Ministeru għas-Saħħa – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3247 u jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-individwu inkwistjoni ma kienx appuntat f’ebda bord jew kumitat fid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa, inklużi bordijiet innominati mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, bordijiet tal-għażla u bordijiet dixxiplinari.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista tat-tipi kollha ta' operazzjonijiet tal-fwied li bħalissa qed isiru fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid ukoll liema huma l-aktar operazzjonijiet tal-fwied li jsiru u kemm saru minn kull tip matul kull sena fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b'sena, sal-aktar data riċenti disponibbli?
Response (BORG, IAN)
Ninsab
infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tas-
Surgical Operations Register
ta’ l-isptar Mater Dei, il-lista t’operazzjonijiet tal-fwied li saru fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b'sena, tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt. L-operazzjonijiet huma kategorizzati skond is-sistema ta’ klassifikazjoni ICD 9-CM PCS - International Classification of Diseases, Clinical Modification, Procedures Coding System.
Total Number of Procedures
ICD-9CM-PCS
Descriptive category
2016
2017
2018
2019
2020
2021
2022
2023
2024
2025
50.0
Hepatotomy
-
1
-
1
-
1
1
1
-
-
50.0L
Laparoscopic Liver cyst fenestration
-
-
-
-
-
-
-
1
1
3
50.11
Closed (percutaneous) (needle) biopsy of liver
109
117
140
172
128
121
117
110
151
155
50.12
Other biopsy of liver
-
1
1
-
-
-
-
1
-
-
50.14
Laparoscopic liver biopsy
2
1
-
-
-
-
-
2
-
-
50.21L
Laparoscopic Marsupialization of lesion of liver
-
-
-
-
1
-
-
-
-
-
50.22
Partial hepatectomy
1
1
2
1
2
2
9
6
9
6
50.22L
Laparoscopic Liver Resection
-
-
-
-
-
-
-
1
1
2
50.23
Open ablation of liver lesion or tissue
-
1
1
-
-
-
-
-
-
-
50.24
Percutaneous ablation of liver lesion or tissue
43
15
16
21
18
25
13
34
35
43
50.25
Laparoscopic ablation of liver lesion or tissue
1
-
1
-
-
-
-
-
-
-
50.29
Other destruction of lesion of liver
1
3
-
-
-
-
-
1
-
-
50.29L
Laparosopic destruction of lesion of liver
-
-
-
-
-
-
-
-
-
1
50.3
Lobectomy of liver
-
-
1
-
-
4
6
8
19
10
50.4
Total hepatectomy (organ retrieval)
-
-
-
2
-
-
-
-
1
-
50.61
Closure of laceration of liver
-
-
2
-
-
-
-
-
-
1
50.69
Other repair of liver
-
-
-
1
-
2
-
2
1
-
50.91
Percutaneous aspiration of liver
1
9
8
2
10
11
13
26
36
30
Vincent Moran Regional Hub – Operazzjonijiet u day surgeries
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema operazzjonijiet u day surgeries qed jiġu offruti mill-Vincent Moran Regional Hub f'Paola? Jista' jagħti lista ta' dawn il-proċeduri u jindika jekk hemmx pjan li matul ix-xhur li ġejjin jiżdiedu tipi oħrajn ta' operazzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fiċ-Ċentru Reġjonali ta’ Ċensu Moran, Raħal Ġdid, qed jiġu offruti diversi proċeduri kirurġiċi u day surgeries.
Fil-qasam tal-Oftalmoloġija, dawn jinkludu:
1. Operazzjonijiet tal-katarretti (cataracts);
2. Proċeduri u interventi oftalmiċi minuri oħra li jitwettqu taħt anesteżija lokali.
Dawn il-proċeduri qed isiru mit-Tnejn sas-Sibt.
Barra minn hekk, il-Hub qed joffri wkoll proċeduri relatati mal-immaniġġjar tal-uġigħ (pain procedures), li fil-maġġoranza tagħhom isiru taħt anesteżija lokali, filwaqt li f’ċirkostanzi partikolari u skont il-ħtiġijiet kliniċi tal-pazjent, xi proċeduri jistgħu jsiru taħt anesteżija ġenerali, skont il-konsulent responsabbli.
Matul il-ġimgħat li ġejjin, il-Hub ser ikun qed jibda joffri wkoll operazzjonijiet kirurġiċi minuri taħt anesteżija lokali, bil-għan li jkompli jżid il-kapaċità u d-diversifikazzjoni tas-servizzi offruti.
Barra minn hekk, fix-xhur li ġejjin huwa ppjanat li jibdew isiru wkoll proċeduri kirurġiċi relatati mal-endoskopija, hekk kif jitlestew l-arranġamenti kliniċi u operattivi meħtieġa.
Il-Ministeru għas-Saħħa u l-awtoritajiet tas-saħħa jibqgħu jevalwaw kontinwament il-ħtiġijiet tas-servizz sabiex, fejn ikun possibbli u klinikament xieraq, jiġu introdotti aktar proċeduri u interventi fil-futur, bil-għan li jiżdiedu l-aċċessibbiltà u l-kwalità tal-kura offruta lill-pazjenti.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista tal-operazzjonijiet li bħalissa qed isiru fl-Isptar Mater Dei, maqsuma skont l-ispeċjalità jew is-servizz kirurġiku rispettiv?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li l-Isptar Mater Dei iwettaq firxa wiesgħa ta’ proċeduri kirurġiċi fl-ispeċjalitajiet kollha. Dawn il-proċeduri jvarjaw kontinwament skont il-ħtiġijiet kliniċi tal-pazjenti u l-iżviluppi fil-prattika kirurġika. L-Isptar ikompli jinvesti biex iwessa’ u jtejjeb dawn is-servizzi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4252 u jgħid kemm saru hip replacements fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u sptarijiet privati mħallsin mill-Gvern, fix-xhur ta’ Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2026?
Djar residenzjali għall-anzjani - Rapporti ta’ allegat abbuż, negliġenza jew trattament mhux xieraq ta’ anzjani
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jgħid kemm ġew irreġistrati rapporti ta’ allegat abbuż, negliġenza jew trattament mhux xieraq ta’ anzjani fi djar residenzjali, kemm pubbliċi kif ukoll privati, matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jindika kemm minn dawn il-każijiet ġew ikkonfermati wara investigazzjoni u x’passi ttieħdu fil-konfront ta’ dawk responsabbli?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew dijanjostikati pazjenti bil-kanċer li kellhom jistennew aktar minn 30, 60 jew 90 ġurnata sabiex jibdew it-trattament onkoloġiku indikat mit-tim mediku tagħhom, matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4251 u jgħid kemm saru knee replacements fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u sptarijiet privati mħallsin mill-Gvern, fix-xhur ta’ Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2026?
L-Isptar Ġenerali t’Għawdex – Klinika tal-Fiżjoterapija
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4248, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm pazjenti nqdew mill-Klinika ta' Fiżjoterapija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex matul l-2023, l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jagħti l-ġranet li tinfetaħ din il-klinika u kemm appuntamenti jsiru f'kull sessjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabella ta’ hawn taħt:
Sena
Appuntamenti
2023
13,473
2024
13,331
2025
13,498
2026 (Minn Jannar sal-aħħar ta’ Awissu)
8,799
Il-Klinika tiftaħ mit-Tnejn sas-Sibt u jsiru madwar 60 appuntament kuljum.
L-Isptar Ġenerali t’Għawdex – Klinika tal-Podjatrija
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4247, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm pazjenti nqdew mill-Klinika tal-Podjatrija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex matul l-2023, l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jagħti l-ġranet li tinfetaħ din il-klinika u kemm appuntamenti jsiru f'kull sessjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabella ta’ hawn taħt:
Sena
Appuntamenti
2023
731
2024
524
2025
366
2026 (Minn Jannar sal-aħħar ta’ Awissu)
330
L-Isptar Ġenerali t’Għawdex – Klinika tad-Dentistrija għal Persuni b'Diżabilità
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4246, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm pazjenti nqdew mill-Klinika tad-Dentistrija għal Persuni b'Diżabilità fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex matul l-2023, l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jagħti l-ġranet li tinfetaħ din il-klinika u kemm appuntamenti jsiru f'kull sessjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2026, minn meta bdiet tinżamm l-informazjoni, sal-aħħar ta’ Awwissu, ingħataw 81 appuntament għall-persuni b’diżabilità fil-Klinika tad-Dentistrija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-klinika tkun miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt u f’kull sessjoni jsiru madwar 23 appuntament.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-mediċina Carbimazole hijiex out of stock, u jekk iva, meta ser terġa’ tkun disponibbli?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li l-mediċina Carbimazole hija disponibbli mill-POYC.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4428 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 385, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta għalaq it-terminu tal-Kunsill għall-Anzjani?
Response (BORG, IAN)
Infurmat li għalkemm it-terminu għalaq, dan il-Kunsill għadu kostitwit skont il-Liġi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4427 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3858, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex hemm dewmien fix-xogħlijiet fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta meta kien ġie ddikjarat mill-Ministru ta’ qabel illi dawn ser ikunu lesti fis-sena 2027?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ġejt infurmat li x-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta għaddejjin b’ritmu tajjeb. Infurmat li matul l-implimentazzjoni tal-proġett, ġie deċiż li jiġu ndirizzati interventi strutturali addizzjonali. Madankollu, ix-xogħlijiet qed ikomplu u qed jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, filwaqt li jiġu żgurati s-sigurtà, il-kwalità u l-konformità mar-rekwiżiti tekniċi.
Ministeru għas-Saħħa – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2026?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex persuna biex tagħmel ilment mal-customer care tal-Isptar Mater Dei bilfors trid tagħti d-dettalji tagħha u ma tistax tibqa’ anonima?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Servizz għall-Kura tal-Klijenti (Customer Care) tal-Isptar Mater Dei jaċċetta lmenti anonimi meta dawn ikunu ta’ natura ġenerali. Meta lment ikun jirrigwarda aspetti speċifiċi tal-kura u l-investigazzjoni tiegħu tkun teħtieġ aċċess għal data personali, is-servizz ikollu bżonn id-dettalji tal-persuna li tkun ressqet l-ilment sabiex ikun jista’ jipproċessah. Jekk l-ilment jitressaq b’mod anonimu, is-servizz lanqas ma jkun jista’ jagħti risposta lil dik il-persuna jew iżommha infurmata dwar xi azzjoni li tkun ittieħdet b’rabta mal-ilment tagħha.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4054, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid sa kemm huwa validu t-tender preżenti għall-uniformijiet tal-Allied Health Professionals?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li l-kuntratt għall-uniformijiet bħalissa huwa magħluq. Infurmat ukoll li kien hemm sospensjoni temporanja minħabba kwistjonijiet ta’ kwalità fil-materjal. Sa llum, il-fornitur issupplimenta u biddel l-uniformijiet kollha meħtieġa.
Allied Health Professionals - Ħlasijiet għal sigħat żejda
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3199 u 3955 u jgħid meta ser jitħallsu l-Allied Health Professionals li qed jaħdmu sigħat żejda barra l-ħin tagħhom biex jinqatgħu l-listi ta’ stennija? Jista’ jgħid ukoll għaliex, minkejja li dan ix-xogħol beda fil-bidu tas-sena, sal-lum dawn il-professjonisti għadhom ma tħallsux?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li xi pagamenti diġà saru fl-aħħar paga, u l-bqija tal-pagamenti pendenti qed jiġu segwiti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ infermiera u ħaddiema fil-kura (carers) minn pajjiżi terzi (TCNs) impjegati fis-servizzi tas-saħħa pubbliċi f’Malta u Għawdex, b’rendikont skont il-faċilità? Jista’ wkoll jindika x’perċentwal tal-persunal f’dawn il-karigi huwa magħmul minn TCNs u kemm kienu l-postijiet vakanti f’dawn il-karigi li mtlew minn TCNs matul l-aħħar sentejn?