Tista' l-Ministru tippubblika lista tal-kumpanniji, tal-programmi u tal-ammonti li ngħataw il-kuntratt taħt l-iskema Public Service Obligation fl-aħħar tliet snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm klassijiet fl-iskejjel primarji statali ta’ Għawdex fis-sena skolastika 2006 – 2007, 2007 – 2008 u 2008 – 2009, skola bi skola bin-numru ta’ studenti u bin-numru tal-għalliema u learning support assistants klassi bi klassi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu n-numru ta’ minor staff f’kull skola primarja statali ta’ Għawdex fis-sena skolastika preżenti, x’inhu l-grad tagħhom u kemm kienu f’kull skola fis-sena skolastika 2006 – 2007 u 2007 – 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi korsijiet ġodda f'kull livell li ser jiġu introdotti din is-sena fl-Università ta' Malta (naturalment jekk ikun hemm applikazzjonijiet biżejjed)? Jekk iva, liema ser ikunu dawn il-korsijiet li ser jiġu introdotti u f'liema fakultajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid għas-sena skolastika li jmiss, kemm hu maħsub li se jkun hemm postijiet vakanti għall-għalliema fil-primarji? Meta se jsiru l-interviews? Kemm applikaw biex jidħlu għal dan it-tagħlim? Kemm se jiggradwaw għalliema speċifikament biex jgħallmu fil-livell primarju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għadu prematur li wiehed jgħid eżatt kemm se jkun hemm bżonn ta’ għalliema fl-iskejjel Primarji għax għadha qed tinġabar l-informazzjoni ta’ għalliema li se joħorgu jew jidħlu minn Parental Leave jew xi Leave iehor.
Bħalissa l-Bord tal-Intervisti qed jifli l-applikazzjonijiet għall-eliġibilita’. Malli jsir dan il-proċess jibdew l-intervisti.
Kien hemm 128 applikazzjoni biex jidħlu għal dan it-tagħlim.
L-Università ta’ Malta qiegħda fil-proċess li tilqa’ l-applikazzjonijiet għall-kors għall-għalliema tal-edukazzjoni primarja u l-applikazzjonijiet jagħlqu fl-24 ta’ Lulju. Wara dan iż-żmien jibqgħu jiġu aċċettati applikazzjonijiet sal-aħħar ta’ Awissu.
Huwa mistenni li jigradwaw 41 student bħala għalliema tal-primarja.
Tista’ l-Ministru tgħid għas-sena skolastika li jmiss kemm applikaw għalliema biex jgħallmu fl-iskejjel sekondarji wara s-sejħa li ħarġet u li għalqet fil-5 ta’ Ġunju? Kemm applikaw għal kull suġġett? Kemm hemm postijiet vakanti f’kull suggett? Meta se jsiru l-interviews?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għadu prematur li wiehed jgħid eżatt kemm se jkun hemm bżonn ta’ għalliema fl-iskejjel Sekondarji għax għadha qed tinġabar l-informazzjoni ta’ għalliema li se joħorgu jew jidħlu minn Parental Leave jew xi Leave iehor. Fil-kas tal-iskejjel Sekondarji tas-Subien għad irid jiġi determinat in-numru ta’ studenti li se jattendu l-iskejjel tal-knisja. In-numru ta’ studenti fl-iskejjel sekondarji jaffettwa n-numru ta’ għalliema li jkun hemm bżonn.
Bħalissa l-bord tal-intervisti qed jifli l-applikazzjonijiet għall-eleġibilita’. Malli jsir dan il-proċess jibdew l-intervisti.
Qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta’ applikazzjonijiet li daħlu għal kull suġġett.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm se jiggradwaw għalliema din is-sena fl-Edukazzjoni Fiżika? Kemm minnhom huma nisa u kemm irgiel? Kemm hemm postijiet vakanti għal dan il-post fl-iskejjel tal-Istat? Kemm huwa maħsub li se jiggradwaw is-sena d-dieħla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ studenti li huma mistennija li jiggradwaw fl-Edukazzjoni Fiżika hu kif ġej:
Sena
Nisa
Rġiel
Total
2009
5
12
17
2010
10
3
13
Għadu prematur li wieħed jgħid eżatt kemm se jkun hemm bżonn ta’ għalliema fl-iskejjel Primarji u Sekondarji għax għadha qed tinġabar l-informazzjoni ta’ għalliema li se joħorġu jew jidħlu minn
Parental Leave
jew xi
Leave
ieħor. Fil-każ tal-iskejjel Sekondarji tas-subien għad irid jiġi determinat in-numru ta’ studenti li ser jattendu l-iskejjel tal-Knisja. In-numru ta’ studenti fl-iskejjel Sekondarji jaffettwa n-numru t’għalliema li jkun hemm bżonn.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ir-razzett li hemm fil-grounds tal-Università quddiem l-Sports Pavilion hux okkuppat legalment? Min minn hu użat dan ir-razzett u għal liema skop hu użat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-razzett li hemm biswit il-grounds tal-Università quddiem l-iSports Pavilion jifforma parti minn propjetà illi tappartjeni esklussivament lill-Università ta' Malta. Ir-razzett huwa okkupat illegalment mingħajr ebda titolu validu fil-Ligi minn Carmelo sive Charles Stivala, detentur tal-karta tal-identità 847533 (M) residenti 5, Il-Ħolma, Triq il-Greċja, Naxxar u/jew Charlie's Guest House, Valley Road, Msida. Peress illi l-Università ta' Malta m'għandhiex aċċess għar-razzett innifsu, ma tafx għal liema skop dan ir-razzett qed jiġi użat. Ċioe' nonostante, l-Università ta' Malta tista' tikkonstata illi fid-dintorni tar-razzett, u ċioe' f'porzjonijiet ta' art appartenenti għall-istess Università ta' Malta, is-Sur Charles Stivala qed irabbi diversi annimali.
L-Università ta' Malta qed tieħu l-miżuri neċċessarji, inkluż b'mezzi ġudizzjarji, sabiex tipprova twaqqaf dan l-abbuż.
Direttorati tal-Edukazzjoni — xogħol imwettaq mill-ħaddiema tal-IPSL
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3376 tista' l-Ministru tgħid kif ġie kkalkulat il-valur tax-xogħol imwettaq mill-ħaddiema tal-IPSL attached mad-Direttorati tal-Edukazzjoni bejn Jannar 2004 u Settembru 2008, sezzjoni b'sezzjoni u sena b'sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-valur tax-xogħol imwettaq mill-ħaddiema tal-IPSL attached mad-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni bejn Jannar 2004 u Settembru 2008 ġie kkalkulat fuq l-ammont ta’ pagi li tħallsu.
Tista' l-Ministru tgħid jekk saret xi evalwazzjoni kemm qed tkun effettiva din it-tip ta’ osservazzjoni fuq l-għalliema u jekk hix qed timmina l-integrità professjonali tagħhom? Ġie kkonsidrat li l-evalwazzjoni professjonali tal-għalliema jsir mod ieħor li jgħin lill-għalliema minflok ipoġġihom taħt tensjoni li żgur ma tagħmilx ġid fl-iskejjel meta għar-riformi maħsuba qed isir ħafna diskors li trid tinqata’ t-tensjoni u l-istress mill-edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Evalwazzjoni dwar kemm qed tkun effettiva din it-tip t’osservazzjoni fuq l-għalliema ma saritx għaliex mhux l-osservazzjoni li hi differenti, iżda l-għodda li tirrekordja x’qed jiġi osservat.
L-għan tal-
Observation Form
hu biex l-uffiċċjal edukattiv ikun jista’ jagħmel analiżi ta’ x’ikun qed jiġri fil-klassi u b’hekk ikun aktar infurmat meta jagħti
feedback
lill-għalliem.
Xogħol li sar mill-
Quality Assurance Department
fi ħdan id-DQSE is-sena l-oħra wara diskussjonijiet intensivi mill-i
stakeholders
ikkonċernati nħoloq dokument li ġie ppreżentat biex jibdel il-
Performance Management Programme
. Dan id-dokument jindirizza l-iżvilupp professjonali u personali tal-għalliem.
Tista' l-Ministru tgħid x'konsultazzjonijiet saru mal-għalliema u l-Union tal-Għalliema biex jiġi maqbul fuq x'evalwazzjoni għandha ssir tal-għalliema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq nippreċiża li mhux għaddej proċess ta’ evalwazzjoni tal-għalliema.
Qed isiru żjarat mill-uffiċjali edukattivi lill-għalliema u biex dawn iż-żjarat iħallu aktar riżultati pożittivi għall-għalliema nfushom u għall-istudenti fil-klassijiet qed tintuża
Observation Form
biex il-
feedback
li jingħata jkun aktar kostruttiv u strutturat.
Evalwazjoni tal-modi ta' tagħlim mingħand l-għalliema
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk minbarra li qed issir din l-evalwazzjoni dwar kif qed jgħallmu l-għalliema, hux qed isir stħarriġ dwar x’riżorsi u mezzi għandhom bżonn biex it-tagħlim tagħhom ikun iżjed effettiv? Waqt dan il-proċess ta’ evalwazzjoni x’appoġġ qed jingħata lill-għalliema biex jedukaw aħjar lit-tfal fdati lilhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ix-xogħol ta’ l-uffiċjal edukattiv fl-iskejjel baqa’ l-istess kif kien isir fil-passat. L-uffiċjali edukattivi qed jaqdu d-dover tagħhom li jinkludi fost l-oħrajn żjarat fil-klassijiet biex jagħtu appoġġ lill-għalliema u fejn ikun hemm il-ħtieġa jinkitbu rapporti dwar it-tagħlim li jkun qed jingħata.
L-uffiċjali edukattivi kemm meta jżuru l-iskejjel kif wkoll fil-laqgħat li jkollhom speċjalment mal-kapijiet tad-dipartiment (
Subject Heads of Department
) jaraw x’riżorsi jkun hemm bżonn biex it-tagħlim jsir aktar effettiv.
Hija n-norma li l-uffiċjali edukattivi jitkellmu dwar l-aħjar metodoloġiji u pedagoġiji meta jżuru lill-għalliema.
Tikkonferma l-Ministru li l-Kulleġġ San Nikola se jiġi xolt u li l-iskejjel li sal-lum jiffurmaw parti minn dan il-kulleġġ ser jiġu trasferiti ma' kulleġġi oħra? Meta huwa maħsub li jsir dan u x'inhi r-raġuni li dan il-kulleġġ ser jiżżarma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kulleġġ San Nikola mhux ser jiġi xolt jew żarmat.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien din is-sena n-numru ta' żgħażagħ li qagħdu għall-eżamijiet tas-Sec u tal-Matsec u li talbu li jkunu eżenti mill-ħlasijiet dovuti u dan minħabba l-qagħda finanzjarja tal-familji tagħhom? Tista' tagħti tagħrif dwar kif jitqabbel dan in-numru man-numru ta' studenti li talbu li jkunu eżenti minn dan il-ħlas fit-2008 u fl-2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta' żgħażagħ li qagħdu għall-eżamijiet tas-Sec u tal-Matsec u li talbu li jkunu eżenti mill-ħlasijiet dovuti huwa kif ġej:
SENA
2007: 417
2008: 443
2009: 494
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kif inbidel in-numru taż-żgħażagħ li qagħdu għall-eżamijiet tas-Sec u Matsec fl-2007 , 2008 u l-2009 fis-suġġetti tal-fiżika, kimika, bioloġija, matematika u l-IT f'kull suġġett, kull sena indikata? Kif jitqabbel dan in-numru ta' applikanti ma dak tal-lingwi? Hemm xi programm speċjali fl-edukazzjoni biex iħajjar aktar żgħażagħ jistudjaw is-suġġetti msemmija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn tfal f'kull skola u f'kull sena, kemm primarja u sekondarja, li l-ġenituri/guardains tagħhom talbu li jkunu eżentati mit-tagħlim tar-reliġjon? Hemm proċedura stabbilita li l-ġenituri/guardians iridu jimxu fuqha meta ssir din it-talba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma kienx possibli li tinġabar din l-informazzjoni fiż-żmien stabbilit peress li din il-mistoqsija daħlet il-Ministeru nhar il-Ġimgħa, għaddiet għand l-iskejjel il-bieraħ, wara jum ta’ Festa Pubblika u propju fl-aħħar ġurnata tas-sena skolastika li rat numru ta’ attivitajiet fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex.
Wara li fis-26 ta' Mejju 2003 l-applikazzjoni biex Villa Psaigon tiġi riabilitata kienet approvata, tista' l-Ministru tgħid x'sar mit-tender li kien qiegħed jiġi preparat mill-Perit appuntat mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għall-pubblikazzjoni? Ma jidhrilhiex il-Ministru li sitt snin huma biżżejjed biex joħroġ dan it-tender? Min kien il-perit li kien qiegħed jaħdem fuq dan il-proġett? Kemm kienu l-fondi allokati għal dan il-proġett? Għad hemm il-ħsieb li Villa Psaigon tiġi riabilitatà?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-passat kien hemm il-ħsieb li Villa Psaigon tiġi riabilitata bħala Field Study Centre. Peress li f’dawn l-aħħar snin saru riformi kbar fil-qasam edukattiv din l-idea qed terġa tkun evalwata sabiex Villa Psaigon tintuża b’mod aktar effettiv.
Tista' l-Ministru tgħid kif inhuma inxurjati l-vetturi li għandhom id-Direttorati tal-Edukazzjoni? Kemm kien hemm claims kontrihom dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Ta' kemm kienet kull claim? Kemm minn dawn il-claims ġew issettiljati u kemm hemm minnhom li għadhom pendenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-vetturi tad-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni m’humiex inxurjati. Il-ħsarat jitħallsu minn fondi pubbliċi skond Sezzjoni 8.2.9 tal-Public Service Management Code.
Dawn l-aħħar ħames snin kien hemm dawn it-talbiet kontra l-vetturi tad-Direttorati:
Sena
Numru ta’ Talbiet
Ammont ta’ kull Talba
2004
2
1. Lm638.96 (€1488.78)
2. Lm485.77 (€1131.84)
2005
1
Lm822.84 (€1917.22)
2006
3
1. Lm248.00 (€577.84)
2. Lm132.80 (€309.42)
3. Lm284.44 (€578.86)
2007
3
1. Lm190.90 (€444.80)
2. Lm409.16 (€953.34)
3. Lm345.74 (805.57)
2008
2
1. €58.76
2. €338.86
Dawn it-talbiet tħallsu kollha.
Direttortati tal-Edukazzjoni — post għal direttur għall-immaniġġar tar-riżorsi
Question
Jidhrilha il-Mnistru li l-Procurment Section f'ħdan id-Direttorati għall-Edukazzjoni li baqgħet taħt id-DCS għandha tgħaddi taħt id-Direttur għall-Immaniġjar tar-Riżorsi fl-iskejjel billi dan kien wieħed mill-miri tal-Ministeru indikati fis-sejħa għal mili tal-post għal Diretturi għall-Immaniġjar tar-Riżorsi fl-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa għaddej proċess ta’ tranżizzjoni sabiex ċertu funzjonijiet tad-Direttorat għal Servizzi Korporattivi, jgħaddu taħt ir-responsabbilta’ tad-Direttorat għall-Immaniġġjar ta’ Riżorsi fl-Iskejjel.
Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' monitoring qed isir fuq it-technical team tal-ICT fil-kulleġġi? Kull meta qed isir dan il-monitoring? Minn min? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-rapporti li ħarġu sa issa minn dan il-monitoring team?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-Technical Team tal-eLearning Centre hu koordinat fl-operat tiegħu minn Service Manager mgħejjun minn għalliem li hu intiż sewwa f’dan il-qasam. Il-moniteraġġ isir b’mod regolari. Fl-aħħar ta’ din is-sena skolastika s-Service Manager flimkien mat-Technical Team sejrin jippreżentaw rapport ta’ ħidma.