Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Green Leaders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern. Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna, iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern. Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin kien hemm: · tisħiħ tal-Green Public Procurement; · introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi; · installazzjoni tal-pannelli; · Il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Tfal illitterati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ tfal illitterati li spiċċaw mill-Primarja fl-aħħar sena skolastika u minn liema lokalitajiet ġejjin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fi tmiem il-primarja jsir l-Assessjar tal-Benchmark. Matul is-sena skolastika 2017-2018, kien hemm 65 student (2.8%) li ġabu 25 marka (minn 100 marka) jew inqas kemm fil-Malti u kemm fl-Ingliż. Kien hemm ukoll 83 studenti (3.6%) li l-iskejjel talbu li jiġu eżentati mill-Benchmark tal-Malti u l-Ingliż minħabba ‘learning difficulties’ jew għax huma barranin li ilhom inqas minn sentejn hawn Malta. It-tabella ta’ hawn taħt turi minn fejn huma l-65 student li ġabu marki baxxi ħafna fil-Malti u l-Ingliż: Qormi 8 B’Kara 7 Attard 4 Bormla 4 Naxxar 4 Għaxaq 4 Ħamrun 3 Mosta 2 Żabbar 2 Żurrieq 2 St Venera 2 Mqabba 2 San Ġwann 2 Mellieħa 1 Żejtun 1 Birżebbuġa 1 St Paul's Bay 1 Dingli 1 Marsaxlokk 1 Msida 1 Qawra 1 Qrendi 1 Swieqi 1 Balzan 1 Birgu 1 Buġibba 1 Kalkara 1 Mġarr 1 Sta Lucia 1 Swatar 1 Valletta 1 Xgħajra 1

Skola Primarja Rabat Għawdex – problemi infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk waslux ilmenti fl-Uffiċċju tiegħu, jew tas-Segretarju Permanenti jew tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, dwar problemi ta’ natura infrastrutturali u oħrajn, li qed jingħad li hemm fl-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienu dawn il-problemi u x’passi ttieħdu, jew hu ppjanat li jittieħdu, sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u s-saħħa tal-għalliema u l-istudenti f’din l-iskola? Jista’ jgħid meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol biex tinbena l-iskola ġdida fl-istess lokalità?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Għalkemm nikkonferma li waslu lmenti dwar l-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex, infurmat li kull manutenzjoni neċessarja qed issir u din issir kontinwament min-nies tal-kulleġġ u tal-MEDE. Kif jaf l-Onor. Interpellant, inbeda l-proċess għall-bini ta' skola ġdida żmien ilu u nkun nista' nagħti iktar dettalji dwar pjanijiet kif jinħarġu l-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Leg 13 PQ #9423 Sitting 208 2019-03-18 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ħal Luqa – stallazzjoni ta’ pixxina fl-iskola primarja

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra l-installazzjoni ta’ pixxina fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Luqa, bħal mudell li hemm fis-seħħ fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi? Jista’ jikkunsidra jadotta l-mudell tal-pixxina li hemm fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi, għal skejjel oħra madwar Malta u Għawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li min-naħa tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi (DES) hemm il-konferma kemm tal-Prinċipal tal-Kulleġġ kif ukoll tal-Kap tal-Iskola li talba bħal din qatt ma saret f’dawn il-livelli. Din hija skola fejn l-ispazju huwa wieħed limitat għal proġetti bħal dawn. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-mument m’hemmx dan il-ħsieb.
Leg 13 PQ #9445 Sitting 208 2019-03-18 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Childcare Centres — reġistri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Childcare Centre jopera f’Malta u Għawdex? Kemm minnhom huma reġistrati? Kemm hawn Childcare Centres li għadhom qed jistennew li jiġu reġistrati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ Childcare Centres li joperaw f’Malta u Għawdex u li huma rreġistrati mad-Direttorat għall-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni huwa ta’ 139 (136 f’Malta u 3 f’Għawdex). Iċ-Childcare Centres li għadhom qed jistennew li jiġu reġistrati huma tlieta (3).
Leg 13 PQ #9446 Sitting 208 2019-03-18 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

National Standards in Childcare

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li n-National Standards in Childcare ilhom ma’ jiġu aġġornati mill-2004? Meta se jiġu mħabbra l-istandards aġġornati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iStandards Nazzjonali għall-Faċilitajiet tat-Tfal ta’ Matul il-Jum kienu mnedija fl-2006. Il-proċess ta’ reviżjoni ta’ dawn l-istandards jinsab fi stadju avvanzat. L-istandards (2006) ġew riveduti sabiex ikunu aġġornati u jirriflettu aktar ir-realtajiet tal-kuntest Malti llum. L-abbozz tal-istandards aġġornati tlesta wara konsultazzjoni mal-istakeholders prinċipali f’dan il-qasam, fosthom l-Assoċjazzjoni ta’ min qed jipprovdi s-servizz fiċ-ċentri għat-tfal (Childcare Centre Providers Association – CCPA) u esperti lokali u internazzjonali. Din ir-reviżjoni waslet fl-istadju fejn l-istandards aġġornati ser imorru għall-konsultazzjoni pubblika estensiva li tinkludi l-pubbliku in-ġenerali u stakeholders varji oħra. L-istandards aġġornati ser ikunu mnedija sal-aħħar tal-2019 u għandhom jidħlu fis-seħħ fl-2020.
Leg 13 PQ #9447 Sitting 208 2019-03-18 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Childcare Centre – Standards Nazzjonali tal-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Childcare Centre li hu reġistrat bħalissa, mhux jilħaq l-istandards nazzjonali tal-2004?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iStandards Nazzjonali għall-Faċilitajiet tat-Tfal ta’ Matul il-Jum tal-2006 jinkorporaw għaxar (10) standards li sabiex jintlaħqu jeħtieġ proċess kontinwu. Madankollu, mill-analiżi tal-evalwazzjonijiet esterni li saru matul dawn l-aħħar sentejn, hemm indikaturi ċari li qed juru li qed ikun hemm titjib fil-kwalità tas-servizz ipprovdut. Infurmat li fi tmiem l-2018, kien hemm tmien (8) ċentri li kellhom nuqqasijiet serji fil-proċessi li jwasslu biex jintlaħqu uħud mill-istandards. Wara moniteraġġ u gwida, il-parti l-kbira minn dawn, diġà ħadu passi sodisfaċenti u kien hemm titjib f’dawn il-proċessi u għalhekk sar titjib fis-servizz li qegħdin joffru.
Leg 13 PQ #9448 Sitting 208 2019-03-18 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Childcare Centre — audits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru audits matul l-2018 fuq Childcare Centres? Jista’ jgħid jekk hux minnu li għal dawn l-audits, iċ-Childcare Centres ikunu avżati madwar tliet ġimgħat qabel u qatt ma jsiru audits b’sorpriża?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul l-2018 saru 124 evalwazzjoni esterna f’Childcare Centres. Mix-xahar ta’ qabel, iċ-ċentri jkunu avżati li ser issir evalwazzjoni esterna u jintalbu jissottomettu dokumentazzjoni aġġornata sabiex din tkun ikkunsidrata bħala parti mill-proċess tal-evalwazzjoni. Iktar ’il quddiem ikunu avżati bil-ġimgħa li matulha ser ikun hemm iż-żjara esterna. Il-ġurnata eżatta meta ssir iż-żjara ma tingħatax. L-evalwazzjonijiet esterni jsiru sabiex jiġi mmoniterjat il-kwalità tas-servizz u biex jingħataw rakkomandazzjonijiet ħalli jkun hemm titjib kontinwu għall-benefiċċju tat-tfal. Evalwazzjonijiet esterni b’sorpriża jsiru f’każijiet fejn ikun hemm ilmenti li jirrikjedu żjara ta’ dan it-tip. Isiru wkoll meta wara evalwazzjoni esterna, ikun hemm raġunijiet fejn id-Dipartiment għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità jara li għandu jerġa’ jmur mingħajr ma javża liċ-ċentru. L-intenzjoni wara dawn l-evalwazzjonijiet b’sorpriża hija li nivverifikaw ċertu dettalji u nkomplu niggwidaw liċ-ċentri sabiex titjieb il-kwalità tas-servizz offrut.
Leg 13 PQ #9449 Sitting 208 2019-03-18 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Childcare Centre – child carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn child carers ċertifikati għal kull tifel u tifla fiċ-Childcare Centres f’Malta u Għawdex? Kemm hawn tfal f’dawn iċ-Childcare Centres li ma għandhomx child carer kwalifikati kif stipulat min-National Standards in Childcare?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-Ministeru ma jżommx din it-tip ta' informazzjoni. Madankollu, l-Istandards jistipulaw li Child Carer irid ikollu ċertifikat MQF Level 4 u kull ċentru hu marbut li jżomm ratio stabbilit mill-Istandards bejn carers u tfal.
Leg 13 PQ #9450 Sitting 208 2019-03-18 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Child Carer kwalifikati level 4

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Child Carer kwalifikat b’Level 4 hawn reġistrat f’Malta u Għawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li n-numru ta' Child Carers bil-kwalifika minima ta' MQF Level 4 li bħalissa huma reġistrati mad-DQSE hu ta' 589.

Persuni li għandhom paga minima

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9351 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema f’pajjiżna li għandhom il-paga minima?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-entità fi ħdan il-MEDE li hija kkonċernata ma' impjiegi, jiġifieri l-Jobsplus, ma jkollhiex informazzjoni dwar salarji ta' individwi.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9098 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8841, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9103.

Skola tal-Istat – spiża għal kull student

Question

Jista’ l-Ministru jgħid illum, kemm hija l-ispiża għal kull student għal kull ġurnata li jattendi l-iskola tal-Istat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-ispiża għal kull student fl-iskejjel primarji u sekondarji fl-2018 kienet ta’ €4,987.44. Din in-nefqa tinkludi s-salarji tal-għalliema, LSEs u servizzi ta’ appoġġ (support services), superviżjoni, trasport, kotba u fondi tal-imprest għall-operat tal-iskejjel.

Wied il-Għajn – kotba mixtrija u mogħtija lil-librerija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Wied il-Għajn tul is-sena 2018? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika f'Wied il-Għajn għas-sena 2018 hu kif se nsemmi: Xiri ta' kotba ġodda - 304 Donazzjonijiet - 2,497 Kotba mislufa - 28,752

Żejtun – kotba mixtrija u mogħtija lil-librerija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa ż-Żejtun tul is-sena 2018? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika fiż-Żejtun għas-sena 2018 hu kif se nsemmi: Xiri ta' kotba ġodda - 246 Donazzjonijiet - 991 Kotba mislufa - 27,101

Marsaxlokk – kotba mixtrija u mogħtija lil-librerija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Marsaxlokk tul is-sena 2018? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika f'Marsaxlokk għas-sena 2018 hu kif se nsemmi: Xiri ta' kotba ġodda - 280 Donazzjonijiet - 442 Kotba mislufa - 38,746

Ħal Għaxaq – kotba mixtrija u mogħtija lil-librerija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Ħal Għaxaq tul is-sena 2018? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika f'Ħal Għaxaq għas-sena 2018 hu kif se nsemmi: Xiri ta' kotba ġodda - 189 Donazzjonijiet - 686 Kotba mislufa - 10,574

Korsa tat-tlielaq tal-karozzi fuq art reklamata

Question

Peress li ħames snin ilu l-Gvern kellu offerta għall-iżvilupp ta’ korsa tat-tlielaq tal-karozzi fuq art reklamata, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li dan il-proġett ma kienx implementat? Għaliex il-wirja tal-proġetti li kienet imwiegħda ma saritx?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin studji dwar riklamazzjoni ta’ art ġewwa pajjiżna mill-ERA u allura qatt ma stajna nkunu f’pożizzjoni li wieħed jibni jew jikkommetti li se jibni trakka fuq art reklamata meta sa issa għadu għaddej dan l-istudju.

Ħal Tarxien – kotba mixtrija u mogħtija lil-librerija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Ħal Tarxien tul is-sena 2018? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika f’Ħal Tarxien għas-sena 2018 hu kif se nsemmi: Xiri ta' kotba ġodda - 124 Donazzjonijiet - 126 Kotba mislufa - 2,885

Gudja — kotba mixtrija u mogħtija lil-librerija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa l-Gudja tul is-sena 2018? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika fil-Gudja għas-sena 2018 hu kif se nsemmi: Xiri ta' kotba ġodda - 260 Donazzjonijiet - 141 Kotba mislufa - 17,374