Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – segretarjat privat – kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi u tas-Segretarju Parlamentari huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Bajjiet ta’ Kemmuna – kiri ta’ deckchairs u umbrelel
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1917 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajjiet ta’ Kemmuna? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2018, is-siti ġewwa l-Bajjiet ta’ Santa Marija u Blue Lagoon f’Kemmuna, ġew mikrija lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks (INDIS Malta)
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks li saret INDIS Malta u li kienu qegħdin iħallsu pagamenti kull xahar però wara ċertu żmien dan l-encroachment agreement temmewh mingħajr qatt ma ntużaw il-binjiet li għalihom kienet qed titħallas il-kera, mill-2018 'il quddiem u jekk ittiħditx azzjoni fejn sar infiq bla bżonn u ħela?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mir-rekords ta' INDIS juru li ma kien hemm l-ebda entità li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru li daħlet fi ftehim ta’ encroachment mal-MIP/INDIS minn Jannar 2018 sal-lum.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1608, jista’ l-Ministru jispjega kif kien jinħadem il-kumpens għall-esproprjazzjoni ta’ art qabel l-2017?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel l-2017, esproprjazzjoni ta’ art kien jinħadem skont il-Kap. 88. F’każijiet li kien hemm dikjarazzjoni fil-gazzetta tal-Gvern mill-President ta’ Malta jew mill-Gvernatur Ġenerali, u ma kienx hemm avviż ta’ ftehim, l-istima kienet issir abbażi tal-01/01/2005, filwaqt li f’każijiet fejn kien hemm avviz ta’ ftehim, il-ħlas isir skont kif kien indikat fl-avviż ta’ ftehim.
Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej – direct orders
Question
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Dipartiment tal-Artijiet – Fidi tat-titolu “Possession and Use”
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1483, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-proċedura li fil-preżent qed tiġi adottata sabiex ikun hemm il-fidi tat-titolu ta’ Possession and Use?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura adattata, f’każijiet fejn l-art hija miżmuma b’pussess u użu, hija skont l-artikolu 69 tal-Kap. 573, fejn issir valutazzjoni tal-fond, u l-valur li jittieħed huwa l-ammont illi l-art tista’ ġġib kieku din kellha tigi mibjugħa minn sidha volontarjament fil-mument li toħroġ id-dikjarazzjoni.
Dipartiment tal-Artijiet – proprjetajiet f’idejn il-Gvern taħt it-titolu “Possession and Use”
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm proprjetajiet li fil-mument jinsabu f’idejn il-Gvern taħt it-titolu ta’ Possession and Use?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proprjetajiet li jinsabu f’idejn il-Gvern taħt t-titolu ta’ Possession and Use sal-lum 30 ta’ Settembru 2022 huma 91.
Dipartiment tal-Artijiet – pagamenti ta’ proprjetajiet f’idejn il-Gvern taħt it-titolu “Possession and Use”
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ħarġu pagamenti sal-aħħar tas-sena 2021 fir-rigward tal-proprjetajiet li fil-mument jinsabu f’idejn il-Gvern taħt it-titolu ta’ Possession and Use?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar tas-sena 2021 inħareġ l-ammont ta €32,004.65.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — infiq ta' flus f'reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1896 u jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1915 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Pretty Bay? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tikkonferma li fuq il-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa hemm concession waħda sabiex jinkrew deckchairs u umbrelel.
Bajja ta’ Fra Ben – kiri ta’ deckchairs u umbrelel
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1913 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Fra Ben? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-Awtorita’ tikkonferma li fuq il-Bajja ta’ Fra Ben hemm concession ta’ kjosk sabiex jinkrew deckchairs u umbrelel.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1911 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tar-Ramla? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm encroachment mil-Lands biex il-hawkers li hemm fit-triq li tagħti għall-bajja jkunu jistgħu jikru deckchairs u umbrelel.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej - persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking) mas-Segretarjat Parlamentari kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li l- persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking) mas-Segretarjat Parlamentari kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu huma inklużi mal-figuri tal-Mistoqsija Parlamentari 930.
Ħal Far Model Flying Association – użu ta’ art fl-inħawi ta’ Wied Żnuber
Question
Peress li l-mistoqsijiet parlamentari 511 u 865 ma ġewx imwieġba kompletament, u in vista tal-wegħda ta' qabel l-elezzjoni li l-ebda żvilupp mhu se jsir fiż-żona ta' Wied Żnuber f’Ħal Far, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-ftehim mal-Ħal Far Model Flying Association dwar l-użu ta' art fl-istess inħawi jiġi kkanċellat jew modifikat biex jirrifletti din il-wegħda? Liema huma s-siti alternattivi li qed jiġu kkonsidrati għall-użu ta' Ħal Far Model Flying Association? Liema huma l-partijiet konċernati li qed jiġu kkonsultati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-biografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.
Bajjiet ta’ Kemmuna – kiri ta’ deckchairs u umbrelel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajjiet ta’ Kemmuna? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Regolamenti dwar il-Ħinijiet tad-Daqq tal-Mużika fi Ħwienet Kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1500, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoe: B'referenza għall-Avviż Legali 161 tal-2022, jista' l-Ministru jgħid x’inhuma u jippubblika l-pariri jew rakkomandazzjonijiet li rċieva u abbażi ta' liema, biddel ir-regolamenti dwar il-ħinijiet tad-daqq tal-mużika fi ħwienet kummerċjali? Jista' jgħid ma' min saret konsultazzjoni dwar din il-bidla fir-regolamenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li filwaqt li nireferi għal PQ 1847, u għas-seduta Parlamentari 24 tal-bieraħ 4ta’Lulju 2022.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1863, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-qbil li sar bejn il-Gvern u l-operatur privat ta’ area ta’ parkeġġ viċin Ta’ Qali Crafts Village fl-2019 u kopja tal-permess li ġie mġedded?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal kamra kopja tas-sejħa publika li ħarġet fis 7 ta’ Mejju 2019 kif ukoll id-dokumenti sussegwenti bejn il-Gvern u l-operatur li ngħata dan id-dritt. Ninforma lill-Onerevoli Interpellant li qiegħed nannessi ukoll litra tat-terminazzjioni ta’ l-istess allokazzjioni datati 27 ta’ May 2022.
Attachments:Encroachment Agreement - Ta' Qali - 2019 - Part 1.pdfEncroachment Agreement - Ta' Qali - 2019 - Part 2.pdfEncroachment Agreement - Ta' Qali - 2022.pdfPhilip Attard - TQL087 - Letter terminating encroachment agreement.pdfTa' Qali - Call for Tenders - 2019.pdf
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking), mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
L-Onorevoli interpellant għandu jkun jaf li hemm differenza bejn remote working u teleworking. Minkejja dan, ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Mejju kien hemm 145 ħaddiem fuq telework u 25 fuq remote working fil-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti taħtu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tar-Ramla? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?