Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis – regolamentazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) se tkun qed tassigura li l-ammont tajjeb ta' kannabis se jkun qiegħed jiġi kkultivat mill-assoċjazzjonijiet li jipproduċu l-kannabis? X'sistemi se jintużaw?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi waqt l-istadju tal-applikazzjoni, l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis tevalwa l-metodi ta’ kultivazzjoni u t-tagħmir li se jintuża, in-numru ta’ pjanti li se jiġu kkultivati, id-durata ta’ kull ċiklu ta’ kultivazzjoni u d-domanda mistennija mill-membri, skont id-daqs tal-assoċjazzjoni. B’hekk l-Awtorità se tkun qed tassigura li jkun hemm proporzjon ekwu bejn in-numru ta’ pjanti kkultivati u d-domanda mistennija. Dan filwaqt li l-Awtorità se tkun qed twettaq spezzjonijiet u monitoraġġ regolari.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riforma u l-Ugwaljanza — impjegati minn ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-lum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 10169.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu reġistrati każijiet ta’ kriminalità f’Marsaskala mill-2021 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Liema reati kienu rrappurtati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ kriminalità f’Marsaskala li kienu rreġistrati mal-Pulizija mis-sena 2021 sal-31 ta’ Mejju 2023, kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt li fiha wkoll dettalji dwar it-tip tar-reati:
Tip ta reat
2021
2022
sal- 31/05/2023
Total
Abbuż ta’ awtorita pubblika
0
1
0
1
Kazi ta’ ħruq
1
0
2
3
Attentat ta’ offiżi
10
6
2
18
Feriti fuq persuna
29
20
5
54
Użu ħazin ta’ computer
6
11
4
21
Reati kontra l-paċi pubblika
1
0
0
1
Reati kontra l-amministrazzjoni tal-ġustizzja
2
0
0
2
Ħsarat
85
84
37
206
Vjolenza domestika
70
59
28
157
Offiżi relatati ma drogi
26
4
7
37
Falsifikazzjoni
4
0
1
5
Frodi
61
34
23
118
Offiżi relatati ma immigrazzjoni
0
1
0
1
Ġurament falz
0
1
0
1
Pornografija
0
2
0
2
Prostituzzjoni
1
1
0
2
Offiżi sesswali
4
6
1
11
Serq
117
87
28
232
Theddid u vjolenza privata
4
3
2
9
Traffikar ta’ persuni
0
1
0
1
Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku
1
3
3
7
Ħasil ta’ flus
1
0
0
1
Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet.
13
8
4
25
Total
436
332
147
915
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — midalja tas-servizz - persuni inkarigati
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni responsabbli sabiex jiddeċiedu jekk uffiċjal fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin huwiex intitolat jew le li jircievi midalja tas-servizz?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-proċess sabiex uffiċjal jingħata l-midalja tas-servizz huwa regolat skont il-Kapitlu 251 tal-Liġijiet ta’ Malta u l-liġi sussidjarja 251.01 u jiġi evelwat minn ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — midalja tas-servizz
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-uffiċjali li ma jingħatawx il-midalja tas-servizz fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hux qed jingħataw spjegazzjoni għaliex ma jkunux ikkwalifikaw biex jingħataw din il-midalja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi min ma jikkwalifikax għall-midalja għal 18-il sena servizz jew Clasp tal-25 u 30 sena servizz u jitlob spjegazzjoni għaliex ma jkunx ġie eliġibbli, jingħata spjegazzjoni mill-Uffiċċju tal-HR fi ħdan l-Aġenzija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Forzi Armati ta' Malta matul is-sena 2022? Lil min ingħataw dawn id-direct orders u fiex kienu jikkonsistu? X’kien il-valur tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders minn Identity Malta matul is-sena 2022? Lil min ingħataw dawn id-direct orders u fiex kienu jikkonsistu? X’kien il-valur tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Korp tal-Pulizija — Vetturi jew muturi miżmuma fuq ordni tal-Qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi jew muturi miżmuma mizmuma mill-Korp tal-Pulizija fuq ordni tal-Qorti? Jista' jgħid kemm hu l-perjodu li dawn ilhom jiġu miżmuma?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-numru ta’ vetturi miżmuma mill-Korp tal-Pulizija u li jappartjenu lill-Qorti huwa ta’ erbgħa mija u tmienja u tmenin kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. Iż-żmien ta’ kemm ilhom miżmuma jvarja b’numru żgħir ta’ vetturi li ilhom mis-sena 1997.
INQUIRY
COURT EXHIBIT
1997
1
1997
1
1998
0
1998
3
1999
0
1999
0
2000
1
2000
0
2001
0
2001
2
2002
0
2002
5
2003
0
2003
0
2004
0
2004
7
2005
0
2005
6
2006
0
2006
9
2007
1
2007
11
2008
2
2008
8
2009
1
2009
11
2010
0
2010
5
2011
2
2011
9
2012
2
2012
2
2013
1
2013
10
2014
2
2014
24
2015
7
2015
15
2016
11
2016
19
2017
18
2017
31
2018
18
2018
36
2019
39
2019
22
2020
51
2020
17
2021
7
2021
0
2022
48
2022
0
2023
22
2023
1
TOTAL
234
TOTAL
254
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2022? Lil min ingħataw dawn id-direct orders u fiex kienu jikkonsistu? X’kien il-valur tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jittiħdux passi kontra Enforcement Officers tal-LESA li jirriżulta lil min iħarrku jiġix eżonerat jew mill-petizzjoni jew mit-tribunal?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-uffiċjali tal-LESA jkunu mħeġġa sabiex iwettqu dmirhom skont il-liġijiet, u r-regolamenti li joħorġu anke mill-istess Aġenzija. L-Aġenzija tirrispetta d-deċiżjonijiet meħuda mit-tribunal u mill-bord tal-petizzjonijiet, mingħajr indħil. Fejn jinħass il-bżonn li l-Aġenzija tappella minn xi deċiżjoni meħuda, dejjem taddotta l-proċeduri tal-Qrati ta’ Malta.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — persuni li għandhom disturbance allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom disturbance allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9573, ninfurmah li ma hemm ħadd li hu intitolat għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom, li huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9343, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, u jgħid min huma l-persuni li nħatru membri tat-tliet Diviżjonijiet tal-Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni? Jista' jagħti lista tal-irwoli u/jew ħatriet oħra li għandhom dawn il-membri mas-Servizz Pubbliku jew ma’ xi entitajiet pubbliċi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-lista tal-persuni li nħatru membri tat-tliet Diviżjonijiet tal-Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni huma kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
Immigration Appeals Board Div I (Bord tal-Appell dwar l-Immigrazzjoni)
Avv. Scerri Ferrante Juliana
Chairperson
Dr. Martha Mifsud
Member
Dr. Mario Mifsud
Member
Dr. Ilona Schembri
Secretary
Immigration Appeals Board - Div 2
Dr. Maria Cardona
Chairperson
Dr. Gaynor Saliba
Member
Dr. Alexander Scerri Herrera
Member
Ms. Valentina Cassar
Secretary
Immigration Appeals Board - Div 3
Dr. Matthew Xuereb
Chairperson
Dr Joey Reno Vella
Member
Dr Daniel Attard
Member
Mr. Duncan Genuis
Secretary
Substitute Member for Divisions (Bord tal-Appell dwar l-Immigrazzjoni)
Mr. Peter Paul Caruana
Member
Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lil persuni oħrajn barra l-ħin tax-xogħol tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li kull membru fil-forza tal-Protezzjoni Ċivili huwa meqjus attiv f’kull jum tas-sena.
Infurmat ukoll li għaldaqstant, skont l-evalwazzjoni tal-professjonisti, tista’ tkopri tali eventwalità l-iskema li kien daħħal dan il-Gvern ta’ Benefiċċji għal Aċċidenti Personali fuq ix-Xogħol u li din tkopri lill-korpi dixxipplinati kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-membri tal-Armata kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lil persuni oħrajn waqt il-qadi ta’ dmirijiethom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi dan kien il-Gvern li daħħal fis-seħħ l-iskema ta’ Benefiċċji għal Aċċidenti Personali fuq ix-Xogħol u li din tkopri lill-korpi dixxiplinati kollha.
Infurmat ukoll li fil-Forzi Armati ta’ Malta teżisti polza ta’ assigurazzjoni li hija dik tal-Occupational Accident Benefit Scheme.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-uffiċjali tal-Pulizija kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lil persuni oħrajn barra l-ħin tax-xogħol tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi skont l-Att dwar il-Pulizija, Kap. 164, kull uffiċjal tal-pulizija għandu jitqies li jkun uffiċjal tal-pulizija fil-ħinijiet kollha u għandu jiddedika ħin kollu għas-servizz tal-Korp, u allura f’każ ta’ korriment japplikaw il-provedimenti relatati fl-istess leġiżlazzjoni.
Għaldaqstant, skont l-evalwazzjoni tal-professjonisti, tista’ tkopri tali eventwalità l-iskema li kien daħħal dan il-Gvern ta’ Benefiċċji għal Aċċidenti Personali fuq ix-Xogħol u li din tkopri lill-korpi dixxiplinati kollha.
Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi taħt l-Att dwar l-Ġustizzja Riparatriċi, Kap 516
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost illum il-Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi, Kap 516?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi huwa kompost minn:
1. Dr Henry Antoncich L.P. LL.D. - Chairman
2. Dr Charlie Azzopardi B.Psy (Hons), M.Sc (Uol), Doct. Sys. Psych (UEL). - Membru
3. Sarah Camilleri - Membru
Barra minn hekk, il-Bord huwa kompost ukoll minn Rappreżentant tal-Correctional Services Agency.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqija parlamentari 9342, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-call logs tat-23 u l-24 ta’ Mejju bejn Alarm Phone u r-Rescue Coordination Centre tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li minħabba raġunijiet operattivi, li jistgħu jinkludu sigurtà nazzjonali, infurzar tal-liġi, relazzjonijiet internazzjonali jew is-sigurtà tal-uffiċjali tagħha, mhux il-prassi tal-FAM li tikkonferma jew tiċħad l-eżistenza ta’ tali informazzjoni, jew li tipprovdi l-istess.