Tista' l-Ministru tgħid jekk il-post fejn jinħażen l-ikel tal-Ewropea hux post tajjeb għall-ħażna tal-ikel? Tista' Tgħid kemm ingħataw f'valur ta' flus għall-ikel tal-Ewropea min kemm ilu li beda jingħata dan l-ikel? Kemm se jingħataw għas-sena 2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema huma l-binjiet li nbnew matul l-aħħar ħames snin, binjiet ġodda fil-precincts tal-Università ta' Malta f'Tal Qroqq? Kemm qed jinbnew binjiet bħalissa? Kemm hu maħsub li jkun it-total tal-investiment meta jiltestew dawn il-binjiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 30648 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilha u tagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa, in-numru ta' sajjieda full-time u part-time rispettivament, li huma reġistrati f'kull waħda mil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il Distrett Elettorali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tinvestiga l-ilment tal-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha fuq il-waiting list għal iktar minn tmien snin għall-akkomodazzjoni alternattiva u sal-lum għadha ma ngħatatx akkomodazzjoni mill-Awtorità minkejja li ntbagħtet tikri post b'kirja li ma tiflaħx għaliha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dan il-każ qed jingħata prijorità mill-Awtorità tad-Djar għal akkomodazzjoni soċjali. Il-persuna tista’ tikkonsidra li tapplika taħt l-iskema ta’ sussidju għall-kera.
Skola Primarja tal-Fgura — livell ta' indafa u manutenzjoni ordinarja
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern huwiex kuntent bil-livell ta' indafa u livell ta' manutenzjoni ordinarja tal-Iskola Primarja tal-Fgura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-livell ta' ndafa tal-iskola Primarja tal-Fgura tjieb dan l-aħħar wara li żdiedu żewġ part-time cleaners, u t-tindif isir regolari u ta' kuljum. Il-manutenzjoni ordinarja li tinqala’ issir kemm mill-ħaddiema anċillari tal-iskola u anke mill-ħaddiema tal-kulleġġ. Dan is-sajf sar xogħol ta' manutenzjoni estensiv fil-blokk tal-kindergarten, li kien jinkludi plumbing, tibjid u tiswija tal-membrane.
Università ta' Malta — teżijiet preżentati minn studenti
Question
Tista l-Ministru tgħid kemm kien hemm teżijiet li ġew preżentati minn studenti lill-Università ta' Malta fis-sena 2010? Ta' liema fakultajiet kienu u f'liema suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm teżijiet ta' studenti li saru u ġew preżentati matul is-sena 2010 lill-Università ta' Malta kienu jagħmlu parti minn xi proġett jew li permezz tagħhom intefa' dawl fuq xi proġett jew policy tal-Gvern Malti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-fakultajiet tal-Universita’ dejjem jipproponu lill-istudenti suġġetti u temi għat-teżijiet tagħhom li jkunu ta’ interess u ta’ benefiċċju għall-pajjiz, kif ukoll suġġetti li jittrattaw żviluppi reċenti fil-pajjiż jew
policies
tal-Gvern.
Mhux possibbli li ngħidu jekk kienux parti minn xi proġett partikolari għax din l-informazzjoni mhix magħrufa.
Università ta' Malta — sitwazzjonijiet li riedu jsiru studji fuqhom
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm sitwazzjonijiet li riedu jsiru studju fuqhom u d-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew xi dipartiment ieħor talab lill- Università sabiex tagħmel riċerka fuqu?
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex qiegħed isir studju sabiex il-kotba li jagħmlu użu minnhom fil-primarja jsiru bil-lingwa Maltija, anki ta' dawk is-suġġetti li mhumiex tal-Malti? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li kotba tas-suġġetti jiġu tradotti għall-Malti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kotba li qed jintużaw fil-Primarja huma bil-Malti minbarra dawk tal-Matematika u naturalment dawk tal-Ingliż. Fil-każ tal-Matematika mhux qed isir studju dwar jekk il-kotba għandhomx isiru bil-Malti. Kienu saru laqgħat u diskussjonijiet qabel ma’ tnieda l-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali u deċiżjoni dwar dan is-suġġett għandha tittieħed wara li ssir diskussjoni nazzjonali fuq il-politika lingwistika kif hemm indikat fil-Qafas tal-Kurrikulu msemmi.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30091, tista' l-Ministru tara li min ikun irid il-ħalib għandu jingħata u dan permezz ta' avviż/sejħa ġurnata qabel ħalli anke jekk ikun hemm student/studenta waħda li tkun trid, dan il-ħalib għandu jingħatalha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fil-ġimgħat li ġejjin, fuq struzzjonijiet li ngħatat, il-Kap tal-iskola Primarja A ser terġa’ tara jekk hemmx tfal li jridu ħalib.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur privat, fi produzzjoni diretta u f’servizzi tas-suq separatament, rġiel għalihom u
nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ l-2010 u fl-aħħar ta’ Settembru 2011? Jista’ jagħti din l-informazzjoni kategorizzata
skont in-NACE Code?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ nies, irġiel għalihom u nisa għalihom, li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol primarju
tagħhom f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ l-2010 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ nies jaħdmu fis-settur ta’ produzzjoni diretta u fis-settur fis-servizzi tas-suq f’Malta u f’Għawdex
separatament, fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Settembru 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, jekk ġiex imsarraf jew skadix l-voucher tad-dawl u l-ilma għax skont l-anzjana qed taħseb li intilef u xtaqet tkun taf x'għandha tagħmel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
studenti li qed jippreparaw għall-ezżamijiet tas-SEC
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' studenti li bħalissa qed jattendu fl-iskejjel tal-gvern u li qed jippreparaw għall-eżamijiet tas-SEC fil-bijoloġija, kimika u fiżika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
studenti li qed jippreparaw għall-eżamijiet tas-SEC
Question
Tista' l-Minsitru tagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa n-numru ta' studenti fl-iskejjel tal-gvern li qed jippreparaw għall-eżamijiet tas-SEC fl-Ispanjol, fil-Ġermaniż u fl-Għarbi rspettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' għalliema Għawdxin li qed jaħdmu Malta? F'liema skejjel tal-gvern qed jagħtu s-servizz tagħhom dawn l-għalliema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' koppja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għalkemm għandha l-benefiċċju tal-enerġija, il-kont wasal tard u allura l-voucher laħaq skada peress li meta marret għand l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali, qalulha li ma jistgħu jagħmlu xejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — nefqa globali fuq mobile phones
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtha għall-mobile phones(kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.