Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pipeline tal-gas għall-powerstation ta’ Delimara — Xogħol

Question

Peress li l-Prim Ministru ħabbar li ser jibda x-xogħol biex jitpoġġa pipeline tal-gass għall-power station ta' Delimara, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal dan ix-xogħol u kemm ser idum biex dan il-proġett ikun komplut?

Response (MIZZI, JOE)

Matul din is-sena tlesta d-disinn bażiku tal-infrastruttura neċessarja u ġiet iddentifikata r-rotta bejn Malta u Sqallija u s-siti fejn ha jitpoġġew it-terminal stations ġewwa Gela u Delimara. F’Mejju ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u r-Reġjun ta’ Sqallija fuq livell tekniku għall-kollaborazzjoni sħiħa bejn Malta u r-Reġjun Sqalli – b’koordinament ma’ Ruma. Dan is-sajf ħa jinbeda l-proċess tal-permessi ambjentali ġewwa Malta kif ukoll ġewwa l-Italja bis-sottomissjoni tal-‘Project Description Statement’ u ‘Scoping Report’ lil-Awtoritajiet rispetivi. Is-sena li ġejja ħa jibdew isiru l-istudji dettaljati ambjentali (EIA) kif ukoll tekniċi u dawn jinkludu wkoll “marine survey” tar-rotta kollha tal-baħar b’tul ta' madwar 152km. Il-Gvern mistenni japplika għal-fondi Ewropej għal dawn l-istudji li ħa jkunu jiswew madwar 8 miljun ewro. Għaddejjin ukoll pjanijiet biex titwaqqaf kumpanija pubblika għat-twettieq ta’ dan il-proġett, u iktar tard, l-operat tal-infrastruttura meta tiġi kkumissjonata. Huwa mistenni li l-proġett idum sebgħa snin biex jitwettaq.

San Ġwann – Triq San Anard – problema ta’ drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa sabiex il-problema ta’ drenaġġ li hemm fi Triq San Anard, San Ġwann tiġi solvuta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma tafx li hemm problema kkonċernata ma’ Triq San Anard, San Ġwann tant li m’hemm l-ebda rapport fuq l-imsemmija triq.

San Ġwann – Triq R Caruana Dingli – problema ta’ drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa biex il-problema li hemm ta’ drenaġġ fi Triq R Caruana Dingli, San Ġwann tiġi solvuta?

Response (MIZZI, JOE)

L-Onor. Interpellant għandha tkun infurmata li l-każ kien ġie solvut u riċentament ma sar l-ebda rapport fuq Triq R. Caruana Dingli, San Ġwann. Dan il-każ kien ġie solvut mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, fejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienet ġiet infurmata li l-każ magħluq.

Birżebbuġa – sit fejn jinħażen il-fuel – xogħol ta’ twaqqih u żgumbrar

Question

Peress li l-Prim Ministru kien ħabbar li ser jiġi żgumbrat is-sit fejn jinħażen il-fuel f'Birżebbuġa magħruf bħala il-31 ta' Marzu , jista’ l-Ministru jgħid meta x-xogħol ta' twaqqigħ u żgumbrar ser jibda?

Response (MIZZI, JOE)

L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li x-xogħol ta’ twaqqiegħ diġà beda fl-imsemmi sit.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — sponsorships -

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 74.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — position of Trust

Question

Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 143.

Ħal Kirkop – overflow ta’ drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra x’passi hemm ippjanati li jittieħdu biex tiġi indirizzata problema rikorrenti ta’ overflow ta’ drenaġġ fi Triq Valletta Ħal Kirkop dwar liema problema ilha tinġibed l-attenzjoni tal-awtorità responsabbli?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ddisinjat soluzzjoni għal din il-problema ġewwa Triq Valletta, Ħal Kirkop u ser tkun qed tagħmel ix-xogħolijiet neċessarji fiż-żmien li ġej.

Enemalta – ħlas għall-konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Korporazzjoni Enemalta ħallset jew se tkun mitluba tħallas għall-konsulenzi legali u pariri legali mogħtija mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum? Min hija jew huma d-ditti legali li qed jipprovdu tali servizzi legali?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġar tal-Ilma — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-valur ta’ konsulenzi li ngħataw b’direct order, lil min u għalxiex, fl-entitajiet li għalihom hu responsabbli, mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – konsulenzi mogħtija b’direct order

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-Dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li hemm fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu l-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma– ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jelenka d-data ta’ ingaġġ ta’ kull ħaddiem ġdid li ġie ingaġġat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bejn l-1 ta’ Marzu 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017, u jgħid x’inhi n-natura ta’ xogħol li għalih ġie ingaġġat?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

ARMS Ltd – kont dovut ta’ arretrati mnaqqsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il każ l-ARMS Ltd naqqset il-kont dovut ta’ arretrati bejn l-1 ta’ April 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li aġġustamenti fuq il-kontijiet isiru b’mod regolari u dan bħala parti mill-proċedura u skont it-talbiet li jkun hemm.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — ħaddiema li ħadu promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.