Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ppubblikat ir-rapport dwar ir-rispons li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) irċeviet kif imsemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7092? Jekk ir-rapport ġie ppubblikat, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? U jekk ir-rapport għadu ma ġiex ippubblikat, jista’ jgħid meta ser jiġi ppubblikat? Jista’ jpoġġi kopji tad-diversi risposti li saru fir-rigward tal-konsultazzjoni inkwistjoni?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7092 fejn il-Ministru għamel referenza għal ‘żviluppi ġurisdizzjonali riċenti ħafna’, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma dawn l-iżviluppi u x’inhu l-impatt tagħhom fir-rigward tat-tibdil li qed jiġi kkontemplat fil-liġi?
Att dwar il-Kompetizzjoni – pubblikazzjoni tal-abbozz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiġi ppubblikat l-abbozz ta’ liġi li dwaru saret konsultazzjoni pubblika f’Awwissu 2018 fir-rigward tal-emendi proposti għal Att dwar il-Kompetizzjoni u diversi liġijiet oħra, tenut kont ukoll tal-fatt li għaddew iżjed minn sentejn u nofs mid-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali fil-każ tal-Federation of Estate Agents, u li fl-interval tul dan iż-żmien kollu d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) f’ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) effettivament ma jistax jimponi sanzjonijiet qabel ma tinbidel il-liġi?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22577 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal referenza preliminary (preliminary references) mill-Qrati Maltin għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Mejju 2004 sad-data ta’ din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’Malta mill-1 ta’ Mejju 2004 sat-3 ta’ Diċembru 2018 saru tliet Referenzi Preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mill-Qrati Maltin. Dawn huma s-segwenti:
Referenza Preliminari magħmula mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fil-kawża AJD Tuna Ltd vs Direttur tal-Agrikoltura u s-Sajd et rigward il-validita` u l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 530/2008 tat-12 ta’ Ġunju 2008 u l-validita` tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002. Din ir-Referenza waslet quddiem il-Qorti Ewropea fis-17 ta’ Ġunju 2009.
Referenza Preliminari magħmula mill-Qorti Kostituzzjonali fil-kawża Vodafone Malta Ltd et vs L-Avukat Ġenerali et rigward Artikolu 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Din ir-Referenza waslet quddiem il-Qorti Ewropea fl-10 ta’ Frar 2012.
Referenza Preliminari magħmula mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fil-kawża Malta Dental Technologists Association et vs Superintendent tas-Saħħa Pubblika et rigward id-Direttiva 2005/36/KE, rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, tekniki dentali, kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-professjoni fl-Istat Membru ospitanti, rekwiżit li tabib dentist ikun obbligatorjament intermedjarju, applikazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit fir-rigward tat-tekniki dentali kliniċi li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fl-Istat Membru ta’ oriġini u l-Artikolu 49 TFUE. Din ir-referenza waslet quddiem il-Qorti Ewropea fid-29 ta’ Frar 2016.
Sadanittant fil-Qorti ta’ Għawdex infurmat li ma saret ebda talba għal referenza preliminary (preliminary references) mill-Qrati f’Għawdex għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-lum.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn fir-Reġistru tal-Qrati m’hemmx air conditioning,fatt li qed iwassal biex diversi impjegati jilmentaw fil-beraħ, sal-lum stess?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fir-Registru tal-Qorti Superjuri ġja kien hemm sistema ta’ arja kundizzjonata, liema sistema ¿viluppat ħsara, li fil-fatt ma kienx suġġeriet li tiġi rranġata minħabba l-ispi¿a nvoluta. Għalhekk ittieħdu l-passi neċessarji li permezz tagħhom ġew installati ħames cassette type air conditioning units ġodda u nbeda proċess sabiex jiġu nstallati tlett units oħra tal-istess tip. B’dawn ta’ l-aħħar tkun tlestiet l-installazjoni ta’ sistema ta’ arja kundizzjonata ġdida u aktar effiċjenti li tkopri r-Reġistru tal-Qrati Superjuri.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-Court Attorneys bħalissa, u rispettivament ma' liema membru tal-Ġudikatura huma assenjati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm impjegati 20 Court Attorney li huma adetti ma’ 20 Imħallef. L-ismijiet ta’ dawn il-persuni mhux se jingħataw fit-tweġiba minħabba li din hija data personali skont it-tifsira fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679.
Madanakollu jien dispost li naghti lista tal-ismijiet lill-Onor. Interpellant privatament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti llum quddiem is-Sinjuri Imħallfin li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, sedenti fil-Qorti tal-Appell Kriminali (Inferjuri)? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm ilha pendenti kull kawża fil-Qorti tal-Appell Kriminali? Jista’ jagħti d-dati għal meta ġew differiti għas-sentenza dawk il-kawżi li jinsabu differiti għas-sentenza?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba skond l-ordni ta kif ingħataw d-dettalji tal-Imħalfin.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn m’hemmx ilma fil-funtani fil-pjazza prinċipali ta’ Raħal Ġdid, wara l-inawgurazzjoni tal-proġett tal-pjazza l-ġdida?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab nfurmat li kien għad hemm xi xogħolijiet żgħar x’ jitlestew biex il-funtani jkunu kollha funzjonanti. Infurmat li fil-ġranet li ġejjin għandu jitlesta x-xogħol kollu mill-kuntrattur, inkluż dak li għandu x’jaqsam mal-funtana.
Avukat Ġenerali – abbozz ta’ liġi dwar ċensura ġurnalistika
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern iressaq quddiem il-Kamra abbozz ta' liġi biex kif indika l-Avukat Ġenerali, il-leġislatur "[...] jiċċensura hu b'mod formali dak li sal-lum fir-relm tal-etika ġurnalistika hu l-awtoċensura" u skont kif l-istess Avukat Ġenerali ġie kkwotat li ssottometta lill-Qorti mill-gazzetta Kullħadd ta' nhar il-Ħadd, 28 ta' Ottubru 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif jaf l-Onorevoli Membru il-kliem li huwa ċċita ittieħed minn sottomissjoni li saret quddiem Qorti u mhux minn xi stqarrija uffiċċjali tal-Avukat Ġenerali. Dan f’ kawża fejn qamet kwistjoni partikolari dwar possibbli intraċ fil-proċess ġudizzjarju permezz tal-u¿u tal-media. Il-Gvern f’ dan l-istadju ma għandux il-ħsieb illi jressaq abbozz ta’ liġi bħal dak indikat fid-domanda u jqis li dawn il-kwistjonijiet jistgħu jiġu regolati mill-qrati skont il-fatti partikolari li jkollhom quddiemhom.
Naturalment huwa dejjem pozittiv li jkun hawn diskussjoni dwar il-htiega ta' bilanċ xieraq bejn id-dritt tal-media li tinforma lill-pubbliku, d-dritt tas-smiegħ xieraq u l-ħtiega illi l-Qrati jitħallew jiddeċiedu f’ambjent ta’ imparzjalita u ta’ rispett lejn l-awtorita u l-funzjoni tagħhom.
Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – ksur ta’ drittijiet mil-liġijiet tal-kera — danni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il eluf ta’ ewro f’danni ġie kkundannat il-Gvern Malti mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f’sentenzi ta’ kundanna ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem mil-liġijiet tal-kera, inkluż l-Att No. 23 tal-1979, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2013 u Ottubru 2018 l-Gvern Malti ġie kkundannat s-somma totali ta’ €1,100,200.
Qrati ta’ Ġustizzja Kriminali – projbizzjoni ta’ pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar kawżi
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il darba l-Qrati ta' Ġustizzja Kriminali ħarġu ordni li permezz tiegħu pprojbixxu l-pubblikazzjoni sa ma kawża tispiċċa, ta' kitba, stampata jew le, dwar reat li fuqu tkun miexja kawża jew dwar imputat jew akkużat skont dak li jipprovdi l-artikolu 517 (1) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid minn liema Qorti nħareġ kull wieħed mill-imsemmija ordnijiet, jagħti d-data ta' meta nħareġ kull wieħed mill-ordnijiet u jindika wkoll kemm dam fis-seħħ kull wieħed mill-imsemmija ordnijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex ma tinżamm l-ebda statistika f’dan ir-rigward, dan għaliex meta toħroġ ordni ai termini tal-artikolu 517(1), din l-ordni tingħata dejjem wara li jkunu bdew il-proċeduri jew waqt l-andament tal-proċeduri u għaldaqstant ma jiġux mdaħħla fis-sistema.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ordni li nħareġ mill-Qrati ta' Ġustizzja Kriminali, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, skont dak li jipprovdi l-artikolu 517 (1) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) u li skont l-istess artikolu għandu jkun iffirmat mir-reġistratur u mwaħħal fil-bieb tal-edifizzju li fih il-qorti toqgħod?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 7547.
Persuni akkużati li kisru ordnijiet maħruġa mill-Qrati ta’ ġurisdizzjoni kriminali
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet akkużata li kisret ordni maħruġ mill-Qrati ta' ġurisdizzjoni kriminali skont dak li jipprovdi l-artikolu 517 (1) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 7547.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu flus is-sena li għaddiet il-Kunsilli Lokali fuq tenders tal-iskart kif ukoll kemm ħallas kull kunsill lil Wasteserve biex jintrema l-iskart?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni min-naħa tal-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli għadha qed tinġabar.
Bord li jirregola l-kera – każijiet ta’ żgumbrament
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' żgumbrament, quddiem il-Bord li jirregola l-kera? Jista’ jgħid kemm intlaqgħu talbiet minn dawn il-każijiet u ġie ordnat l-iżgumbrament tal-inkwilin sena b'sena mill-2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi gawda l-Kunsill Lokali tal-Fgura minbarra dawk allokati lilu kull sena finanzjarja, sabiex jinbena u jitlesta ċ-Ċentru Ċiviku fi Triq Hompesch, Fgura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Fgura bbenefika total ta’ €300,000 mill-Iskema tal-Proġetti Kapitali mnedija mill-Ministeru de quo.Dawn ingħataw f’#ewġ għotjiet, waħda ta’ €75,000 f’Novembru 2016 u l-kumplament f’Awwissu 2018.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm korrispondenza bejn il-Kunsill Lokali tal-Fgura, il-Gvern u l-awtoritajiet oħra fejn intalbu laqgħat u għajnuna finanzjarja sabiex jiġi ffinanzjat iċ-Ċentru Ċiviku qabel Marzu tas-sena 2013? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din il-korrispondenza?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza relatata.
Kunsill Lokali tal-Mellieħa – oġġezzjonijiet fuq proġetti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u fuq liema kienu l-proġetti (wieħed wieħed) li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għamel oġġezzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar bejn Ġunju 2013 u Novembru 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kunsill Lokali tal-Mellieħa – dokumenti fuq il-binja devoluta tat-Torri l-Abjad
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati ma’ kull forma ta’ ftehim li sar bejn il-Gvern, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u xi entitajiet oħra relatati mal-binja devoluta tat-Torri l-Abjad bejn Ġunju 2008 u Novembru 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.