Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23772 u jgħid min huma ċ-Chief Executive Officers tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista’ jgħid wkoll:
(a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom?
(b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(ċ) X’kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f’liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f’liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta’ ħatra u l-kuntratt ta’ dawn iċ-Chief Executive Officers?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li c-Chief Executive Officers preżentament li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Minsiteru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li ggradwaw mill-Università ta’ Malta f’kull kors f’dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li n-numru ta’ studenti li ggradwaw mill-Università ta’ Malta f’kull kors matul dawn l-aħħar għaxar snin jinsabu b’mod pubbliku fuq; https://www.um.edu.mt/about/facts/numbers/graduates/ Referenza għall-website qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li għaddew mill-eżamijiet tal-MATSEC u SEC f’kull suġġett (Livelli Ordinarju, Intermedju u Avvanzat) għal kull sena, f’dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-istatistika mitluba taċ-Ċertifikat għall-Edukazzjoni Sekondarja [SEC] u tal-Matrikola tinsab pubblika u aċċessibbli bħala parti mir-rapport annwali fuq is-sit tal-MATSEC: https://www.um.edu.mt/matsec/reportscommunication/statisticalreports/
Statistika għall-livelli kollha, li tkopri s-snin 2020 – 2025 tinsab ukoll aċċessibbli mill-paġna sussegwenti tal-MATSEC:
https://www.um.edu.mt/matsec/reportscommunication/generalstatistics
Referenza għaż-żewġ websites qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Vetturi reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti elenku ta’ kemm-il vettura hemm reġistrata taħt il-Ministeru, billi jagħti rendikont għal kull waħda u jgħid jekk dawn humiex mixtrija jew leased? Jista’ wkoll jagħti elenku ta’ kemm inxtrat kull vettura, kemm ilha mixtrija, u kemm hija r-rata li jħallas il-Ministeru għal-leasing għal kull vettura, minn meta beda l-kuntratt u meta jintemm?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xiri ta’ aperturi ġodda għall-Ministeru tal-Edukazzjoni, fil-perjodu ta’ bejn Jannar tal-2024 u Mejju tal-2025? Jista’ jgħid ukoll meta nxtraw, għal fejn inxtraw u kemm intefqu flus b’mod separat għal kull ordni li saret?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Diretturi, Assistent Diretturi, EOs u HoDs — Interviews
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru interviews għal gradi ta’ Direttur, Assistent Direttur, EOs u HoDs li jagħmlu parti mill-Ministeru matul il-perjodu ta’ Jannar tal-2024 u Mejju tal-2025, u għal kull kariga, jelenka min kienu l-persuni li ħadu l-kariga?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi saru mal-94 interview għall-karigi msemmija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22389, 25600, 28027, 28765 u 29166 u jgħid jekk hux ser issir estensjoni fl-Iskola taż-Żokrija l-Mosta? Jista’ jgħid kemm ser jiżdiedu klassijiet u kif ser ssir l-estensjoni pereżempju jekk hux ser jinbena sular ieħor? Jekk ser ssir estensjoni, din ser issir matul is-sena skolastika għad-detriment kemm għal saħħet l-istudenti kif ukoll l-edukaturi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fit-tieni sitt xhur tal-2025.
Fid-dawl li ftit tas-snin ilu l-gvern indika li ser isaħħaħ il-poteri eżekuttivi tat-tribunal li jittratta każijiet ta’ assenteiżmu, u peress li sal-lum il-ġenituri jistgħu jinjoraw in-notifiki minn dan it-tribunal, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-gvern biex dan it-tribunal jissaħħaħ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li għaddejin id-diskussjonijiet neċessarji sabiex it-Tribunal ikun jista’ japplika l-artikoli relevanti tal-Kap 605 bl-aħjar mod fl-interess tal-istudenti kollha.
Skejjel statali tal-primarja — Għalliema li ser jilħqu l-età tal-irtirar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm edukaturi fl-iskejjel statali tal-primarja li ser jilħqu l-età tal-irtirar f’xi żmien matul is-sena skolastika li ġejja (2025-2026) u li applikaw biex jibqgħu fil-kariga sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ wkoll jelenka f’liema skejjel huma?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel statali dawk primarji, medji u sekondarji, matul is-sena skolastika msemmija kien hawn 36 għalliem li laħqu l-età tal-irtirar u baqgħu fil-kariga tagħhom.
Skejjel statali tal-medja — Għalliema li ser jilħqu l-età tal-irtirar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm edukaturi fl-iskejjel statali tal-medja li ser jilħqu l-età tal-irtirar f’xi żmien matul is-sena skolastika li ġejja (2025-2026) u li applikaw biex jibqgħu fil-kariga sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ wkoll jelenka f’liema skejjel huma?
Skejjel statali tas-sekondarja — Għalliema li ser jilħqu l-età tal-irtirar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm edukaturi fl-iskejjel statali tas-sekondarja li ser jilħqu l-età tal-irtirar f’xi żmien matul is-sena skolastika li ġejja (2025-2026) u li applikaw biex jibqgħu fil-kariga sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ wkoll jelenka f’liema skejjel huma?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29952.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ġejt infurmat li hemm 32 impjegat fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.
Jista’ l-Ministru jagħti elenku ta’ kemm-il persuna hemm taħdem fil-Ministeru u tagħmel xi sigħat fil-ġimgħa bħala telework? Jista’ jagħti rendikont ta’ kull persuna, x’kariga għandha, kemm-il siegħa taħdem fil-ġimgħa u għal kemm huwa stabbilit il-ftehim li għandha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni hemm 262 uffiċjal pubbliku li qed jagħmel użu mit-telework fil-ġimgħa. Il-ftehim dwar is-siegħat huwa stabbilit għal sena. Sabiex tiġi mġedda din il-formola trid timtela mill-ġdid.
Għal fini ta’ privatezza, informazzjoni ulterjurji mhux ser jiġu ppubblikati.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Posts għal Assistent Direttur u Direttur
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il post ta’ Assistent Direttur u Direttur fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni mtela minn okkupant ġdid/a matul il-perjodu Mejju 2024 sa Mejju 2025? Jista’ jelenka liema kienu dawn il-posts u min ingħata tali karigi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mtlew tlett postijiet ġodda fuq livell ta’ Direttur u tlett postijiet ġodda fuq livell ta’ Assistent Direttur fil-perjodu ta’ Mejju 2024 sa Mejju 2025, kif elenkat hawn taħt:
- Direttur ġdid ta’ Research & School Internal Review Directorate
- Direttur ġdid ta’ International Learners’ Directorate
- Direttur ġdid ta’ Internal Audits & Compliance Directorate
- Assistent Direttur ġdid ta’ Examinations Department
- Assistent Direttur ġdid ta’ Programme Implementation Directorate
- Assistent Direttur ġdid ta’ Planning & Strategic Foresight Directorate
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-MATSEC qiegħda tistenna li l-marki miksuba mis-School Based Assessments (SBAs) jiġu kkontestati mal-iskejjel rispettivi wara li jinħareġ ir-riżultat uffiċjali ġaladarba l-għalliema jkunu fil-perjodu tal-vaganzi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li anke fis-sessjonijiet li għaddew il-kandidati dejjem kellhom perjodu fejn setgħu jikkontestaw il-marka tal-coursework mal-iskola tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm żmien jibqgħu validi l-marki tas-School Based Assessments (SBAs) mill-ewwel darba li jkunu ppreżentati lill-MATSEC? Jista’ jgħid ukoll jekk il-marki ppreżentati għall-eżamijiet tal-MATSEC tal-2025, jibqgħux validi għal studenti li jridu jerġgħu jagħmlu l-istess eżami/eżamijiet fis-snin li ġejjin jekk kemm-il darba ma jkunux kisbu l-livell sodisfaċenti għalihom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li skont ir-regolamenti taċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja [SEC], il-komponent tal-iSchool Based Assessment jista’ jinżamm għall-ħames sessjonijiet tal-eżami sussegwenti mill-ewwel sottomissjoni diment li s-sillabu rispettiv ma jgħidx li dan ix-xogħol mhuwiex aktar validu.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Impjegati full-time u part-time
Question
Jista’ l-Ministru jagħti t-total tal-impjegati full-time u part-time, fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, f’entitajiet u f’dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteri tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li l-impjegati mal-Awtoritajiet u Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm 3,848 ħaddiema full time u 7,304 ħaddiema part-time.