Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14324 u jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-Segretarjat tal-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. L-istess fil-każ ta’ ingaġġ ta’ konsulenza. Mill-bqija, l-unika karigi oħra fil-Ministeru huma dawk ta' żewġ Office Aides, bi spiża totali ta’ €38,662 fis-sena.
Il-Magħtab – volum ta’ blat li tneħħa mill-barriera
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet paralmentari 14181 u 14821 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13870, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li l-Wasteserv għamlet mal-kuntrattur li qed iqatta’ l-blat fil-ħofra/barriera?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti li Wasteserv għamlet mal-kuntratturi għax-xogħol ta’ tqattieħ kif ukoll għax-xogħol biex jitneħħa l-materjal.
Attachments:Addendum 1 to Contract 2001.2012.pdfAddendum 2 to CT 2001.2012.pdfAddendum 3 to Contract Agreement CT 2001.2012.pdf57. Contract WSM143.2018 Ballut Part 1.pdf57. Contract WSM143.2018 Ballut Part 2.pdf57. Contract WSM143.2018 TC Ciappara Part 2.pdf57. Contract WSM143.2018 TC Ciappara.pdfSigned Contract WSM 249.2019 Ballut.pdfSigned Contract WSM 249.2019 T C Ciappara.pdf
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14168 dwar ħlasijiet lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Planning Authority wara l-2013, u peress li minn mistoqsija parlamentari 4207 hu magħruf li dan l-individwu kellu kuntratt ta’ €39,000 fis-sena għal 3 snin, jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux qed jgħid il-verita kollha dwar il-ħlasijiet kollha li saru lil dan il-konsulent ta’ qabel l-2013 tal-Partit Laburista?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nikkonferma mill-ġdid l-informazzjoni mogħtija fit-tweġibiet tad-domandi PQ 14168 u PQ 14610. Dan il-ħlas kien approvat skont ir-regoli stabbiliti. L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li l-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar m’għandu x’jaqsam xejn ma' konsulenzi ta' partiti politiċi qabel l-2013.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-kapaċità f’tunnellaġġ ta’ materjal riċiklabbli fis-sena li qed jiġi trattat fil-Malta North?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar sena kalendarja, il-materjal riċiklabbli miġbur mill-borża griża laħaq il-kapaċità totali ta’ madwar 32,000 tunnellata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ materjal riċiklabbli se jkun jista’ jitratta fis-sena l-Material Recovery Facility ġdid li l-Gvern beħsiebu jibni fil-Magħtab?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-volum massimu li qed jiġi kkunsidrat hu ta' madwar 70,000 tunnellata fis-sena.
Organic Processing Plant u The Anaerobic Digestion Plant
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li ż-żewġ impjanti, jiġifieri l-Organic Processing Plant (OPP) u The Anaerobic Digestion Plant (AD) fil-Magħtab u f’Sant Antnin huma biżżejjed biex jitrattaw il-volum kollu ta’ organic waste ġġenerat fil-pajjiż?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nikkonferma lill-Onor. Interpellant li żewġ impjanti msemmija jifilħu għal skart kollu li mistenni jinġabar mill-borża l-bajda.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn beħsiebu jibni l-Organic Processing Plant (OPP) ġdid fil-Magħtab u x'tunnellaġġ ser jitratta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-volum massimu li qed jigi ikkunsidrat ghall Organic Processing Plant hu ta’ 110,000 tunnellata fis-sena. Dwar il-post fejn ser isir nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-twegiba li nghatat ghall-Mitoqsija Parlamentari 14095
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jibni impjant ġdid OPP jew inkella jirriloka l-impjant eżistenti f’Sant’Antnin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li hija wieghda elettorali ta’ dan il-Gvern li l-impjanti ta’ Sant’Antnin jingħalqu u l-art t’hemmhekk tingħata lura lill-poplu. U hekk ser isir. Fil-fatt l-Gvern ser jibni impjant OPP ġdid fil-kumpless tal-Magħtab bl-aħjar teknoloġija li minnu ser ikun prodott kompost agrikolu. Dan ser ikun proġett ieħor minn katina ta’ proġetti u inizjattivi li jien diġa’ ħabbart u li ser jgħinu biex nagħmlu qabza ta’ kwalita’ għal benefiċċju tal-poplu Malti kollu.
Wasteserv – ħlas lil kuntratturi għal tħaffir ta’ blat
Question
jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13869 u 14822 u jgħid kemm kien il-ħlas li sar mill-Wasteserv lill-kuntratturi li qed iħaffru l-blat minn dik li fil-preżent hija ħofra/barriera u li maż-żmien se tintuża biex tkun landfill? Jista’ jagħti l-ħlas li ngħata fl-aħħar tliet snin, separatament għal kull sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14823 jgħid fl-aħħar ħames snin, kemm-il direct order ingħataw mill-WasteServ u lil min?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet diġà fuq il-Mejda tal-Kamra meta l-predeċessur tiegħi wieġeb il-Mistoqsijiet Parlamentari 7810, 9112 u 11781. B’żieda ma’ dawn it-tweġibiet, ngħarrfu wkoll li bejn l-aħħar t’Ottubru 2019 u Mejju 2020, il-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd. tat tnax-il direct order lill-kumpaniji li ġejjin:
C&V Polymers Ltd.
Triton Engineering Ltd.
MITA
La Cava Operations Ltd.
Frigo Mekanik
Gozo Channel
PC Options Ltd.
E-Cubed Consultants Ltd.
Red Orange Image Consultants Ltd.
Enemalta plc
Envea SPA
Falzon Fuel Services
Masġar bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar — rijabilitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex jiġi riabilitat il-masġar li hemm bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar li qiegħed fuq ix-xellug li jibda minn Triq Kottoner fil-Fgura u jieħu għal Triq il-Kunsill tal-Ewropa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-masġar bħalissa qiegħed jiġi rijabilitat. Dan il-masġar jikkonsisti primarjament minn siġar maturi taż-żebbuġ li kollha ġew miżbura. Sar ukoll twittija ta’ ħamrija madwar is-siġar u tul il-masġar kollu sabiex l-art tkun aktar stabbli u sigura. Dan in vista li dan il-Park ikun jista’ jilqa’ familji fih meta jinfetaħ għal pubbliku. Sar ukoll tħawwil ta’ siġar u arbuxelli indiġeni u mistenni li jsir aktar tħawwil fil-planting season ta’ Settembru/Ottubru.
Matul il-masġar tqiegħdu picnic benches u bins flimkien ma' sistema ta’ dawl baxx matul il-passaġġi f’nofs il-masġar. Inbnew faċilitajiet sanitarji u inxtara logħob għat-tfal li ser ikun qiegħed jiġi installat fil-jiem li gejjin. Saret ukoll installazzjoni tal-ewwel parti ta’ sistema ta’ CCTV sabiex timmoniterja l-attivita fil-Park.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien is-sehem tiegħu bħala Ministru / Ministeru biex inżebgħu żewġ bankijiet tal-injam fil-Pjazza tan-Naxxar fl-aħħar jiem?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li l-Ministeru tiegħi ma kellux sehem biex inżebgħu l-bankijiet li qed jirreferi għalihom l-Onorevolli Interpellant, jiena smajt l-ilmenti tal-Kunsill u għaddejthom lill-Awtoritajiet kompetenti kif inhu d-dover tiegħi li nagħmel.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux ser ikun qed jaċċetta u jatwa proposta tal-Oppożizzjoni li kienet tressqet waqt li kienet għaddejja r-riforma tal-Kunsilli Lokali matul l-aħħar sentejn, liema proposta kienet tgħid li kull sit ta’ Natura 2000 għandhom jiġu mħarrsa b’forest rangers u possibilment anke b’sistemi ta’ CCTVs?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ħidma fuq pjan biex jibda’ jkun hemm forest rangers iħarsu is-siti ta’ Natura 2000 ila għaddejja ferm qabel ma l-Opo¿izzjoni ressqet il-proposti tagħha, kif ga shaqt pubblikament hemm bzonn li nkomplu insahhu l-infurzar fil-qasam ambjentali ank permezz ta’ iktar CCTVs. Bhala Ministru responsabbli mill-Ambjent kif ukoll mis-siti naturali protetti hija mira ewlenija tieghi li dawn is-siti jkunu indukrati kif jixraq ghall-gid tal-poplu Malti u tal-generazzjonijiet futuri.
Jista’ l-Ministru jgħid liema tip ta’ skart muniċipali qed jiġi landfilled u x’inhu l-persentaġġ fix-xahar tal-iskart muniċipali li qed jinġabar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li bħalissa jinġabru 3 tipi ta’ skart muniċipali: dak fil-borża s-sewda, dak riċiklabbli fil-borża griża, ħadra kif ukoll ħġieġ, u l-organiku fil-bajda. Mill-borża l-griża/ħadra u l-bajda xejn ma hu qiegħed imur fil-landfill u dan lis-skart jiġi trattat kollu b’mod separat.
Qabel il-pandemija l-ammont tal-borża s-sewda kien qiegħed jiġi trattat ukoll biex minnu jitneħħa materjal li jista' jiġi ffrankat mill-landfill. F’din l-aħħar sena, bejn April 2019 u Frar 2020 il-medja tal-persentaġġ ta’ skart landfilled (minn dak migbur) kien ta’ 47.5%.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun il-persentaġġ ta’ ko-finanzjament mill-Fondi Ewropej taħt l-Operations Programme għal Politika ta’ Koeżjoni 2014 -2020 għall-proġett tal-impjant tal-Waste to Energy Plant(W2E) fil-Magħtab?
Jista’ l-Ministru jgħid it-tipi ta’ skart li se jiġu trattati fil-Waste to Energy Plant (W2E) u x’inhuma l-persentaġġi tagħhom bbażati fuq il-kapaċità ta’ 200 tunnella fis-sena skont kif deskritt fil-PQQ ppubblikat fil-15 ta’ Mejju?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ skart riċiklabbli (mill-green u grey bags u Bring in Sites) iddaħħlu għat-trattament il-Wasteserv minn kemm ilu li nħaraq l-impjant tal-MRF f’Sant Antnin f’Mejju 2017 u x'persentaġġ hu dan mill-materjal riċiklabbli kollu li jintrema Malta kull sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li t-total ta’ skart mill-borza griża/hadra u l-Bring-In Sites li iddahhal il-WasteServ minn meta inharaq l-impjant ta’ Sant’Antnin sa issa huwa ta’ 89,000 tunnellata. Infakkar ukoll li mhux il-materjal kollu li jiddahhal ghand il-WasteServ minn dawn is-sorsi fil-fatt ikun riciklabbli. Dan ghaliex ċertu materjal li jintefa’ fil-fatt ma jkunx riciklabbli, bhal per eżempju l-‘composite material’, waqt li materjal li seta kien riciklabbli ikun kkontaminat u allura ma jibqax riciklabbli, bhal per eżempju kaxxa tal-kartun imċappsa biz-zejt. Dawn it-tip ta’ materjali jispiċċaw bhala Refused Derived Fuel (RDF) li jkun l-ewwel storjat u imbaghad esportat hekk kif ikun hemm kwantitajiet vijabbli u jinstab is-suq ghalih. Materjal iehor li la jkun riciklabbli u l-anqas jista jmur bhala RDF sal-lum jispiċċa fil-landfill. Għalkemm hemm materjal riċiklabbli li l-iskemi jgħaddu lil faċilitajiet privati, il-maġġor parti tal-materjal li jinġabar fil-boroz grizi/ħodor u l-bring in sites jiddaħħal għand il-Wasteserv.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata minn dan l-iskart għandu final recycling certificate, jiġifieri ġie trattat, mibjugħ lil terzi lokalment jew esportat bħala recycling material?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevolli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta’ dan il-materjal riċiklabbli li ġie meqjus spiċċa landfilled?
Response (FARRUGIA, AARON)
Il-materjal tal-borża l-griża kollha, għajr xi ammonti żgħar ta’ materjali reċikklabli li jiġu prelevati mill-linja u li jitpoġġew għall-bejgħ fis-suq lokali, jiġi trattat b’mod separat u jintbagħat kollu barra minn Malta. Jiġifieri għajr ammonti żgħar li jidħlu b’mod abbusiv fuq it-tip face l-ebda minn dan il-materjal ma jintefa fl-Għallis.