Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kera tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, splodiet minn €20.96 kull tliet xhur għal €213.04 kull tliet xhur?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jara r-risposta għal din il-mistoqsija f’mistoqsija parlamentari 38132 seduta numru 524.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni mal-Awtorità tad-Djar li r-referenza tagħha qed tintbagħat separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qed tistenna lill-persuna msemmija tlesti x-xogħlijiet u tibghat l-ircevuti fiskali, sabiex ikun jista’ jsir il-hlas, u dan kif kien gie maqbul fil-ftehim iffirmat bejn il-persuna msemmija u l-Awtorita’ tad-Djar fl-4 ta’ Gunju 2012.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet ta' Skema Q li permess tagħha ċ-ċenswalisti ta' plots tal-Home Ownership jistgħu jifdu ċ-ċens fuq il-plot tagħhom?
Response (SAID, CHRIS)
Qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali ta' għotjiet, f'terminu ta' flus, li ġie approvat mill-Awtorità tad-Djar għall-perjodu 1/1/2011 sa 19/11/2011 għall-iskemi ta' sussidju fuq xogħlijiet ta' rranġar u titjib f'residenzi okkupati minn sidien u/jew inkwilini (kemm tal-gvern kif ukoll privat)? Kemm hu l-ammont totali ta' għotjiet, f'terminu ta' flus, li ġie approvat għall-perjodu 1/1/2012 sa 19/11/2012 għall-iskemi ta' sussidju fuq xogħlijiet ta' rranġar u titjib f'residenzi okkupati minn sidien u/jew inkwilini (kemm tal-gvern kif ukoll privat)? Il-figuri t'hawn fuq għandhom jeskludu għotjiet fuq l-iskema ta' għajnuna fuq xogħlijiet ta' strutturi perikolużi f'proprjetà tal-gvern.
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar approvat dawn l-ammonti ta’ ghotjiet ghall-skemi ta’ sussidju fuq xoghlijiet ta' rranġar u titjib f'residenzi okkupati minn sidien u/jew inkwilini (kemm tal-gvern kif ukoll privat), skont il-perjodi msemmija:
2011 = €350,987.02
2012 = €103,085.92*
* din iċ-ċifra ma tinkludiex il-fuq minn 100 applikazzjoni li ġiet sottomessa din is-sena taħt din l-iskema u li għad jonqos issir l-ispezzjoni.
Awtorità tad-Djar — sussidju għal persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali ta' sussidju li ġie approvat mill-Awtorità tad-Djar għall-perjodu 1/1/2011 sa 19/11/2011għall-persuni b'diżabilità fuq l-iskema li tissusidjahom sabiex isiru xogħlijiet ta’ titjib relatati mad-diżabilità tagħhom fir-residenzi okkupati minnhom? Kemm hu l-ammont totali ta' sussidju li ġie approvat mill-Awtorità tad-Djar għall-perjodu 1/1/2012 sa 19/11/2012 għall-persuni b'diżabilità fuq l-iskema li tissusidjahom sabiex isiru xogħlijiet ta’ titjib relatati mad-diżabilità tagħhom fir-residenzi okkupati minnhom?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar approvat dawn l-ammonti ta’ ghotjiet għall-persuni b'diżabilità taht l-iskema li toffri sussidju sabiex isiru xogħlijiet ta’ titjib relatati mad-diżabilità tagħhom fir-residenzi okkupati minnhom, skont il-perjodu kif imsemmi:
2011 = €152.669.15
2012 = €193,571.82
JIsta' l-Ministru jgħid ingħatax it-tender biex binja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tiġi finished minn ġewwa? Meta se jinbeda dan ix-xogħol?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ghaddiet it-tender dwar il-finishing tal-binja msemmija lid-Dipartiment tal-Kuntratti fil-5 ta’ Settembru, 2012 ghall-publikazzjoni. Din giet ippublikata mid-Dipartiment tal-Kuntratti fil-Gazzetta tal-Gvern fid-9 ta’ Novembru, 2012 u taghlaq fl-20 ta’ Dicembru, 2012.
Ix-xoghol mistenni jibda ftit gimghat wara li jaghlaq il-perijodu tal-appelli fil-process tal-ghazla.
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li kienet applikat għal children allowances u għadha mhux tieħodhom?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata dwar il-każ tagħha.
B'referenza għal single mother li taħdem full-time u għandha iben ta' età minorenni b'diżabilità serja, jista' l-Ministru jgħid x'benefiċċji soċjali hi/huma intitolati għalihom?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sinjura li hija single mother u li taħdem full time tista’ tapplika għall-Allowance għat-tfal kif ukoll għall-Allowance tat-tfal b’Diżabilita’ sakemm it-tifel jagħlaq l-erbatax (14) il-sena (fil-każ li jbati minn vista batuta) jew is-sittax (16) il-sena f’każ ta’ diżabilita’ fiżika jew intellettwali.
Wara dawn l-etajijiet, minflok allowance tat-Tfal u Allowance għal tfal b’diżabilita’, l-omm tista’ tapplika għal Pensjoni tad-Dizabilita’ f’isem it-tifel.
Jista’ jkun ukoll li l-omm tkun intitolata għal Karta r-Roża minħabba d-diżabilita’ tat-tifel, għalkemm dan id-dritt jista’ jkun dipendenti fuq test tal-mezzi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li tbati bil-kundizzjoni Wilson Condition, hux intitolata għall-għajnuna tal-mard ?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-marda Wilson’s Disease hija mnizzla fl-iskeda ta’ mard kroniku li jintitola persuna għall-Għajnuna Medika. Tajjeb jingħad li sabiex tidher quddiem il-board mediku il-persuna trid tgħaddi mit-test tal-mezzi.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba, tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, sabiex tistalla PVs fuq il-parti tal-bejt tagħha fuq l-appartamenti tal-gvern?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ma rċeviet l-ebda talba fuq stallazzjoni ta’ PVs fuq il-parti tal-bejt ta’ din il-familja.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament rat żieda sostanzjali fil-kera li qed tħallas u dan meta ma kien hemm ebda bidla fil-kundizzjonijiet?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-revisjoni tal-kera tal-individwu ndikat ġiet maħduma s-sena l-oħra u gholliet minn €215 fis-sena għal €302 fis-sena minhabba li d-dhul tieghu ghas –sena 2010 kien jammonta ghal €13,512 u dak tas-sena 2008 kien jammonta għal €10,968. Għalhekk dan ifisser li l-klijent qiegħed jibbenefika minn sussidju ta’ 30% u huwa qiegħed iħallas kera ta’ €25.17 fix-xahar, jigifieri 83 euro cent kuljum.
Jista' l-Prim Ministru jgħid lil din il-Kamra jekk matul il-perjodu ta' bejn 1 ta' Jannar 2012 u l-31 ta' Ottubru 2012 kienx hemm okkażjonijiet fejn sar użu minn fondi pubbliċi sabiex xhieda barranin jinġiebu jixhdu f'pajjiżna kontra ċittadini Maltin u/jew Għawdxin fi proċeduri relatati ma' kaċċa u nsib? Jekk iva, f'liema istanzi ġara dan u kemm kienet l-ispiża minn fondi pubbliċi?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu ta' bejn 1 ta' Jannar 2012 u l-31 ta' Ottubru 2012 id-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja ma għamel ebda ħlas sabiex xhieda barranin jinġiebu jixhdu f'pajjiżna kontra ċittadini Maltin u/jew Għawdxin fi proċeduri relatati ma' kaċċa u nsib
Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li single parent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tieħu post tal-housing minħabba li fil-fond li tgħix huwa żgħir ħafna għal seba' persuni?
Response (SAID, CHRIS)
B'risposta ghall-Mistoqsija Parlamentari 38,451 ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jara r-risposta għal din il-mistoqsija f'mistoqsija parlamentari 37,096 seduta numru 511.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal-djar soċjali? Jista’ jgħid kemm hemm minin dawn l-applikazzjonijiet li ilhom iktar minn sitt xhur, sena, sentejn, tliet snin, erba’ snin u aktar?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant l-Awtorità tad-Djar fil-prezent ghandha 1693 applikazzjoni ghall-akkommodazzjoni socjali. L-informazzjoni mitluba qiegħda fit-tabella t’hawn taħt:-
Perjodu
Nru t’Applikazzjonijiet
Aktar minn 6 xhur
149
Aktar minn sena
255
Aktar minn sentejn
154
Aktar minn tlett snin
69
Aktar minn erba’ snin u aktar
640
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 37655, jista' l-Ministru jgħid għaliex għandu jmur l-inkwilin li l-fond tiegħu għandu l-ħsarat biex japplika għal għajnuna finanzjarja sabiex jiġu imsewwija l-ħsarat kkonstatati mill-perit tad-Dipartiment tal-Artijiet meta dawn il-ħsarat qed isiru skont ir-rapport tal-istess perit minn ta' fuqu?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-obbligu ta’ tiswija tal-ħsara fl-appartament ta’ taht taqa’ taht ir-responsabiltà tal-okkupant ta’ fuq.
Ghalhekk l-Awtorità tad-Djar titlob illi d-Dipartiment tal-Artijiet jiehu dawk il-mizuri kollha necessarji fil-konfront tal-okkupant ta’ fuq sabiex tara li l-hsara tigi rimedjata mill-aktar fis, u dan skond procedura stabbilita bejn iz-zewg entitajiet fl-2011 ghal sitwazzjonijiet simili. Fejn dan l-inkwilin ma jasalx finanzjarjament, l-Awtorità tkun tista’ tghin permezz tal-iskemi taghha fejn applikabli.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jsir il-kuntratt bejn l-Awtorità tad-Djar u l-inkwilini l-ġodda fl-indirzz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-familja ndikata ser tiffirma l-kuntratt tal-post fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li kellu jsir xi xogħol minħabba l-katusa tal-ilma imma s'issa għadu ma beda xejn?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ħarġet sejħa għal stimi għal xogħol simili fi 12-il appartament fit-12 ta’ Settembru, 2012. It-talba għalqet fl-20 ta’ Settembru, 2012, iżda x-xogħol ma ġiex assenjat. Is-sejħa reġgħet ħarġet fit-28 ta’ Settembru, 2012 u għalqet fl-10 t’Ottubru, 2012. Ġew evalwati l-offerti u intagħżel il-kuntrattur li ser jagħmel ix-xogħlijiet. Il-kuntrattur ġie ordnat jibda f’dawn l-appartamenti fit-12 ta’ Novembru, 2012 u għandu jlesti sal-14 ta’ Jannar, 2013.