tnaqqis fl-emmissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil-Ministeru biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet fil-Ministeru u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Gvern huwa komess li jkompli jwettaq il-miżuri u l-inizjattivi ambizzjużi sabiex Malta tilħaq il-miri tagħha għall-2050. Fost il-miżuri ewlenin li l-Gvern qiegħed jieħu u li huma xprunati fi ħdan l-operat tas-servizz pubbliku kollu hemm; (i) il-qalba lejn vetturi elettriċi, fejn matul l-2023 ġew introdotti 250 vettura elettrika ġdida, (ii) ir-rinovazzjoni ta’ binjiet pubbliċi inkluż il-ftuħ tal-ewwel skola carobon neutral fl-Imsida, (iii) installazzjoni ta’ panelli solari fuq il-bjut u spazji oħra, (iv) installazzjoni ta sistemi ta’ energy efficiency (v) kif ukoll kampanji edukattivi sabiex ikun hemm aktar għarfien fl-imġieba tal-individwu biex jadotta prattiċi aktar sostenibbli. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-inventarju tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jiġu rreġistrati u rrapurtati fuq livell nazzjonali, liema rendikont jinsab fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Azzjoni Klimatika, liema awtorità ġiet stabbilita f’Ottubru 2024.

In-Naxxar — Ġenituri single

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance u joqogħdu n-Naxxar? Jista' jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li joqogħdu n-Naxxar iżda ma jirċevux children’s allowance minkejja li t-tfal qegħdin fl-età li fiha huma intitolati għal children's allowance?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Adozzjoni ta’ tfal — Talbiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21925 u jgħid kemm hawn talbiet għal adozzjoni ta’ tfal sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiż wieħed jista’ jibda l-proċess tal-adozzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Bord għall-Addozzjonijiet, matul din is-sena kellu 17 il-talba minn ġenituri addottivi prospettivi. Għat-tieni mistoqsija tiegħu, ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa l-Awtorita’ Ċentrali fi ħdan l-Awtorità ta’ Standards għal Kura Soċjali jikkonferma li fost il-pajjiżi li wieħed jista’ jaddotta minnhom nsibu; · Malta · India · Slovakia · Vietnam · Portugal · Bulgaria · Colombia

Pensjoni tas-sigurtà nazzzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pensjonanti li qegħdin fuq il-minimu tal-pensjoni tas-sigurtà nazzjonali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant għal-liema tip ta’ pensjoni kontributorja qiegħed jirreferi. Id-diversi tipi ta’ pensjonijiet kontributorji għandhom rata minima differenti.

Membri Parlamentari — Pensjoni tas-sigurtà nazzzjonali

Question

Jista' l-Minsitru jgħid għaliex Membru Parlamentari li serva tliet Legiżlaturi jieħu l-pensjoni sħiħa mill-Parlament u l-minimu tal-pensjoni tas-sigurtà nazzjonali, filwaqt li Membru Parlamentari li serva żewġ Leġiżlaturi jieħu biss proporzjon tal-pensjoni mill-Parlament u din titnaqqas mill-pensjoni tas-sigurtà nazzjonali tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninfoma lill-Onor. Interpellant li l-Pensjoni ta’ Membri Parlamentari hija rregolata skont Kap. 280 tal-Liġijiet ta’ Malta. Irid jingħad li l-Pensjoni tas-Servizz ta’ Membru Palamentari ma titnaqqasx mill-Pensjoni Kontributorja imma titħallas rata fissa skont in-numru ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa matul il-ħajja lavorattiva tal-membru u skont jekk hix persuna waħidha jew inkella l-parti l-oħra fiż-żwieġ hix titħallas pensjoni kontributorja jew le.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17972 u 20305 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

San Pawl il-Baħar — Ġenituri single

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance u joqogħdu San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li joqogħdu f'San Pawl il-Baħar iżda ma jirċevux children’s allowance minkejja li t-tfal qegħdin fl-età li fiha huma intitolati għal children's allowance?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Il-Mellieħa — Ġenituri single

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance u joqogħdu l-Mellieħa? Jista' jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li joqogħdu l-Mellieħa iżda ma jirċevux children’s allowance minkejja li t-tfal qegħdin fl-età li fiha huma intitolati għal children's allowance?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Bord Mediku — Każijiet pendenti

Question

Jista' l-Minstru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Bord Mediku li ilhom pendenti: i. aktar minn sentejn; ii. aktar minn sena u nofs; iii. bejn sena u sena u nofs; iv. bejn sitt xhur u sena; u v. anqas minn sitt xhur, fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Reklami fuq gazzetti - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17915 u 19327 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.