Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord tal-Parole

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li bħalissa l-Bord tal-Parole mhux jiffunzjona stante li ma sarux nomini għalih? Jekk mhux korrett, jista’ jgħid meta saru n-nomini u min huma l-persuni nnominati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tal-Parole għadu qed jiffunzjona. Dan il-Bord għadu bl-istess kompożizzjoni li kellu u l-kariga tagħhom li toħroġ minn Kap. 516 l-Att tal-Ġustizzja Riparatiċi u l-validita ta’ dan il-Bord tintemm fl-24 ta’ Settembru 2022. Il-Kompożizzjoni tal-Bord hija s-segwenti: Chairperson: L-Onor. Imħallef irtirat Dott. Franco Depasquale Membri: Dott. Anna Grech Dott. Philip Galea Farrugia Dott. Kevin Sammut Henwood Is-Sa Miriam Sevasta Dott. Anna Maria Vella Dott. Charles Cassar Dott. Justine Scerri Herrera Dott. Marta Sant Segretarju: Dott. Joseph Borg

Bord ta' Trattament għall-Priġunieri li jkunu wettqu reati sesswali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li bħalissa l-Bord ta’ Trattament għall-Priġunieri li jkunu wettqu reati sesswali mhux jiffunzjona stante li ma sarux nomini għalih? Jekk mhux korrett, jista’ jgħid meta saru n-nomini u min huma l-persuni nnominati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord ta’ Trattament għall-Priġunieri li jkunu wettqu reati sesswali kien twaqqaf bħala parti mill-Crime Prevention Strategy. Dan il-Bord laħaq l-iskop li twaqqaf għalih u ċjoè li jagħmel studji u jipproduċi rapport tax-xogħol li għamel. Għaldaqstant dan il-Bord ma regax kien appuntat.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – residenti li qegħdin taħt arrest preventiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li qegħdin taħt arrest preventiv? Kemm minnhom huma barranin u kemm minnhom huma nisa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sat- 12/10/2020, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm 258 priġunier taħt arrest preventiv. Minn dawn 176 huma barranin, li 8 minnhom huma nisa.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – spiża fuq priġunieri barranin

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kienet l-ispiża globali matul is-sena l-oħra li ħallset il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minħabba l-priġunieri barranin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2019, kien hemm medja ta’ 295 priġunier barrani kuljum. Għall-tagħrif dwar l-ispiża nirreferi għall-mistoqsija parlamentari 12252.

Istanzi fejn intalbet l-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm istanzi fejn intalbet l-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Settembru 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellu 4407 sejħa. Saru wkoll 700 dekontaminazzjoni fuq vetturi.

Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – mistiedna

Question

Jista’ jgħid min kienu l-mistiedna għat-tnedija tal-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-mistiedna għat-tnedija tal-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 kienu l-Kummissarju u membri oħra tal-Korp f’diversi rankijiet u funzjonijiet kif ukoll xi uffiċjali ċivili mill-istess dipartiment; il-Ministru u s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u xi Uffiċjali mill-istess Ministeru; is-Segretarju Permanenti Ewlieni u xi Segretarji Permanenti oħra; il-Membri tal-Bord tal-Governanza tal-Korp tal-Pulizija; Konsulenti li ħadmu fuq l-istrateġija; il-Kmandant tal-Akkademija tal-Forzi Dixxiplinati; il-Kummissarju għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza; il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta; il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi; id-Direttur Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili; il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Infurzar Lokali; Uffiċjali mill-Università ta’ Malta; id-Direttur tal-Victim Support; il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-President tal-Istitut tal-Ġurnalisti. Kienet ix-xewqa li jkunu mistiedna ikatar persuni iżda minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19 ma kienx possibli.

Tfassil tad-dokument Malta Police Force Transformation strategy 2020-2025 – konsulenti ingaġġati minn barra l-Korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ġewx ingaġġati konsulenti minn barra l-Korp sabiex jitfassal id-dokument Malta Police Force Transformation Strategy 2020-2025 u jekk fl-affermattiv min kienu dawn il-konsulenti u kemm tħallsu għax-xogħol li għamlu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-arranġamenti kollha biex ġew ingaġġati konsulenti sabiex jitfassal id-dokument Malta Police Force Transformation Strategy 2020-2025, sar permezz ta’ fondi mid-Directorate-General for Structural Reform Support (DG Reform) tal-Kummissjoni Ewropea. Dan wara li l-Korp għamel talba għall-assistenza u din ġiet milqugħa. Il-konsulenti kienu minn Price Waterhouse Cooper, li ġew imqabbda mill-istess Direttotrat tal-UE u għalhekk ma hemmx dettalji ta’ kemm dawn tħallsu għax-xogħol li għamlu.

Korp tal-Pulizija – vetturi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi ġodda li żżanżnu fil-Korp tal-Pulizija fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena l-Korp xtara wieħed u għoxrin (21) vettura ġdida, li ġew imqassma għall-użu tal-Pulizija fid-Distretti.

Korp tal-Pulizija — sistemi tal-IT - spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża fis-sistemi tal-IT fil-Korp tal-Pulizija fl-ewwel 9 xhur tas sena 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ispiża fis-sistemi tal-IT fil-Korp tal-Pulizija fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, kien ta’ madwar żewġ miljuni, erba’ mija u sitta u sittin elf ewro (€2,466,000).

Community Police

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm sar investiment sabiex jitwaqqaf il-Community Police? Kemm hemm pulizija involuti f’dan is-servizzi? X’tip ta’ taħriġ ingħataw dawn il-pulizija li qegħdin assenjati f’dan is-servizz u meta sar dan it-taħriġ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm tmienja u għoxrin (28) membru tal-Korp li qed jagħmlu xogħol relatat ma’ Community Policing f’diversi lokalitajiet ġewwa Malta. Relatat ma’ dan ix-xogħol l-istess membri ngħataw taħriġ dwar Community Skills for Community Police, fix-xhur ta’ Awwissu 2019, Lulju 2020 u Awwissu 2020. Taħriġ dwar l-istess suġġett ingħata wkoll minn servizz ta’ Pulizija fir-Renju Unit f’Novembru 2019, lil xi uffiċjali marru fl-istess pajjiż. Rigward investiment/spejjeż sabiex jitwaqqaf il-Community Police li għadu fi stadju ta’ espansjoni, sal-lum saret nefqa ta’ madwar mija u erbgħa u erbgħin elf (144,000) ewro.

Studenti li kienu assenti mill-iskola mingħajr raġuni – multa lill-ġenituri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14748, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14747, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġenituri li weħlu multa għax naqsu li jibagħtu lit-tfal tagħhom fis-snin imsemmija f’din il-mistoqsija? Kemm kienet il-multa li huma weħlu u kemm minn dawn il-multi ġew imħallsa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Bi tweġiba għal din il-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb ngħid li din hija l-informazzjoni kollha li setgħet tingħata mill-Ministeru tiegħi.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – residenti li qed jagħmlu programm ta’ riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il resident tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin qed jagħmlu programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga? Kemm minnhom huma nisa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li bħalissa hemm 16-il priġunier li qed jagħmlu programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga u tnejn minnhom huma nisa.

Fabbriki tan-Nar – ħażna ta’ klorat, perklorat u nitru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu importat/maħżun kull sena klorat, perklorat u nitru li jintuża għall-fabbriki tan-nar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi sal-15 ta’ Ottubru 2020 l-ammonti ta’ klorat, perklorat u nitru li jintużaw għall-fabbriki tan-nar u li ġie impurtat/maħżun kien kif jidher fit-tabella hawn taħt: Sena Perklorat impurtat Perklorat maħzun ma l-importaturi Klorat impurtat Klorat maħzun għand il-Forzi Armati Nitru impurtat Nitru maħzun għand il-Forzi Armati 2020 Nil Nil 4,000 4,000 kgs 35,000 35,000 kgs

San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra Burmarrad, Wardija u Xemxija — Community Policing

Question

Jista’ l-Ministru jserraħ ras ir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra Burmarrad, Wardija u Xemxija billi jindika meta ser jkun qed jingħatalhom s-servizz tal-Pulizija tal-Komunità (Community Policing)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kif diġà ġie indikat fi tweġibiet oħra, l-inizjattiva tal-Community Policing ser tkun introdotta gradwalment f’diversi lokalitajiet f’dawn il-gżejjer u eventwalment ser tkun introdotta wkoll f’San Pawl fejn jiġu koperti ż-żoni tal-madwar.

Naxxar , Salina u Magħtab — Community Policing

Question

Jista’ l-Ministru jserraħ ras ir-residenti tan-Naxxar , Salina u Magħtab billi jindika meta ser jkun qed jinghatalhom s-servizz tal-pulizija tal-Komunita (Community Policing)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-inizjattiva tal-Community Policing se tkun introdotta gradwalment f’diversi lokalitajiet f’dawn il-gżejjer u l-ħsieb hu li eventwalment tkun introdotta wkoll fin-Naxxar u jiġu koperti ż-żoni li jagħmlu ma’ din il-lokalità.

Mellieħa — ftuħ ta' għassa

Question

Jista’ l-Ministru jserraħ ras ir-residenti tal-Mellieħa billi jikkonferma li fl-immeddjat ser ikun qed ireġġa lura d-deċiżjoni li terġa’ tinfetaħ l-għassa tal-Mellieħa, liema deċiżjoni li din tingħalaq ttieħdet b’mod insensittiv u mingħajr konsultazzjoni u żgur li mhux fl-interess tal-ġid komuni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi r-residenti tal-Mellieħa llum għandhom servizz ta’ pulizija ferm aħjar minn dak li kien offrut sa ftit taż-żmien ilu. Dan minħabba preżenza ferm akbar ta’ pulizija minn dik li kien hemm fil-passat riċenti, fit-toroq ta’ din il-lokalità. Il-Korp se jkompi jsaħħaħ is-servizz tal-pulizija fil-Mellieħa kif ukoll fi bnadi oħra f’dawn il-gżejjer.

EASO – ħidma fuq l-isfida tal-immigrazzjoni irregolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma qed issir mal-EASO fir-rigward tal-isfida tal-immigrazzjoni irregolari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi għandu fis-seħħ Pjan Operazzjonali u ta’ Assistenza Teknika għall-2020 mal-EASO. Dan jikkonċerna assistenza fil-proċess tal-ażil, l-identifikazzjoni ta’ immigranti vulnerabbli, ir-rilokazzjoni u taħriġ. Ftehim simili kien ukoll implimentat matul l-2019.

Ħabs – Sistema ta’ għoti ta’ privileġġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed titħaddem is-sistema fejn id-direttur tal-ħabs jiddeskrivi bħala għoti ta’ privileġġi għal min iġib ruħu sew fil-ħabs u t-teħid tal-istess privileġġi jekk persuna ma ġġibx ruħha sew? Jista’ jgħid hemmx regoli u protokolli ċari u miktuba kif din is-sistema taħdem u jekk iva jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din hija sistema li titħaddem skont il-liġi.