Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — ħaddiema - xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entità li taqa’ taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru tiegħi, ma hemm l-ebda ħaddiem b’kuntratt definit.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp u Tibdil fil-Klima – ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 53 u jagħti lista tal-ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta’ Mejju u t-2 ta’ Ġunju 2017, fid-Dipartimenti u d-Direttorati tal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima (MSDEC) ġew promossi erba’ (4) persuni. Dawn il-persuni kien imisshom promozzjoni wara li kienu wettqu sentejn (2) servizz sodisfaċenti fil-pożizzjoni tagħhom u rakkomandazzjoni dwarhom kienet intbagħtet lill-Kumissjoni dwar is-Servizz Pubbliku qabel l-aħħar ta’ April 2017. Min-naħa l-oħra, matul l-istess perjodu kien hemm promozzjoni waħda (1) fil-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd. B’risposta għat-tieni parti tal-mistoqsija, inġabret ukoll informazzjoni li tkopri l-perjodu mis-7 ta’ Jannar sad-9 ta’ Marzu 2013, u dan għal skopijiet ta’ paragun ugwali. Matul dan il-perjodu tal-2013, fid-dipartimenti u d-direttorati li llum jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi u li dak iż-żmien kienu jifformaw parti mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, kienu ġew promossi erbatax-il (14) ħaddiem, filwaqt li fil-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd. ma kienet saret l-ebda promozzjoni.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — defibrillator
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fl-uffiċini tagħha ġewwa Hexagon House u kemm fir-Rabat (Għawdex) għandha defibrillator.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn barrieri f’pajjiżna li fihom bħalissa qiegħed jintefa’ skart mill-industrija tal-kostruzzjoni? Jista’ jgħid liema huma u f’liema lokalitajiet jinsabu dawn il-barrieri?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ skart tal-kostruzzjoni ġiet ipproċessata mill-kumpanija WasteServ Malta Limited kemm mis-Civic Amenity Sites kif ukoll direttament mill-industrija, mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u maqsuma sena b’sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ tyres ġew irriċiklati mill-kumpanija WasteServ Malta Limited mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u maqsuma sena b’sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ karta ġiet irriċiklata mill-kumpanija WasteServ Malta Limited mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid sena b’sena x’tip ta’ karta kienet u kemm kien hemm minn kull tip ta’ karta mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ metall ġie rriċiklat mill-kumpanija WasteServ Malta Limited mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid sena b’sena x’tip ta’ mettall kien u kemm kien hemm minn kull tip ta’ metall mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ plastik ġiet irriċiklata mill-kumpanija WasteServ Malta Limited mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid sena b’sena x’tip ta’ plastik kien u kemm kien hemm minn kull tip ta’ plastik mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ fly ash iġġenerat il-kumpanija WasteServ Malta Limited mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrestawrati ħitan tas-sejjieħ fil-Ġonna tal-Buskett u kemm tħawllu siġar ġodda f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa nbnew 18,101 metri kubi ta’ ħitan tas-sejjieħ ġewwa l-Buskett filwaqt li tħawlu wkoll 3,030 siġra indiġena u għandhom jitħawlu 270 oħra fl-istaġun tat-taħwil li ġej.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - talbiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid xi progress sar fix-xogħlijiet tat-tisbiħ fil-Ġonna tal-Argotti, u meta hu maħsub li dawn se jitlestew?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isiru xogħlijiet ta’ restawr tal-ħitan ta’ mad-dawra tal-ġnien, il-funtana tad-denfil, is-sur ta’ Notre Dame u s-sur ta’ San Filippu. Qed isir ukoll xogħol ta’ tisbiħ li jinkludi tqegħid ta’ pavimentar ġdid, tinbena latrina pubblika minnflok dik eżistenti, isiru sistemi ġodda ta’ dawl elettriku u sistema ta’ tisqija. Huwa maħsub li dawn ix-xogħlijiet jitlestew sal-aħħar ta’ din is-sena. Wara, jibda x-xogħol ta’ soft landscaping biex minn ġnien pubbliku jiġi trasformat fi ġnien botaniku.
Il-Mellieħa – Triq Ġorġ Borg Olivier – apparat biex jitkejjel il-livell ta’ emissjonijiet
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1675 dwar apparat biex jitkejjel il-livell ta' emissjonijiet fi Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa u ġaladarba dan l-apparat (passive diffusive tube) għadu qed jintuża, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati li ħarġu mill-kejl li tkejjel bejn Jannar 2014 u Settembru 2017 (xahar b'xahar)?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tkun il-kwota ta’ pixxispad allokata lil Malta? Kemm kienet il-figura li l-Gvern kien qed jinnegozja u kemm kienet il-medja tal-qbid fl-aħħar snin? Jista’ jgħid kif qed tiġi immaneġġata din il-kwota u kemm hemm bastimenti li rreġistraw qbid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwota li ser tkun allokata lil Malta hija ta’ 436 tunnelati fil-waqt li l-Gvern kien qiegħed jinnegozja l-medja ta’ 440 tunnelati li ġew irrapurtati li nqabdu f’dawn l-aħħar snin. Id-differenza ta’ 4 tunnelati tirriżulta minn mekkaniżmu fejn ammont minn kull Stat Membru li jistgħad għall-pixxispad ikontribwixxa għall-kontinġenza sabiex l-Unjoni Ewropea tagħmel tajjeb għall-pajjiżi li għandhom qabdiet żgħar ta’ by-catch u li ma kellomx kwota.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew istallati mwieżen awtomatiċi u f’liema portijiet? Kemm qegħdin jiġu wżati minn dawn l-imwieżen u hemmx pjanijiet li jiġu stallati oħrajn? Jekk iva, fejn?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull Stat Membru huwa obbligat li jara li l-ħut kollu maqbud mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jkun miżun mall-ħatt l-art u ddikjarat lill-awtoritajiet. Għal dan il-għan is-sajjieda għandhom iżommu reġistru bid-dettalji tal-qabda u l-użin tagħha. Barra minn hekk sabiex ikun hemm traċċabilità ta’ dan il-prodott tal-ikel, kull kunsinna għandha tkun itikettata u turi l-informazzjoni minima obbligatorja.
Sabiex ngħinu lis-sajjieda f’dan kollu ġiet proġettata sistema ta’ użin u tikettar awtomatiku li tipprovdi servizz fejn jista’ jintiżen il-ħut u joħorġu t-tiketti. Fl-istess ħin l-informazzjoni fuq il-qabda tidħol b’mod awtomatiku ġewwa reġistru elettroniku għand l-awtoritajiet. Bħalissa hemm 17 –il magna installati ġewwa numru ta’ portijiet bħala parti minn proġett pilota u hemm 6 oħra li qegħdin għand id-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura sabiex jiġu installati. Ninsab infurmat ukoll illi hemm fondi ta’ l-Unjoni Ewropea li huma diġà ipprogrammati sabiex ikun hemm żvilupp fuq skala ikbar ibbażat fuq ir-riżultati tal-proġett pilota. L-imwieżen kollha installati qegħdin jiġu wżati u madwar 50 tunnelata ta’ ħut li nbiegħ direttament mis-sajjieda ġie rreġistrat fis-sistema.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ rilokazzjoni tal-fish farms tat-tonn?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fish farms tat-tonn ġew rilokati kollha f’żoni li qegħdin mhux inqas minn 5km il-bogħod mill-kosta, u għalhekk ma fadalx iktar gaġeġ bit-tonn qrib il-kosta.