Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija Sapport – programmi organizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija Sapport organizzatx programmi dwar is-saħħa mentali, fiżika u emozzjonali lill-klijenti u l-qraba tagħhom? Jekk iva, meta saru dawn il-programmi f’dawn l-aħħar sentejn u fejn saru?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Sapport ma torganizzax programmi jew seminars dwar saħħa mentali, għall-klijenti u l-qraba tagħhom. Madankollu, professjonisti fi ħdan l-Aġenzija, jaħdmu fil-qrib ma’ professjonisti oħra u jirreferu klijenti u familjari lejn dawn il-professjonisti skont il-ħtieġa. Impjegati tal-Aġenzija Sapport, jattendu wkoll, minn żmien għal żmien, għal taħriġ dwar is-saħħa mentali. Dan jgħinhom fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum mal-istess klijenti. L-Aġenzija Sapport, permezz tas-servizzi tagħha, Servizzi ta’ Matul il-Jum għal Persuni b’Diżabilità, Servizzi fil-Komunità, Servizzi Residenzjali, u Sharing Lives, toffri diversi programmi relatati mas-saħħa fiżika. Dawn isiru fuq bażi regolari immirati għall-klijenti skont l-abilitatjiet u l-interessi tagħhom. L-Aġenzija tmexxi wkoll gruppi u sessjonijiet ta’ sapport b’mod regolari, lill-ġenituri ta’ tfal b’diżabilità u aħwa adulti ta’ persuni b’diżabilità. Is-sapport emozzjonali qiegħed jingħata wkoll permezz ta’ servizz ta’ counselling mill-Aġenzija Sapport, f’każijiet speċifiċi waqt illi ssir kollaborazzjoni ma’ professjonisti u entitajiet oħra, fosthom tobba, psikjatri u psikologi.

Inkonvenjent – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9444 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward inkonvenjent li qed jostakola l-bieb tad-dar tiegħu liema inkonvenjent tpoġġa biex iżomm gallarija minħabba ħsarat? Jista’ jara li ssir it-tiswija meħtieġa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa, bħal f’kull każ ieħor. Id-dettalji tal-każ ma jistgħux jingħataw, għax l-Awtorità tad-Djar tħoss illi din hija informazzjoni personali u għalhekk ma tistgħax tingħata mingħajr il-kunsens tal-individwi kkonċernati.

Ġenituri single

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9686 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni fuq kemm hawn ġenituri single b’riżultat ta’ separazzjoni? Jista’ jgħid kemm hawn single fathers b’riżultat ta’ separazzjoni? Jista’ jgħid kemm hawn single mothers b’riżultat ta’ separazzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, m’għandux informazzjoni fuq kemm hawn ġenituri single rreġistrati f’Malta u Għawdex. Id-Dipartiment ikollu biss informazzjoni dwar il-benefiċjarji tiegħu.

Akkomodazzjoni Soċjali – single parents — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9687 u ċjoè: Peress li single mothers għandhom aċċess biex japplikaw għall-akkomodazzjoni soċjali u f’Novembru li għadda, is-Segretarju Parlamentari ġie kkwotat jgħid li hawn 1,700 single mother b’applikazzjoni għas-social housing, jista’ l-Ministru jgħid kemm minnhom huma single mothers b’riżultat ta’ separazzjoni minn żwieġ jew koppja? Jista’ jgħid jekk hemmx single fathers b’riżultat ta’ separazzjoni li jistgħu japplikaw għal social housing? Jekk iva, kemm hemm applikazzjonijiet ta’ single fathers?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sad-data tat-tweġiba, l-Awtorità tad-Djar kellha 444–il applikazzjoni minn single mothers u single fathers b’riżultat ta’ separazzjoni, għall-akkomodazzjoni soċjali. Minnhom 410 kienu single mothers u 34 kienu single fathers. Single father jista’ japplika għall-akkomodazzjoni soċjali jekk jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà.

Sussidju fuq kera — benchmarks

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9688 u ċjoè: Peress li f'Ottubru 2018, il-Gvern kien ħabbar li se jneħħi l-means testing fuq is-sussidju tal-kera u minflok se jdaħħal benchmarks, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn daħlux fis-seħħ? X’inhuma l-kriterji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-means test ġie eliminat mill-iskema li toffri benefiċċju fuq il-kera mħallsa fil-privat, kif kien imħabbar fil-baġit mill-Gvern. Il-benefiċċju tal-kera, għall-ewwel darba qiegħed jiġi kkalkulat mhux biss fuq id-dħul u l-kompożizzjoni tal-familja tal-applikanti, iżda anke fuq in-nefqa tagħhom fuq il-kera. L-inkwilin jrid ikollu ftehim validu tal-kirja ta’ mhux anqas minn sitt xhur u jissottometti ukoll riċevuti tal-kera mħallsa kull xahar. It-tabella t’hawn taħt tindika d-dħul massimu li jista’ jkollu l-applikant sabiex ikun eliġibbli għal dan il-benefiċċju, kif ukoll l-ammont massimu ta’ benefiċċju li kull applikant ikun intitolat għalih: Membri tal-familja Dħul Massimu Benefiċċju Massimu Persuna Waħedha € 14,700 € 3,600 Ġenitur Wieħed b’wild wieħed € 19,050 € 4,800 Ġenitur Wieħed b’żewġ ulied jew aktar € 23,400 € 5,000 Żewġ Adulti mingħajr tfal € 19,000 € 3,600 Koppja b’wild wieħed € 23,800 € 4,800 Koppja b’żewġ ulied jew aktar € 28,600 € 5,000 Tlett Adulti jew aktar jgħixu flimkien € 27,900 € 5,000 F’każ ta’ persuna jew familji li jkollhom membru tal-familja b’diżabilità, d-dħul m’għandux jeċċedi it-€30,000 filwaqt li jingħata €125 addizzjonali fis-sena lil dawn il-familji. Dan filwaqt li, tingħata wkoll €125 addizzjonali fis-sena lill-familji li jkunu aktar minn 5 membri u €300 addizzjonali fis-sena lill-familji li jkollhom jgħixu magħhom tfal fostered . Persuni waħedhom li:- (1) kienu għamlu xi żmien f’xi djar tal-tfal; jew (2) kienu f’xi perijodu fostered ; jew (3) ikunu ħerġin mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin; jew (4) ikunu għadhom kif temmew b’suċċess programm ta’ rijabilitazzjoni, jibbenefikaw minn aktar benefiċċju fuq il-kera sakemm jilħqu 28 sena. Il-benefiċċju jiġi mħallas dirett lill-applikanti li jikkwalifikaw għalih, permezz ta’ direct credit . Dan il-benefiċċju jiġi rivedut kull sentejn.

Sussidju tal-kera għal familji bit-tfal

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9689 u ċjoè: Peress li f'Ottubru 2018, il-Gvern ħabbar ukoll li s-sussidju tal-kera għal familji bit-tfal se jiżdied minn €2,000 għal €5,000 fis-sena, jista’ l-Ministru jgħid jekk din daħlitx fis-seħħ? Jekk iva, minn meta? Kemm hawn familji li bbenefikaw minnha? Jista’ jgħid jekk ġenituri separati (single parents) humiex meqjusin bħala familja bit-tfal u allura jgħid jekk humiex eleġibbli għal dan is-sussidju? Jekk iva, kemm hawn single parents li qed jibbenefikaw minnha? Jista’ jgħid jekk teżistix statistika skont il-ġeneru jiġiferi ġenitur raġel/mara?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, dak li kien is-sussidju tal-kera llum inbidel għall- benefiċċju fuq il-kera, liema benefiċċju daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Frar, 2019. Sal-lum l-ammont totali ta’ applikazzjonijiet illi ġew sottomessi, huwa ta’ 509. Abbażi tal-kriterja ta’ eliġibbiltà single parent tistà tibbenefika minn din l-iskema, bl-ammont ta’ benefiċċju jiġi determinat skont in-numru ta’ tfal fil-familja. L-istess proċedura tapplika wkoll għal koppji miżżewġa li għandhom it-tfal kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: Membri tal-familja Dħul Massimu Benefiċċju Massimu Persuna Waħedha € 14,700 € 3,600 Ġenitur Wieħed b’wild wieħed € 19,050 € 4,800 Ġenitur Wieħed b’żewġ ulied jew aktar € 23,400 € 5,000 Żewġ Adulti mingħajr tfal € 19,000 € 3,600 Koppja b’wild wieħed € 23,800 € 4,800 Koppja b’żewġ ulied jew aktar € 28,600 € 5,000 Tlett Adulti jew aktar jgħixu flimkien € 27,900 € 5,000 In-numru ta’ single parents illi qegħdin jibbenefikaw mill-benefiċċju l-ġdid tal-kera, jkun jista’ jingħata ladarba l-applikazzjonijiet ikunu pproċessati kollha.

Programm għall-individwi li ma jaffordjawx jixtru darhom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9690 u ċjoè: Peress li l-Gvern ħabbar programm għall-individwi li għandhom 45 sena u aktar, li ma jaffordjawx jixtru darhom, u għalhekk hemm ftehim mal-APS Bank biex il-Gvern iħallas in-nofs, u wara 20 sena l-individwu jkollu l-għażla li jista' jixtri l-kumplament tad-dar mill-Gvern, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-persuni li ma jaffordjax, jistgħux ikomplu jikru d-dar mingħand il-Gvern? Jista’ jgħid jekk dan il-programm huwiex immirat ukoll għal dawk l-individwi li jkunu sseparaw u wara li jkunu qasmu d-dar, xorta ma jkollhomx biżżejjed biex jixtru dar oħra għal rashom? Jista’ jgħid jekk dan il-programm daħalx fis-seħħ? Jekk iva, meta? Kemm-il individwu li ssepara, ibbenefika minn jew applika għal dan il-programm?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-iskema ta’ Equity Sharing ser tkun immirata għall-persuni li għandhom 40 sena jew aktar, sabiex jingħataw assistenza biex ikunu jistgħu jsiru sidien ta’ darhom. Din l-iskema ser tkun qiegħda tgħin lil dawn il-persuni, li għandhom ċertu ammont ta’ assi, iżda li minħabba l-età tagħhom qegħdin isibuha diffiċli jaċċessaw loan, biex jixtru proprjetà. Għaldaqstant, wara numru ta’ snin, dawn l-applikanti ser ikunu jistgħu jixtru s-sehem tal-Awtorità tad-Djar, biex b’hekk isiru sidien tal-proprjetà kollha. Madanakollu, il-kriterja ta’ eliġibbiltà, flimkien mal-kundizzjonijiet tal-iskema, ser ikunu qed jiġu mħabbra fil-ġimgħat illi ġejjin.

Mosta – Dar tal-Anzjani – provvista ta’ ilma

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex f’kamra f'Dar tal-Anzjani li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ikun jista’ jkun hemm mill-ġdid l-aċċess għall-provvista tal-ilma peress li ż-żewġ anzjani residenti fl-istess kamra, ilhom nieqsa mill-provvista tal-ilma minn tal-inqas għal dawn l-aħħar ħames ġimgħat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunità, segwa mill-qrib din is-sitwazzjoni ġewwa d-dar tal-Anzjani msemmija. Il-ħaddiema tad-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunità, ħadmu fuq din il-problema u nikkonferma li l-provvista tal-ilma reġgħet irritornat għan-normal.

Residenzi — Standards

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istandards għar-residenzi li joffru servizzi għal persuni bi problemi ta’ addiction?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, għadha kif spiċċat minn eżerċizzju ta’ konsultazzjoni ma’ diversi stakeholders f’dan il-qasam. L-Awtorità fil-fatt, ser tkun qed tippublika għall-konsultazzjoni pubblika l-iStandards Soċjali Regulatorji għal Servizzi Residenzjali għall-Persuni bi Problemi ta’ Vizzji, fix-xhur li ġejjin.

Miżuri tal-Baġit

Question

Minħabba li mhux kull miżura ngħata d-dettalji dwar it-twettiq tagħha waqt il-proċess tal-estimi, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7016 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-Miżuri tal-Baġit li tħabbru fil-Baġit tas-sena l-oħra (jiġifieri dak imħabbar f’Ottubru 2017) u jgħid liema miżuri twettqu u jispjega kif twettqu fid-dettall?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba hija kif ġej ; Miżuri tal-Baġit imħabbra f’Ottubru tal-2017 Numru Deskrizzjoni tal-Mizura Żviluppi sa Frar 2019 6 KuII pensjonant se jkun qed jingħata żieda fil-pensjoni kontributorja u anke mhux kontributorja ta’ €2 fiI-ġimgħa. IMPLIMENTATA 8 Se nkunu qegħdin inżidu €200 oħra fl-ammont ta’ Pensjoni tas-Servizz li jitnaqqas mill-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali. IMPLIMENTATA 9 L-għotja ta’ €300 fis-sena lil dawk li għalqu l-75 sena u li għadhom jgħixu fid-djar tagħhom se tkompli tingħata tul is−sena d-dieħla. IMPLIMENTATA 10 Pensjonanti li jilħqu l-età tal-pensjoni u jibdew jieħdu l-pensjoni iżda jkomplu jaħdmu huma obbligati li jħallsu l-bolla sakemm jgħalqu l-età ta’ 65 sena. F’każijiet fejn, speċjalment nisa, il-pensjonant ikollu bolol neqsin u ma jkunx qed jieħu pensjoni sħiħa, mis-sena d-dieħla se ndaħħlu miżura biex malli l-pensjonant jagħlaq 65 sena ssir stima ġdida tal-pensjoni li tikkunsidra wkoll il-bolol li jkunu tħallsu wara l-età tal-pensjoni. B’dan il-mod inkunu qegħdin nagħmlu ġustizzja ma’ dawn in-nies ukoll. IMPLIMENTATA 11 Pensjonanti tal-irtirar li għadhom ma laħqux l-età ta’ 65 sena u jagħmlu xi xogħol mhux full-time bħala self-employed u part-time, mis-sena d-dieħla se jkunu jistgħu jibdew iħallsu bolla pro-rata ta’ 15 fil-mija tad-dħul nett tagħhom mill-impjieg u mhux bilfors il-bolla sħiħa kif inhuma sal-lum. IMPLIMENTATA 12 L-eks-ħaddiema tal-korpi tas-snin sebgħin, l-eks-ħaddiema tax-xatt, l-eks ħaddiema tal-ex-Malta Electricity Board u l-pulizija, bdew jirċievu ċ-ċekkijiet li kienu mwegħda. Għas-sena d-dieħla, se nallokaw €10.5 miljun biex inkomplu nindirizzaw dawn l-inġustizzji tal-passat. IMPLIMENTATA 19 II-Gvern din is-sena se jkun qed iwieżen aktar lil koppji fejn wieħed miII-ġenituri biss jaħdem. Għalhekk is-sena d-dieħla l-ogħla rata ta’ In-Work Benefit għal din il-kategorija se titla’ minn €350 għal €450 għal kull wild. B’dan il-mod, xorta jibqa’ l-inċentiv li jekk it-tieni ġenitur jidħol fid-dinja tax-xogħol, xorta jkun jaqblilhom għax l-ogħla rata ta’ In-Work Benefit Ii jistgħu jirċievu titla’ għal €1,200 għal kull wild. IMPLIMENTATA 20 Miżura li konna daħħalna fl-2014 u li tat riżultati tajbin hija dik tat-tapering taI-benefiċċji. Biex naraw li din l-iskema tkompli tinfirex, il-perjodu ta’ stennija biex wieħed ikun jista’ jibbenefika għat-tapering tal-benefiċċji se jitnaqqas minn sentejn jgħix fuq il-benefiċċji soċjali għal sena biss. B’hekk ikun hemm transizzjoni aktar mgħaġġla mid-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali għad-dinja tax-xogħol u nkomplu nnaqqsu l-faqar b’mod attiv. IMPLIMENTATA 22 Din is-sena wettaqna riforma sħiħa fil-benefiċċji għall-carers bil-għan li ngħinu aktar anzjani jibqgħu jgħixu fi djarhom u fil-komunità. Se nintroduċu ħlas addizzjonali ta’ €8.15 fil-ġimgħa għal kull membru ieħor tal-familja jekk persuna miżżewġa titlef id-dritt għal xi għajnuna soċjali oħra jekk tkun intitolata għall-allowance miżjuda. F’dan il-każ id-dħul u l-kapital tal-familja, eskluż l-allowance miżjuda, ikun jissodisfa l-evalwazzjoni tal-mezzi għall-għajnuna soċjali. IMPLIMENTATA 23 Mis-sena d-dieħla se nkunu qegħdin nagħtu għajnuna sa massimu ta’ €10,000 biex tkopri parti mill-ispejjeż, inkluż fuq vjaġġar, li ġenituri adottivi jagħmlu biex jadottaw wild. Din l-għotja se tkun tapplika ukoll għal dawk li diġà bdew tali proċess adottiv u għadu ma ntemmx. IMPLIMENTATA 24 Tfal li jkunu tilfu lill-ġenituri tagħhom jitħallsu Allowance (għal Iltima) sakemm jgħalqu 16-il sena u malli jgħalqu 16-il sena iżda ma jkunux għalqu 21 sena, jekk ma jkunux qegħdin jaħdmu, jitħallsu Allowance Speċjali (għal Iltima) b’rata ogħla. Il-Gvern iħoss li din mhix ġusta ma’ dawn it-tfal li tippenalizzahom għax jaħdmu. Għalhekk, fl-2018 se nkunu qegħdin inneħħu din ir-restrizzjoni u l-Allowance Speċjali għal Iltima se tibda titħallas sħiħa rrispettivament minn jekk it-tfal ikunux jaħdmu jew le. IMPLIMENTATA 25 Dan il-Gvern jirrikonoxxi l-imħabba u d-dedikazzjoni li dawk li jiffosterjaw jagħtu lil tfal li ma jkunux tagħhom biex joffrulhom futur aħjar. Min ikun qed jiffosterja jkollu spejjeż addizzjonali. Għalhekk mis-sena d-dieħla se nkunu qegħdin ngħollu l−Foster Care Allowance minn €70 għal €100 fil-ġimgħa u b’hekk se nkunu qegħdin inwettqu wegħda elettorali oħra. IMPLIMENTATA 26 Persuna li qiegħda taħdem u fl-istess ħin tkun qiegħda tirċievi l-pensjoni kontributorja mhux intitolata għall-benefiċċju għall-mard. Din ir-restrizzjoni tolqot romol li jaħdmu u għandhom tfal dipendenti taħt it-23 sena. Mis-sena d-dieħla, bil-għan li ngħinu dawn ir-romol iżommu l-livell tal-għejxien tagħhom, se nibdew inħallsuhom l-benefiċċju għall-mard. IMPLIMENTATA 27 Persuni li jkunu qegħdin jgħaddu l-manteniment lill-konjuġi u/jew lit-tfal tagħhom qegħdin jintlaqtu mill-fatt li l-ammont ta’ manteniment imħallas jitqies bħala dħul għal fini tal-means test tal-Karta r-Roża. B’hekkjekk jeċċedu l-iskala tat-test tal-mezzi qegħdin jiġu mċaħħda milli jingħataw mediċini b’xejn. Se nieħdu passi biex titneħħa din l-anomalija u l-manteniment imħallas jitnaqqas mid-dħul oriġinali meta jinħadem it-test tal-mezzi. B’hekk inkunu qegħdin inkomplu inwettqu l-wegħda li noħolqu aktar konformità fl-evalwazzjoni tal-benefiċċji mhux kontributorji. IMPLIMENTATA 28 Wara li fil-Baġit tal-2016 konna żidna l-benefiċċju magħruf bħala Drug Addicts Allowance (DAD), għal dawk maħkumin mill-vizzju tad-droga jew tax-xorb, mis-sena d-dieħla issa se nkomplu nżiduh minn €30 għal €40 fil-ġimgħa. IMPLIMENTATA 29 Għas-sena d-dieħla hemm maħsub xogħol u tagħmir ta’ tliet djar oħra għal adulti b’diżabilità intellettwali, inkluż persuni b’awtiżmu u b’imġieba diffikultuża. (a) Zurrieq (b) Zabbar (c) Qrendi (d) Kirkop Tlestiet id-dar ta’ Ħaż-Żabbar. Għadu għaddej xogħol fuq it-tlett id-djar l-oħra. 30 Se ssir ħidma biex jingħata bidu għat-twaqqigħ u I-bini miII-ġdid tad-dar residenzjali u ċ-Ċentru għal Matul il-Jum Ii hemm fiI-Qasam taI-Vajrita f’Wied iI-Għajn. Il-proġett għandu jieħu madwar erba’ snin biex jitIesta. Il-miżura għadha mhux implimentata fl-intier tagħha. 31 II-Kummissjoni għad-Drittijiet taI-Persuni b’Diżabilità, se tniedi taqsima biex tiżgura u tinforza d-drittijiet u I-interessi ta’ persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom. IMPLIMENTATA 32 Se nkompIu ntejbu I-faċilitajiet interni u ambjentali fir-Residenza San Vinċenz de Paule. Ix-xogħol jinkludi t-tkompIija taI-proġett mifrux fuq tIiet snin fiI-Binja Rużar Briffa li għandu jwassal ukoll għal żieda fI-għadd ta’ swali u b’hekk jiżdied l-ispazju sabiex nilqgħu aktar pazjenti f’din ir-residenza. Il-miżura għadha mhux implimentata fl-intier tagħha. 33 Residenza San Vinċenz de Paule; Xogħlijiet oħra jinkludu r-riabiIitazzjoni tas-sala għall-pazjenti Ii jbatu mid-dimenzja u I-iżvilupp mill-ġdid tal-ispiżerija. (a) Riabilitazzjoni tas-sala ghall-pazjenti li jbatu mid-dimensja (b) Zvilupp mill-gdid tal-ispizerija Tlesta ix-xogħol ta’ riabilitazzjoni tas-sala għall-pazjenti bid-dimensja. Għadu ma tlestiex ix-xogħol fuq l-ispiżerija. 34 Residenza San Vinċenz de Paule; Se nieħdu ħsieb ukoll li nibdlu l-vetturi qodma ma’ oħrajn ġodda mgħammrin b’faċilità ta’ arja kundizzjonata. Għadha mhijiex implimentata 35 MatuI din is-sena I-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali kompIiet bit-tħejjijiet biex tiftaħ Ċentru Sigur għaż-Żgħażagħ Bniet. II-mira ta’ dan iċ-ċentru hija li jgħin Iiż-żgħażagħ bniet b’imġieba diffiċli, jitgħallmu l-ħiIiet meħtieġa biex jgħixu fis-soċjetà u jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-komunità. Għadha mhijiex implimentata 36 Supportline 179 hija I-Iinja nazzjonaIi tat-teIefon immexxija miII-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, fejn in-nies jistgħu jċemplu biex isibu I-għajnuna. Matul is-sena fuq iI-linja jsiru ’l fuq minn 13-iI eIf teIefonata. II-Fondazzjoni qiegħda tiżviluppa u taġġorna dan is-servizz biex jilħaq dejjem aktar maI-esiġenzi tas-soċjetà moderna. B’dan il-għan saru l-istrutturi meħtieġa, inkluż sistema teknoloġika. IMPLIMENTATA 37 Fil-baġit li għadda daħħalna skema ġdida li biha rdoppjajna s-sussidju tal-kera għal min jidħol f’kuntratt tal-kiri legali u regolari. Konna wkoll wessajna t-thresholds sabiex aktar persuni jikkwalifikaw għal dan is- sussidju. Sabiex ngħinu aktar nies se nkunu qegħdin nerġgħu nwessgħu dawn it-thresholds biex aktar persuni li jgħixu f’postijiet tal-kiri jibdew jibbenefikaw huma wkoll mis-sussidju. L-anzjani li għandhom 65 sena jew aktar se jingħataw thresholds speċjali biex jibbenefikaw aktar għal dan is-sussidju. L-Awtorità tal-housing se tkun qiegħda tippubblika l-kriterji ta’ din il-miżura. IMPLIMENTATA Is-sussidju mogħti fuq il-kera fuq postijiet privati ġie irdoppjat. Il-benefiċċjarji taħt skemi preċedenti ingħataw l-opportunità li japplikaw taħt din l-iskema. Dan filwaqt li permezz ta' avviż fil-Gazzetta tal-Gvern maħruġa fid-29 ta' Dicembru 2017, l-Awtorità tad-Djar ħabbret il-bdil fil-thresholds tad-dħul tal-iskema tas-sussidju tal-kera mogħti mill-Awtorità tad-Djar. Mill-benefiċċjarji li kienu qiegħdin jirċievu s-sussidju fuq il-kera, ġew identifikati dawk l-individwi li kien ser jkollhom xiżieda fis-sussidju . Dawn kienu ammontaw għall-67, li 22 minnhom kienu anzjani ta’ 65 sena u aktar. Permezz ta' ittra dawn ġew infurmati biż-żieda fis-sussidju u minn Jannar 2018 ibbenefikaw mis-sussidju l-ġdid. 38 Wara li fl-1 ta’ Settembru li għadda daħlet fis-seħħ l-iskema Nikru biex nassistu, bil-għan li nżidu l-istokk ta’ binjiet għal skop ta’ housing soċjali, fl-ewwel xahar biss, l-Awtorità tad-Djar diġà rċeviet madwar 200 applikazzjoni. Din l-iskema, li tħajjar sidien ta’ proprjetà biex jikru l-proprjetà tagħhom lill-Awtorità tad-Djar għall-perjodu ta’ għaxar snin, se nkunu qegħdin inħalluha miftuħa matul is-sena d-dieħla IMPLIMENTATA 39 Sabiex il-Gvern iħajjar sidien ta’ residenzi mhux użati li jiġu rranġati u offruti bħala units għal skop ta’ housing soċjali, l-Awtorità tad-Djar se toħroġ skema fejn se toffri assistenza finanzjarja sa massimu ta’ €25,000 għal kull residenza fuq xogħlijiet ta’ tiswija u riabilitazzjoni ta’ proprjetajiet privati li jinsabu vojta u mitluqa. Biex tingħata din l-għajnuna, is-sidien iridu jintrabtu li jikru l-istess proprjetà lill-Awtorità tad-Djar b’rati ta’ kera vantaġġjużi għall-perjodu ta’ 10 snin, għal skopijiet ta’ housing soċjali. Dan I-inċentiv se jkun miftuħ għall-ewweI 100 residenza waqt Ii I-proprjetà trid tkun lesta u fi stat ta' abitazzjoni fi żmien sitt xhur minn meta tkun approvata I-għajnuna sabiex imbagħad tgħaddi għand l-Awtorità biex tinkera għal skopijiet ta' housing soċjali. IMPLIMENTATA 40 Kull anzjan li jkun jgħix f’post mikri mingħand il-Gvern, u wara Ii jidħol San Vinċenz de Paule jew f’xi dar tal-anzjani inkluż dawk privati jew taI-knisja taħt xi PPP mal-Gvern, jagħżel li jirritorna ċ-ċwievet tal-post taI-Gvern, jibda jinqatagħlu 20 fiI-mija inqas miII-pensjoni tiegħu. Fi kliem ieħor, jekk dak I-anzjan jidħol San Vinċenz u jirritorna ċ-ċwievet taI-post mikri IiIu, fIok 80 fiI-mija taI-pensjoni tibda tinqatagħlu 60 fil-mija waqt Ii I-kumplament flok jinqatgħulhom 60 fil-mija taI-pensjoni jinqatgħulhom 40 fil-mija. Din iI-miżura se tkun tapplika mhux biss għal min jidħol f’xi istituzzjoni tal-anzjani mis-sena d-dieħla ‘l quddiem imma wkoll għal min diġà qed jgħix f’tali istituzzjoni. IMPLIMENTATA 41 BiI-għan li aktar persuni jiġu megħjuna jsiru sidien ta' darhom, I-Awtorità tad-Djar fIimkien maI-Fondazzjoni għas-Servizzi taI-Ħarsien Soċjali (FSWS) diġà daħlet f'arranġament mal-APS Bank biex jingħataw social loans IiI 100 sid prospettiv biex jiġu megħjuna jsiru sid ta' darhom. Din l-inizjattiva kienet suċċess u I-Gvern se jkompli jibni fuqha tant li se jidħol f'arranġamenti simili mal-Bank of VaIIetta sabiex 300 appIikant ieħor ikunu jistgħu jiġu mgħejuna jixtru proprjetà u b'hekk isiru sidien ta' darhom huma wkoII. IMPLIMENTATA Matul is-snin 2017/2018 il-Fondazzjoni għas-Servizzi taI-Ħarsien Soċjali (FSWS)assistew 746 każ li ġew rifferuti mill-Awtorità tad-Djar sabiex wieħed mill-banek joffri social loan mingħajr ma jkun hemm down payment ta’ l-10 fil-mija tal-prezz globali tal-proprjeta’. L-FSWS hadet l-inkarigu li dawk refferuti issirilhom profil u sussegwentament rakkomandazzjoni lill-banek sabiex jitqiesu bħala kanditati għal tali skema. Issir ukoll akkumpanjament u tingħata l-għajnuna sabiex kemm jista’ jkun dawk riferuti jibbenefikaw minn Social Loan. Sal-lum dawk li attwalment harġet is-Sanction Letter hemm 50 mill-bank APS u 35 mill-bank BOV. Il-proċess ta’ oħrajn għadu għaddej. Dan għaliex il-proċess jieħu il-ħin tiegħu kif ukoll għaliex l-individwi irriedu issibu post adattat. 42 L-Awtorità tad-Djar tinsab viċin li bis-saħħa ta’ fondi Ewropej, twettaq proġett ta’ installar ta’ liftijiet u ta’ tisbiħ fl-oqsma taI-Bini taI-Gvern. Dan iI-proġett estensiv jikkonċerna 109 blokok ta’ appartamenti mikrijin miII-Gvern, u b’hekk se jtejjeb il-kwaIità taI-ħajja ta’ kważi 2,350 resident, fosthom 660 anzjan u 101 persuna b’diżabilità. Għadu għaddej ix-xogħol fuq il-bini ta’ dawn l-appartamenti. (a) Blokk 2B, Off Triq il-Gzira, Gzira (b) Blokk L, Triq Xemxija, Marsa (c) Blokk N, Triq Xemxija, Marsa (d) Civic Centre B, Triq l-Arkata, Paola (e) Triq ix-Xitwa, Qormi (f) Blokk Z2, Triq id-Deheb Fin, Qormi (g) Blokk B2, Triq il-Principessa Margerita, Ta’ Xbiex (h) Blokk A2, Triq il-Watar, Ta Xbiex (i) Blokk B5, Triq il-Principessa Margerita, Ta Xbiex (j) Triq San Guzepp, Valletta (k) Blokk A Qasam Hal Tmiem, Off Triq id-Dahla ta’ San Tumas, Zejtun (l) Blokk C Qasam Hal Tmiem, Off Triq id-Dahla ta’ San Tumas, Zejtun 43 L-Awtorità tad-Djar fix-xhur li ġejjin se tkompli l-ħidma tagħha fuq programm ta’ manutenzjoni jew tisbiħ, skont il-bżonnijiet ta’ kull blokka partikolari. IMPLIMENTATA (a) Qasam tad-Djar, Ta' Pennellu, Mellieha - 7 blokki b'45 appartament (b) Hal Lija - 2 blokki b' 40 appartament (c) St Lucija - 4 blokki b'84 appartament (d) Ta' Giorni - 2 blokki b'32 appartament 44 Housing affordabbli: Wasal iż-żmien li jkun hemm diskussjoni miftuħa dwar is-suq tal-kera. Il-Gvern beħsiebu jippubblika White Paper bi proposti dwar dan il-qasam. IMPLIMENTATA Fil-15 ta’ Ottubru 2018, is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali ppubblika White Paper dwar is-suq tal-kera għall-konsultazzjoni, li intemmet fit-30 ta’ Novembru, 2018. Din il-White Paper toffri mudell studjat b’mod komprensiv li permezz tiegħu l-investituri u l-utenti jingħataw grad aktar b’saħħtu ta’ stabbiltà u sikurezza. Il-white paper fuq is-suq tal-kera tipproponi fost affarijiet oħra kuntratti iktar fit-tul għal iktar stabbilità, reġistrazzjoni tal-kuntratti tal-kera, u perjodu ta’ avviż meta s-sid jew l-inkwilin ikunu jridu jtemmu l-kirja. 226 Kura fit-tul għall-anzjani: Se ninċentivaw u nixprunaw investiment f’dan il-qasam, kemm permezz ta’ investiment mis-settur privat kif ukoll b’diversi proġetti fuq bażi ta’ public private partnership. IMPLIMENTATA Matul is-sena 2018, id-dipartimentżied 120 sodda bħala parti mill-iskema ta’ xiri ta` sodod; fejn inxtraw mitt sodda ġdida u imtlew għoxrin sodda ġdida minn kuntratti eżistenti. Għalhekk in-numru ta’ sodod li għandu d-Dipartiment tela’ għall- 2,307 sa Diċembru 2018 . Dwarproġetti fuq bażi ta’ public private partnership, tkompliet il-ħidma fuq il-proġett ta’ dar tal-anzjani ġdida ġewwa Birkirkara flimkien ma’ Projects Malta u d-Dipartiment tal-Kuntratti sabiex toħroġ sejħa għall-offerti. Tkomplew ukoll il-preparmenti fuq is-sejħa għall-offerti għar-rinovar tad-dar tal-anzjani ta’ Bormla. 227 Matul din is-sena, inbeda investiment massiċċ ta’ madwar €50 miljun li qed jara l-bini ta’ kważi 700 unit għal housing. Għadu għaddej ix-xogħol fuq dawn il-units ġodda. Din il-miżura tal-budget bdiet tiġi implimentata fl-2017. Bil-ħidma għaddejja f’dawn l-indirizzi: (i) Attard (Triq l-Għenba) (ii) BKara (Tas-Sisla) (iii) Bormla (Hanover) (iv) Kirkop A (Triq il-Lewżiet) (v) Kirkop B (Triq Salvu Sacco) (vi) Kirkop C (Triq tal-Fieres) (vii) Kirkop D (Triq il-Fieres c/w San Remiġ) (viii) Luqa (Ħal Farruġ) (ix) Msida (Triq il-Wied) (x) Qrendi A (Triq Nazzareno Mifsud) (xi) Qrendi B (Triq Nazzareno Sammut) (xii) Qrendi C (Triq Ġ Cassar) (xiii) Siġġiewi (Triq Dun Manwel Zammit) (xiv) Żebbug A (Triq l-Indipendenza) (xv) Żebbug B (Triq il-Qolla) (xvi) Żurrieq (Triq ta' Ciantar)

Pensjonijiet mill-Istat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7968 u 8131 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hawn pensjonanti li jirċievu xi forma ta’ pensjoni mill-Istat u jaqsam tali informazzjoni fi brackets kif ġej: - Anqas minn €400 fix-xahar; - Bejn €401 u €500 fix-xahar; - Bejn €501 u €600 fix-xahar; - Bejn €601 u €700 fix-xahar; - Bejn €701 u €800 fix-xahar; - Bejn €801 u €900 fix-xahar; - Bejn €901 u €1,000 fix-xahar; - Bejn €1,001 u €1,100 fix-xahar; u - Aktar minn €1,101 fix-xahar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hekk kif mitluba, għadha qed tinġabar.

Persuni li jieħdu l-benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jieħdu benefiċċji soċjali f’pajjiżna u jaqsam l-informazzjoni skont il-benefiċċju rispettiv u l-lokalità li jgħixu fihom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ dawk il-pożizzjonijiet li fihom ġew ingaġġati/impjegati persuni fil-Ministeru, dipartimenti u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu fl-2017, l-2018 u fl-2019 sal-lum, u f’kull każ jgħid: a. l-entità li fiha ġiet ingaġġata l-persuna; b. x’inhi l-pożizzjoni li l-persuna ġiet impjegata fiha; c. x’inhu l-pakkett finanzjarju tal-pożizzjoni; d. jekk il-pożizzjoni hijiex ta’ Person of Trust jew Position of Trust ; u e. inħarġitx sejħa biex timtela l-pożizzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba minnu. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni miġbura tinkludi l-ingaġġi kollha li saru fis-snin imsemmija minnu. Fl-informazzjoni mgħotija hemm ukoll numru ta’ impjegati li m’għadhomx jaħdmu mad-dipartiment/entità/awtorità ikkonċernata, u għalhekk in-numru ta’ impjegati ingaġġati fis-snin imsemmija mhux bilfors illi jirrifletti n-numru attwali ta’ impjegati li hemm fil-preżent.

Persuni divorzjati – inġustizzja fid-drittijiet tal-pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Gvern ser jindirizza l-inġustizzja ta’ dawk il-persuni (fil-biċċa l-kbira tagħhom nisa) li wara li jkunu ddivorzjaw jew isseparaw minn ma’ żwieġhom u kienu preċedentament qattgħu numru ta’ snin ma’ jaħdmux biex jieħdu ħsieb il-familja, jispiċċaw ibatu konsegwenzi fid-drittijiet tal-pensjoni tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Manifest Elettorali tiegħu, l-Gvern preżenti wiegħed li, jiddaħħlu emendi legali li jassiguraw li f'każi ta' separazzjoni, divorzju jew tmiem ta' koabitazzjoni, jipproteġu d-drittijiet għall-pensjoni tal-konjuġi jew partners, li jkunu għamlu xi perjodu barra mid-dinja tax-xogħol, biex jieħdu ħsieb il-familja. Ninsab infurmat li bħalissa, din il-materja qed tiġi eżaminata mill-Grupp ta’ Strateġija tal-Pensjonijiet, bil-għan li fix-xhur li ġejjin iressaq proposti għall-kunsiderazzjoni tal-Gvern. Tajjeb li nfakkar lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ħa ħsieb sabiex jirdoppja n-numru ta’ snin li fihom ġenituri jistgħu jibbenefikaw minn krediti ta’ kontribuzzjonijiet għal perjodi li fihom ma jkunux ħadmu sabiex irabbu lil uliedhom, kif ukoll daħħal krediti għal persuni li jkunu barra mix-xogħol biex jistudjaw. Dawn il-miżuri jimmitigaw xi ftit is-sitwazzjoni li jsibu ruħhom fiha dawn il-persuni.

Ċertifikat lit-tabib għall-ewwel tlett ijiem sick leave

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji ta’ kif il-miżura li impjegat ma’ jkollux bżonn jippreżenta ċertifikat tat-tabib għall-ewwel tlett ijiem sick leave, ser tiġi applikata?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-miżura msemmija, persuna li tiġi ċċertifikata li minħabba mard jew kundizzjoni medika, ma tkunx kapaċi tirrapporta għax-xogħol, għal perjodu ta’ 3 ijiem jew anqas, ma jkunx hemm l-obbligu li tibgħat iċ-ċertifikat mediku lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, hekk kif id-Dipartiment ma jħallasx il-Benefiċċju tal-Mard għall-perjodu ta’ anqas minn 3 t’ijiem.

Units ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7020, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba u jgħid kemm (bħala numru) tlestew units ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-snin 2016, 2017, 2018 u 2019 s’issa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, bħalissa għaddej ix-xogħol fuq diversi units ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali.

Djar tal-Anzjani mmexxija mill-privat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi Djar tal-Anzjani mmexxija mill-privat li jixtiequ li l-Gvern jibda’ jibgħat anzjani għandhom u l-Gvern mhux qed jilqa’ t-talba tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, x-xiri ta’ sodod mid-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, isir skont l-eżerċizzi ta’ ppjanar u l-fondi allokati. Id-dipartiment mhuwiex obbligat li jixtri kull sodda disponibbli fil-privat.

Foster Care u Residential Care – tfal

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9497, jista’ l-Ministru jindika jekk dawn il-figuri humiex għall-perjodu li fih ġiet imwieġba l-mistoqsija (3/4/2019)? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm tfal taħt foster care u taħt residential care fl-2018?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – stallazzjoni ta’ lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta hu ppjanat li jsir lift ġewwa blokka ta' appartamenti tal-Awtorità tad-Djar li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar ma rċeviet l-ebda applikazzjoni sabiex jiġi installat lift fil-blokka msemmija.