Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu persuni f’pajjiżna matul l-2024? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm barranin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi figuri proviżorji juru li fl-2024 kien hemm total ta’ 4,181-il mewt ta’ resident f’Malta. Minn dawn, 3,943 kienu Maltin u 238 kienu barranin.
L-informazzjoni tkopri l-imwiet kollha ta’ persuni li huma residenti ta’ Malta u t’Għawdex, irrispettivament miċ-ċittadinanza tagħhom. Dan jinkludi imwiet li seħħew fit-territorju ta’ Malta u Għawdex, kif ukoll imwiet ta’ residenti ta’ Malta u Għawdex li seħħew barra minn Malta (imwiet
de jure
tal-popolazzjoni residenti).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu persuni f’pajjiżna matul l-2024? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm barranin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi figuri proviżorji juru li fl-2024 kien hemm total ta’ 4,321 trabi li twieldu fil-pajjiż lil ġenituri li kienu residenti f’Malta u f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni huma rreġistrati bħala barbiera jew hairdressers ma’ JobsPlus sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ KM Malta Airlines Ltd, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
Isem
Kariga
Data tal-Ħatra
Is-Sur David Curmi
Direttur
1 ta’ Novembru 2023
Is-Sa Marlene Mizzi
Direttur
1 ta’ Novembru 2023
Is-Sur Paul Azzopardi
Direttur
1 ta’ Novembru 2023
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ daħal għand l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji matul is-sena 2023, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew riżolti u kemm fadal pendenti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
2023Ilmenti ReġistratiRiżoltiGħadhom mhux riżolti
Jannar1212-
Frar1717-
Marzu14131
April1313-
Mejju 1414-
Ġunju12102
Lulju24168
Awwissu401228
Settembru32923
Ottubru231013
Novembru1313-
Diċembru1010-
22414975
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ daħal għand l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji matul is-sena 2024, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew riżolti u kemm fadal pendenti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
2024Ilmenti ReġistratiRiżoltiGħadhom mhux riżolti
Jannar25241
Frar24222
Marzu22211
April23212
Mejju 2424-
Ġunju16151
Lulju18162
Awwissu14131
Settembru18144
Ottubru18153
Novembru22139
Diċembru271512
25121338
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26670 u jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta fil-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta u kemm tħallsu pagi, xahar b'xahar, mill-ġurnata li fiha għalqet l-Airmalta sal-aħħar ta’ Frar 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru żwiġijiet matul l-2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skond figuri provizorji pprovduti mill-NSO, jidher li kien hemm 2,334-il zwieġ irreġistrat mar-Reġistru Pubbliku.
Minn dawn, 2,200 kienu zwiġijiet li saru f’Malta u Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm divorzji matul l-2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skond figuri provizorji pprovduti mill-NSO, jidher li kien hemm 524-il divorzju li ġew irreġistrati mar-Reġistru Pubbliku matul l-2024.
428 minnhom kienu divorzji li ingħataw f’Malta jew f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet matul l-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew konklużi bonarjament u kemm minnhom ġew deċiżi permezz ta’ sentenza tal-Qorti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skond figuri provizorji pprovduti mill-NSO, jidher li kien hemm 672-il separazzjoni irreġistrat mar-Reġistru Pubbliku.
Informazzjoni dwar jekk ġewx konkluzi bonarjament jew permezz ta’ sentenza tal-Qorti mhix disponibbli.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26751 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 27831.
Ministeru għall-Finanzi — Xiri ta’ karozzi ġodda - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24390 u 24905 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-perjodu msemmi nxtraw 32 karozzi ġodda mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi.
28 minnhom inxtraw għall-uzu ġenerali u l-kumplament inxtraw lill-uffiċjali fi gradi maniġerjali u li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures huma intitolati għall-vettura. Kopja ta’ dan il-manwal, diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Finalment irrid nirrimarka li x-xiri ta’ dawn il-vetturi jsir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.
Taxxa ta’ 50 ċenteżmu kuljum għal kull turist għal kull lejl
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jintefqu l-fondi li qed jinġabru mit-taxxa ta’ 50 ċenteżmu kuljum għal kull turist għal kull lejl (sa massimu ta’ €5 għal kull persuna), li qed tinġabar mill-istabbilimenti turistiċi madwar Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll min għandu l-kontroll fuq in-nefqa ta’ dawn il-fondi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.