Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li matul il-lejl jitqiegħdu pulizija għassa kemm fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar, kif ukoll fl-inħawi tal-front ta' Buġibba/Qawra, minħabba persuni li qed jabbużaw mis-sewqan?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi kemm l-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll dawk tal-mobile squad, jagħmlu ronda regolarment kemm fit-toroq fil-lokalità msemmija mill-Onorevoli Interpellant, kif ukoll fit-toroq l-oħra sabiex kemm jista' jkun jitrażżan kull abbuż li jista’ jkun qed isir, inkluż dak imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom il-liċenzja ta' gwardjan lokali? Kemm minnhom fil-preżent qed jaħdmu b'din il-liċenzja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 28748, ninsab infurmat illi l-Pulizija ma jkollhiex tagħrif dwar kemm minn dawk reġistrati bħala gwardjani lokali filfatt ikunu qed jeżerċitaw dak ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fis-sena amministrattiva 2010 il-gvern ġabar flus mill-qrati Maltin bħala dħul mill-ispejjeż relatati mal-kawżi u sentenzi li ngħataw, kif ukoll mill-ftuħ ta’ kawżi ġodda?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fis-sena amministrattiva 2010 l-ammont globali ta’ flus li nġabru mid-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja bħala miżati tal-Qorti kien jammonta għal €4,090,567 filwaqt dak ta' Għawdex kien €303,092.82. Infurmat ukoll illi ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien aċċidenti tat-traffiku matul is-snin 2005/6/7/8/9/10/11 u kemm minn dawn l-aċċidenti tat-traffiku kienu gravi ? Kemm minn dawk li weġġgħu gravi kien involut ix-xufier? Kemm kienu involuti l-passiġġieri?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-snin imsemmija kien hemm 25,505 inċident tat-traffiku rrapurtat lill-Pulizija. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dettaljata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni għamlu suwiċidju fis-sena 2011, xahar b'xahar? Jista' jgħid liema kienet l-aktar sena li fiha saru suwiċidji?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul Jannar u Ottubru ta’ din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija s-segwenti każi ta’ suwiċidji:
Jannar
0
Ġunju
3
Frar
1
Lulju
3
Marzu
1
Awwissu
3
April
1
Settembru
3
Mejju
2
Ottubru
2
Infurmat ukoll illi matul dawn l-aħħar 10 snin, kien fis-sena 2009 li fiha ġew irrapurtati l-akbar ammont ta’ suwiċidji fejn kienu ġew irrapurtati 33 każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew intavolati appelli superjuri minn sentenzi tal-Qorti tal-Maġistrati Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin kull xahar separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ appelli superjuri intavolati minn sentenzi tal-Qorti tal-Maġistrati Għawdex f'dawn l-aħħar ħames huma s-segwenti:
2007
2008
2009
2010
2011*
JANNAR
1
3
4
8
3
FRAR
4
5
0
1
5
MARZU
2
2
7
4
2
APRIL
2
2
8
2
7
MEJJU
2
9
4
3
2
ĠUNJU
4
4
5
5
3
LULJU
6
6
2
8
0
AWWISSU
0
1
2
0
0
SETTEMBU
3
0
0
3
4
OTTUBRU
10
12
9
6
7
NOVEMBRU
5
8
4
10
1
DIĊEMBRU
8
5
3
6
--
TOTAL
47
57
48
56
34
*Tkopri sal-24/11/2011
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi quddiem it-tribunal industrijali li fihom hemm involuti partijiet jew xi ħadd mill-partijiet li huwa Għawdxi u dan għall-perjodu tal-aħħar ħames snin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B’referenza għad-domanda tal-Onorevoli Membru jiġi rilevat li t-Tribunal Industrijali ma jaqax taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern imma taħt l-Uffuċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi kostituzzjoniali li ġew intavolati minn Għawdxin f'dawn l-aħħar ħames snin u jagħti n-numru skont il-ġudikanti li qed jismagħhom u dan fuq perjodu tal-aħħar ħames snin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx l-ebda statistika fil-konfront tal-belt jew raħal, jew jekk hux Malta jew Għawdex, tal-individwu li jkun qed jippreżenta kawża kostituzzjonali.
Jista' l-Minsitru jgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn qabel kien hemm forn u llum hemm fabbrika tal-ħobż li qed tikkawża strobju qawwi li l-ġirien mhumiex jistgħu jorqdu, u li kien hemm diġà xi rapporti, jekk effettivament dan il-fond hux kopert bil-liċenzji skont il-liġi u jekk il-Pulizija hijiex qiegħda tagħmel xi spezzjonijiet għall-għarrieda biex jiġi assigura l-bon viċinanza u l-ordni pubblika?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha ilmenti dwar ipparkjar u konġestjoni tat-traffikku kkawżat minn persuni li jieqfu bil-vetturi tagħhom sabiex jixtru l-ħobż mill-forn imsemmi, kif ukoll dwar istorbju ikkawzat minn bowser li jforni t-dqiq darbtejn fil-ġimgħa u ħsejjes ikkaġunati bit-tagħbija u l-ħatt tat-tilari tal-ħobż. Infurmat ukoll illi l-Pulizija dejjem ħadet passi dwar kull ksur ta’ ligi li irriżulta kif ukoll wissiet lis-sid sabiex juża l-prudenza fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu. Jirriżulta wkoll illi l-forn huwa kopert b’liċenzja tad-Dipartiment tal-Kummerċ.
Regolament tal-Kaċċa u Nsib — mutli mill-Qrati Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwaħħla multi mill-Qrati Maltin lill-persuni li qabbdu jiksru r-regolamenti tal-kaċċa u l-insib mill-1 ta' Jannar 2010 sal-lum?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar tal-2010 u l-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena l-ammont ta' multi mogħtija mill-Qrati għal ksur ta' regolamenti tal-kaċċa u l-insib kien is-segwenti:-
Sena Numru ta' persuni li weħlu multa Ammonti
2010 395 €140,636
2011 (sa Ottubru) 261 €133,180
Vetturi tal-Pulizija li m'għaddewx mit-test tal-VRT
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi tal-Korp tal-Pulizija li f'dawn l-aħħar ħames snin m'għaddewx mit-test tal-VRT? Kif kienu maqsumin dawn il-vetturi sena b'sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' vetturi tal-Korp tal-Pulizija li ġew sottomessi għall-eżami tal-VRT kienu s-segwenti:-
Year
Vetturi Sottomessi għal VRT
Vetturi li ghaddew mill-VRT
Vetturi li weħlu mill-VRT
2008
89
78
11
2009
125
122
(3 għaddew wara li saritilhom tiswija)
3
2010
103
98
(4 għaddew wara li saritilhom tiswija)
5
2011
100
89
11
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni minn immigranti illegali ġew eżaminitati matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? Kemm minn dawn ġew aċċettati? Kemm ingħataw status ta' refuġjat u kemm ingħataw status ta' protezzjoni ssussidjarja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena ġew mitmuma jew mistħarrġa 1,858 talba għall-kenn. Infurmat ukoll illi minn dawn 60 ġew rikonoxxuti bħala refuġjati u 683 ingħataw kenn sussidjarju.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-apparat li jaqra l-veloċità tal-karozzi? Kemm intuża dan l-apparat matul din l-aħħar sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall is-speed cameras tal-Pulizija, ninsab infurmat illi din is-sena ma għamlitx użu minnhom peress li ġew installati numru ta’ speed cameras permanenti f’diversi lokalitajiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm waslu immigranti illegali f'pajjiżna matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? Kif kienu mqassma dawn il-wasliet xahar b'xahar skont in-nazzjonalità?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena, waslu Malta 1,535 immigrant illegali. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dettaljata.
Attachments:30472 - Immigranti Illegali Nov 2011.doc
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' tqegħid ta' bombi ma' vetturi u ma' bini tul dawn l-aħħar tletin sena, mis-sena 1981 sas-sena 2011? Kif kienu mqassma sena b'sena? Min kienu t-targets ta' dawn l-attentati? Kemm minn dawn kienu solvuti u kif kienu mqassma dawn il-każijiet solvuti sena b'sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Korp tal-Pulizija — pendenzi fil-pagi u l-overtime
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-pendenzi tal-arretrati fil-pagi u l-overtime tal-membri tal-Korp tal-Pulizija attwalment?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Kif diġa' kelli l-okkażjoni ninforma lill-Kamra, il-ħlas tal-overtime lill-membri tal-Korp tal-Pulizija ġeneralment isir xahrejn b’lura minħabba raġunijiet amministrattivi. Fil-fatt l-overtime li nħadem f’Settembru ta’ din is-sena u li jammonta għal €76,376, ser jitħallas mal-paga tat-2 ta’ Diċembru.
Għal dak li jirrigwarda l-pagi, ninsab infurmat li ma hemmx arretrati peress li l-paga lill-membri tal-Korp tal-Pulizija, titħallas regolarment matul is-sena kull 4 ġimgħat, bħal l-impjegati l-oħra tal-Gvern, .
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet fil-lokalità tal-Birgu mill-Pulizija fil-jum li ġiet organizzata attività kulturali il-Birgu, ċioe s-Sibt 8 t'Ottubru 2011 u l-Ħadd filgħodu 9 t'Ottubru 2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-ġranet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ingħataw 72 ċitazzjonijiet fuq kontravenzonijiet tat-traffiku.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena ngħataw 30 direct order li jammontaw għal €1,038,692.07.