Legislature:
Category:
Reset
Active:

Spezzjonijiet fi ħwienet tal-laħam minħabba livel ta' sanità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fi ħwienet tal-laħam minn esperti sanitarji matul Jannar sa Ottubru 2012? Jista’ jgħid jekk dawn l-ispezzjonijiet humiex fuq bażi kontinwa jew jekk din l-proċedura issirx minħabba xi raġuni oħra? Jekk iva, x’inhi dik ir-raġuni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li din is-sena fil-perjodu ndikat, saru 296 ‘risk assessment isnpections’ fi ħwienet tal-laħam, ġew investigati 20 ilment fl-istess tipi ta’ ħwienet, kif ukoll saru 68 spezzjonijiet oħra relatati ma’ traċċabilita’ tal-prodotti tal-laħam. Il-296 ‘ risk assessment inspections’ huma spezzjonijiet li jsiru fuq bażi kontinwa/regolari, l-għoxrin ilment ġew investigati wara ndividwi jkunu għamlu lment speċifiku fuq ħwienet partikolari f’dan il-każ ħwienet tal-laħam, waqt li tmienja u sittin spezzjoni li saret fuq it-traċċabilita’ tal-ikel kienet ibbażata fuq sorveljanza fis-suq.

Sptar Monte Carmeli — ħaddiema b'kuntratt definit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema b'kuntratt definit jaħdmu ġewwa Sptar Monte Carmeli? Kif ġew ingaġġati? Kemm minnhom jaħdmu u jitħallsu minn kumpaniji privati? Ma' liema kumpaniji saru dawn l-arranġamenti? Jista', mingħajr ma jsemmi ismijiet, jindika x'tip ta' xogħol qegħdin jagħmlu u jekk dan huwiex ristrett biss għal tindif jew anke għal xogħol amministratti? Jekk iva, fuq liema livel?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hemm 77 persuna b’kuntratt definit li jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli, kif ukoll 440 persuna li jaħdmu fuq kuntratt definit ma’ kumpanija privata u li jagħtu servizz fl-istess sptar. Dawk tal-ewwel kollha ġew ingaġġati wara proċess ta’ intervista, filwaqt li dawk li jaħdmu ma’ kumpaniji privati ġew ingaġġati permezz ta’ proċess immexxi mill-istess kumpaniji. Il-ħaddiema li huma impjegati fuq kuntratt definit ma’ kumpaniji privati jagħmlu xogħol ta’ Careworkers u ta’ Infermiera, u dawn huma rispettivament ingaġġati mill-kumpaniji Support Services Ltd u Health Services Ltd, li magħhom sar kuntratt għall-għoti ta’ servizz wara li kienu nħarġu tenders rilevanti.

Mediċina Cozaar out of stock

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga rapporti li persuni li jieħdu l-pilloli Cozaar regolarment, la qed isibuhom fl-ispiżerija tal-Isptar, la fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana u lanqas fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek billi f'kull okkażżjoni qed jiġu mgħarrfin li huma out of stock?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li kienet ġiet ippreparata ordni, imma matul dak il-perjodu l-kuntratt skada. Meta intalbet estensjoni tal-kuntratt, l-aġent ġie lura b’mediċina alternattiva għall-mediċina rikjesta fil-kuntratt. Bħal issa għaddejjin komunikazzjonijiet biex jiġi stabbilit jekk il-mediċina alternattiva offruta hijiex aċċettabbli. Sadanittant inħarġet sejħa oħra għall-offerti u qegħda fi stadju ta’ aġġudikazzjoni.

Operazzjoni privat tal-irkopa — physioterapy

Question

Jista' l-Ministru jara li l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kellu jagħmel l-operazzjoni privat tal-irkopa u li issa qed jistenna li jagħmlu il-physioterapy u minkejja li ilu jistenna xorta għadhom ma bagħtux għalih?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna hawn fuq imsemmija giet riferuta għat-terapija mit-tabib ikkonċernat fis-17 ta’ Lulju 2012. Mit-ticket of referral hemm indikazzjoni ċara li l-operazzjoni saret f’Ottubru 2011. Mir-records li għandu dan id–dipartiment, intbgħat appuntament għall-ġurnata tal-25 t’Ottubru 2012, liema appuntament qatt ma nżamm mill-persuna hawn fuq imsemmija.

Applikazzjoni għal Schedule V

Question

Jista' l-Ministru jara li din il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha li applikat għall-Schedule V u għadha mingħajr risposta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-applikazzjoni għall-intitolament tal-Ħames Skeda tal-pazjent li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ġiet ipproċessata fid-9 ta’ Novembru 2012, peress li l-pazjent ġie bl-applikazzjoni fl-Uffiċju tal-Medicines Entitlement Unit waqt il-ħin tal-customer care. Il-pazjent ġie mogħti l-kartuna s-safra dak in-nhar stess.

Rabat — persuni li għandhom karta r-roża u s-safra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża fir-Rabat Malta u kemm minn dawn għandhom il-karta s-safra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta' kartun isfar fil-lokalita’ tar-Rabat Malta, huwa ta 8,773. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex rigward il-karta r-roża jistaqsi lill-Ministru kkonċernat.

Ħaż-Żebbuġ — persuni li għandhom karta roża u s-safra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża f'Ħaż-Żebbuġ u kemm minn dawn għandhom il-karta s-safra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta' kartun isfar fil-lokalita’ ta' Ħaż-Żebbuġ huwa ta’ 5,578. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex rigward il-karta r-roża jistaqsi lill-Ministru kkonċernat.

Ħad-Dingli — persuni li għandhom karta roża u s-safra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża f'Ħad-Dingli u kemm minn dawn għandhom il-karta s-safra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta' kartun isfar fil-lokalita’ ta’ Ħad-Dingli huwa ta’ 1,681. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex rigward il-karta r-roża jistaqsi lill-Ministru kkonċernat.

Imtarfa — persuni li għandhom karta roża u s-safra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża f'Imtarfa u kemm minn dawn għandhom il-karta s-safra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta' kartun isfar fil-lokalita’ tal-Imtarfa huwa ta’ 603. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex rigward il-karta r-roża jistaqsi lill-Ministru kkonċernat.

Imġarr — persuni li għandhom karta r-roża u s-safra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża f'Imġarr u kemm minn dawn għandhom il-karta s-safra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta' kartun isfar fil-lokalita’ tal-Imġarr huwa ta’ 1,411. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex rigward il-karta r-roża jistaqsi lill-Ministru kkonċernat.

Imdina — persuni li għandhom il-karta roża u s-safra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża fl-Imdina u kemm minn dawn għandhom il-karta s-safra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta' kartun isfar fil-lokalita’ tal-Imdina huwa ta’ 189. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex rigward il-karta r-roża jistaqsi lill-Ministru kkonċernat.

Dipartiment tal-Emerġenza — Major Incident Van

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'kemm qed jinkera kuljum l-Major Incident Van li nġab fid-Dipartiment tal-Emerġenza, mingħand il-privat? Jista' jgħid b'kemm inxtraw l-uniformijiet għad-Dipartiment tal-Emerġenza, għan-nurses, drivers u ambulance assitents jew porters? Kemm ġew jiswew l-uniformijiet ta' kull persuna?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Major Incident Van li nġab fid-Dipartiment tal-Emerġenza, qed jinkera bil-prezz ta’ €34.75 kuljum. Minħabba n-natura tax-xogħol, l-impjegati imsemmija ġew provduti b’ilbies protettiv skont ir-regolarmenti tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Ġew ordnati 492 settijiet ta’ lbies protettiv għall-impjegati kollha msemmija bi spiża ta’ €73.82 kull sett.

Dipartiment tal-Emerġenza — ambulance assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Emerġenza u li jagħmlu xogħol ta' ambulance assistants għadhom jissejħu porters u mhux ambulance assistants, kif inhuma msejħa dawn l-impjegati fis-sistema tas-saħħa fl-Ingilterra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-impjegati li jagħmlu xogħol ta’ assistenza fis-servizz tal-ambulanzi fid-Dipartment tal-Emerġenza huma fil-maġġoranza tagħhom Health Assistants li ġew imħarrġa biex jagħmlu dan ix-xogħol. Fil-preżent il-grad ta’ ambulance assistants ma jeżistix - għaldaqstant il-proċess sabiex tinbidel in-nomeklatura ikun suġġett għal diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Union.

Sptar Mater Dei — Ambulanza li kellha ħsarat fil-magna

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ambulanza li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kienet ilha xahar għand kumpanija biex tiġi imsewwija l-magna, meta ġiet rilaxxata u ttieħdet fl-Isptar Mater Dei, u wara li ġiet armata, kellha terġa' tittieħed minħabba li ma ħademtx? Kemm swiet it-tiswija li saritilha matul ix-xahar? Kemm swiet il-kirja ta' ambulanza matul ix-xahar biex tissostitwixxi l-ambulanza?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li din l-ambulanza partikolari ilha barra għat-tiswija mit-12 ta’ Settembru 2012. Din ġiet lura l-iSptar Mater Dei, suppost imsewwija sewwa, fi 17 ta’ Ottubru 2012. L-ambulanza, dak inhar li waslet lura fl-iSptar Mater Dei, ma ġietx aċċettata mid–Dipartiment tal-Biomedika, u fil-fatt l-ambulanza intbagħtet lura lill-kuntrattur għall-iktar tiswijiet. Sa fl-aħħar, il-kuntrattur, UCIM Co Ltd identifika x’kienet l-problema propja li hemm fuq din l-ambulanza u ġew identifikati l-ispare parts li hemm bżonn biex titranġa din l-ambulanza GVN 471. Kemm jiswew dawn l-ispare parts għadu mhux magħruf mid–Dipartiment tal-Biomedika. Għaldaqstant, matul dan iż-żmien illi din l-ambulanza kienet għand UCIM CO Ltd, biex tiġi irranġata, l-iSptar Mater Dei kellu jikri ambulanza oħra minn kumpanija privata. L-ispiża biex tinkera din l-ambulanza ġiet tiswa l-Dipartiment tas-Saħħa, €1,593.00 (18% VAT Inkluż) fix-xahar ta’ Settembru, €2,900.00 (18% VAT Inkluż) fix-xahar t’ Ottubru u € 2,091.00 (18 VAT Inkluż) fix-xahar ta’ Novembru, 2012.

Settur tas-Saħħa — taħriġ ta' impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew iddedikati fondi mill-Unjoni Ewropa għal taħriġ ta' impjegati u professjonijiet fis-settur tas-saħħa? Kemm intnefqu minn dawk il-fondi? Liema impjegati u professjonisti ibbenefikaw? X'tip ta' taħriġ jew korsijiet saru u skont il-kategorija ta' impjegati u professjonijiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba ed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korsijiet ta' taħriġ tal-porters u drivers tal-ambulanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' taħriġ kontinwu jingħataw il-porters u d-drivers tal-ambulanzi? Kull meta jingħataw korsijiet? X'kienu l-korsijiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fl-2008, id-drivers tal-ambulanzi u impjegati oħra li jagħtu assistenza fl-ambulanzi ngħataw sessjonijiet ta’ taħriġ bħala parti mill-programm ta’ ESF 43 ta’ 16-il siegħa fuq kommunikazzjoni, teamwork u customer care. Fl-2009, l-istess impjegati ngħataw kors ta’ taħriġ ieħor ta’ madwar tmenin siegħa li kien jinkludi: First Aid , Infection Control , Self u Situation Management , Moving & Handling , Risk Assessment , Legal Issues , Scene Safety , Customer Care , Team Work , Health & Safety u Communication Skills . Id- drivers ġew mħarrġa wkoll fuq defensive driving . Fl-2012, id-drivers tal-ambulanzi ngħataw kors ieħor ta’ 30 siegħa f’dawn l-oqsma: essential principles of emergency care, first aid, patient care training u communication skills .

SIMS

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-iStock Information and Management System (SIMS) hux qed titħaddem fil-Pharmacy of Your Own Choice? L-iStock Information and Management System (SIMS) tindegra direttament ma' ACCESS Financials? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq l-implementazzjoni tal-iStock Information and Management System (SIMS)? Il-kuntratturi għamlux user acceptance testing (UAT) tas-sistema SIMS u jekk dawn il-UAT ġew aċċettati mill-Isperżjar tal-Għażla Tiegħek? Kemm intefqu flus biex ġiet implementata din is-sistema SIMS?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-iSpiżerija tal-Għażla Tiegħek għandha sistema li jisimha Stock Information and Management System [SIMS]. Din is-sistema tintegra direttament mal-ACCESS Dimensions. Il-Kuntrattur ta’ din is-sistema hu Philip Toledo Limited u għamlu user acceptance testing (UAT) tas-sistema SIMS. In-nefqa fuq din is-sistema mill-2007 sal-2011 hi ta’ €113,532.30.

Sptar Mater Dei — persuni jistennew fuq stretcher

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm kien hemm persuni li damu fuq stretcher l-emergenza għal iktar minn 24 siegħa fl-Isptar Mater Dei sakemm issejħu sabiex jingħataw sodda matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2012?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

djar tal-anzjani — standards ta' iġene

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk wara l-ħruġ tal-liċenzji meħtieġa jsirux spezzjonijiet biex jiġi żgurat li ċerti standards jinżammu fid-djar privati tal-anzjani u dan f’mod relattiv għall-ħlasijiet li jkunu qegħdin isiru għas-servizzi residenzjali u oħrajn offruti? Jista' jinvestiga ilment li wasalli li minkejja l-ilmenti ta’ bosta residenti anzjani fid-dar li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġewwa l-Imsida d-diriġenti tad-dar baqgħu jinsistu li jżommu kelb kbir fl-istess dar tal-anzjani, b’inkonvenjent għal ħafna minnhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li wara l-ħruġ ta’ liċenzji għall-ftuħ ta’ residenzi għall-anzjani, jibqgħu jsiru spezzjonijiet annwali għal skop tat-tiġdid tal-liċenzji. Isiru ukoll spezzjonijiet mhux avżati u spezzjonijiet biex jiġu investigati lmenti. Dawn l-ispezzjonijiet isiru biex jiġi żgurat li ċerti standards jinżammu fid-djar tal-anzjani mill-lat ta’ kura tas-saħħa. Id-dipartiment bl-ebda mod ma jikkontrolla il-ħlasijiet li jkunu qegħdin isiru għas-servizzi residenzjali u oħrajn offruti. L-ilment illi d-diriġenti ta’ residenza fl-Imsida qed iżommu kelb ġewwa r-residenza diġa ġie investigat. Kien aċċertat illi tali kelb ma kienex qed jikkawża problemi ta’ iġjene fid-dar. Ir-residenti u l-ħaddiema ukoll qalu illi l-kelb kien mans u qatt ma wera sinjali ta’ aggressivita’. Ħafna mill-anzjani ikkummentaw illi tali kelb ma kienx idejjaqhom. Id-dirigenti tal-post qablu mal-ispettorat illi jagħmlu xatba mar-reception desk u illi il-kelb jinżamm maqful wara d-desk mingħajr ma jkun jista joħroġ fil-lobby area. Din ix-xatba qeghda fil-proċess li tiġi installata. Ta’ min jgħid li l-pet therapy hija prattika wżata ħafna barra minn Malta. Residenzi tal-anzjani għandhom kemm jista’ jkun jixbħu l-ambjent tad-dar u m’hemm xejn ħażin li jkun hemm kelb la darba dan ikun mans u ikkurat.

Ħsara fit-Telecare

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għandu t-Telecare bil-ħsara?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna ili qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ma kellhiex ħsara fit-telefon. Din il-persuna kellha kontijiet mal-GO mhux imħallsa u għalhekk is-servizz ta-telefon tagħha ġie sospiż. Jiena nfurmat li dawn il-kontijiet issa tħallsu u s-servizz ġie lura għan-normal fis-7 ta’ Novembru 2012.