Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – karozzi leased/mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?
Response (GALDES, RODERICK)
Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 6216, tlabt biex tinġabar il-kumplament tal-informazzjoni, hekk kif tidher fit-tabella t’hawn taħt.
Entità
Vetturi
Mikrija
Data
Ditta
Prezz
(VAT eskluża)
Min jużahom
SPML
2
Mikrija
April 2019 sa April 2024
Europcar
€6365.28 (VAT Excl)
Site Officers
HME
1
Mikrija
Ottubru 2020 sa Ottubru 2025
Bjorn Rent a Car
€4015 (VAT Excl.)
Site Officers
Housing Authority
11
Mikrija
Mejju 2021 sa April 2025
Go Hire Ltd
€36,449 (VAT Excl.)
Impjegati tal-Housing Authority
1
Mikrija
Marzu 2023 sa Settembru 2023
London Services Ltd
€4574.80 (VAT Excl.)
CEO tal-Housing Authority
First Time Buyers – applikazzjonijiet għal għotja ta’ €1,000 għal 10 snin
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma kemm kienu dawk il-first time buyers li applikaw sal-aħħar ta’ Mejju 2023 għall-għotja ta’ €1,000 fis-sena għal għaxar snin? Jista’ jindika kemm minn dawn l-applikanti kienu koppji u kemm kienu persuni waħedhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-€10,000 grant għal first-time buyers fuq medda ta’ għaxar snin tingħatax biss lil min ħa self minn bank lokali jew lil kull first-time buyer li jakkwista proprjetà ta’ valur li ma jaqbiżx il-€500,000?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant l-għotja ta’ €1,000 fis-sena għal 10 snin hija intiża għal persuni li akkwistaw l-ewwel proprjetà residenzjali wara l-1 ta’ Jannar 2022. Sabiex applikant jikkwalifika għal din l-għotja jrid ikun akkwista l-proprjetà permezz ta’ self minn Bank (home loan).
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li ma hemmx capping fuq il-prezz tal-proprjetà.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Promozzjoni ta’ CEOs – spiża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus minn fondi pubbliċi fuq advertisement packages li jinkludu kontenut diġitali u kwalunkwe promozzjonijiet ta’ kull xorta, li ttellgħu fuq il-pjattaformi soċjali tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, bl-iskop li jippromwovu b’mod personali lill-istess Ministru u lis-CEO tal-Housing Authority?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li la l-Ministeru u lanqas l-Awtorità tad-Djar ma użat l-ebda advertisement package sabiex tippromwovi b’mod personali lili jew lis-CEO tal-istess Awtorità.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Donazzjonijiet lil Fondazzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9195 jista' l-Ministru jikkonferma li minn meta wieġeb il-mistoqsija parlamentari 16743 tal-Leġiżlatura XIII m'għaddewx ħlasijiet jew donazzjonijiet eċċ. lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li nikkonferma li minn meta twieġbet il-mistoqsija parlamentari 16743 tal-Leġiżlatura XIII m'għaddewx ħlasijiet jew donazzjonijiet eċċ. lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — persuni li għandhom mobile allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom mobile allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9554, ninformah li hemm 7 persuni li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti jew jaħdmu mas-Segretarjat tiegħi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8491 dwar xogħlijiet fil-post li d-dettalji dwaru ntbagħtu separatament, jista’ l-Ministru jitlob verifika mill-ġdid għax jidher li parti mix-xogħol li kellu jsir għadu mhux lest?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar xogħlijiet fil-post imsemmi, sar kuntatt mal-inkwilin u rriżulta li dan ma kienx qed jirreferi għal xogħlijiet ta’ tiswija li tlestew fil-post riċentement imma għal proġett ta’ manutenzjoni tal-faċċati li kien tlesta madwar sentejn ilu. L-inkwilin kien ilmenta minn dħul ta’ ilma mill-faċċata u wara li sar l-ilment il-problema kienet ġiet indirizzata mill-kuntrattur xi ġimgħat ilu.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Donazzjonijiet lil Fondazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien il-valur finanzjarju ta’ donazzjonijiet li l-Ministeru u/jew l-entitajiet (fosthom awtoritajiet) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, taw lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jispeċifika meta donazzjoni kienet waħda finanzjarja u meta kienet għoti ta' servizz b'xejn jew makkinarju eċċ. u l-valur ta' tali għotja?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – kuntratti ma’ influencers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew kwalunkwe awtoritajiet/aġenziji li jaqgħu taħtu għandhomx kuntratti ma’ influencers biex jippromwovu l-ħidma tal-istess Ministeru u/jew aġenziji lill-udjenza tagħhom fuq pjattaformi tal-media soċjali? Jekk iva, jista’ għal kull kuntratt jgħid kemm intefqu flus fi promozzjonijiet sa mill-bidu tal-ftehim?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru u l-awtoritajiet u aġenziji li jaqgħu taħti m’għandhomx kuntratti ma’ influencers biex jippromwovu x-xogħol li qed isir mill-Ministeru jew mill-awtoritajiet u l-aġenziji.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jinnota t-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fejn l-Awtorità tad-Djar għandha numru ta’ binjiet mikrija mill-privat minn fejn topera.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7857 dwar biċċa art li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Awtorità tad-Djar fi Triq G. Carafa, l-Imtarfa, jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess għal din l-art? Fid-dawl tal-fatt li l-aċċess għal din l-art huwa limitat, dan ifisser li m’għandhiex titnaddaf u titħares kif xieraq?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel referenza għar-risposta mogħtija f’PQ 7857 dwar art li tinsab fi Triq G. Carafa l-Imtarfa, fejn l-Awtorità tad-Djar infurmata li l-aċċess għal din l-art ingħalaq fl-imgħoddi fejn kienet tpoġġiet xatba biex tillimita kull aċċess għal din l-art sabiex tissalvagwardja l-oġġetti storiċi li jinsabu fl-istess żona tal-art u l-periklu ġeografiku li jeżisti fis-sit. Qed issir evalwazzjoni flimkien mal-Kunsill Lokali taż-żona, dwar kif din l-isfida tista’ tiġi riżolta.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3270 dwar l-istallazzjoni ta’ lift fi blokka appartamenti f’Bormla, jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar l-istallazzjoni ta’ dan il-lift?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett għax-xogħlijiet strutturali meħtieġa sabiex ikun jista’ jiġi installat lift fil-komun tal-blokk imsemmi qiegħed fl-istadju finali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Ministeru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu indikat il-Ministeru ma impjega l-ebda fotografu, la full-time u lanqas part-time. Matul l-2022 intalbu s-servizzi ta’ fotografija fejn l-ispiża ammontat għal €3,000 (Excl. VAT).
Post mill-Housing — Rapporti Kriminali/investigazzjonijiet dwar għoti ta’ rigali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar tliet snin qatt sarx rapport kriminali mal-Pulizija jew inkella bdiet investigazzjoni interna dwar allegazzjonijiet pubbliċi ta' għoti ta' rigali a favur uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu minn applikanti għal post mill-Housing, u jekk iva x'passi ttieħdu?
Response (GALDES, RODERICK)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dikjarazzjoni pubblika li għamilt nhar it-3 ta’ April 2023 u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — ħaddiema First Aiders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 2 impjegati li huma kkwalifikati bħala first aiders u l-SPM Ltd. għandha impjegat wieħed li huwa first aider.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — impjegati ġodda
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6778 dwar persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta' impjegati minn kull lokalità msemmija fit-tweġiba?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — safar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7279 u jgħid f’din il-Leġiżlatura jekk u meta sar xi safar barra mill-pajjiż u jipprovdi l-informazzjoni dwar kemm sar użu minn roaming u kemm kien il-ħlas rispettiv għal tali użu, kemm għall-Ministru kif ukoll għall-istaff tiegħu b'mod rispettiv għal kull persuna u kull safra?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’okkażjoni ta’ safra barra mill-Unjoni Ewropea li fiha sar użu minn roaming il-ħlas kien total ta’ €1,682.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — rapporti kriminali mis-Segretarju Permanenti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7260, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport kriminali sar mal-Pulizija mill-Permanent Secretary tiegħu fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, f'dawn l-aħħar għaxar snin?