Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żviluppi high-rise — policy dwar ħarsien minn terremoti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13081, fejn il-Ministru qal li r-responsabilità tad-disinn tal-istruttura ta’ kull binja hija tal-perit tal-proġett, jista’ jgħid jekk anke f’każ ta’eventwalità ta’ terremot, dan ifissirx li l-perit huwa responsabbli minn dawk li jkunu sofrew xi danni minn xi terremot?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13081 li ngħatat fis-seduta 167.

Il-Mosta – Applikazzjoni/DNO ta’ xogħol ta’ pavimentar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid in-numru tal-applikazzjoni jew Development Notification Order (DNO) li bih l-Awtorità tal-Ippjanar approvat ix-xogħlijiet tal-pavimentar u t-toroq fil-Mosta?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13520, infakkar lill-Onor. Interpellant li “L-għemil jew tfassil ta’ toroq u bankini kif indikati fi pjan regolatur, u l-ħolqien jew tibdil ta’ bankini fil-konfini ta’ l-iżvilupp,” fost oħrajn, huwa permissibbli u għalhekk mhux meħtieġ permess jew notifika lill-Awtorità tal-Ippjanar suġġett għal kundizzjonijiet u limitazzjonijiet elenkati fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.08, partikolarment il-Klassi 3 tal-Ewwel Skeda. Madankollu, mhux eskluż li ssir notifika lill-Awtorità għal xogħlijiet li għalihom qed isir hawn fuq anke jekk dan mhux meħtieġ. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ referenzi ta’ permessi u notifika ta’ żvilupp approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar għal xogħlijiet ta’ pavimentar u xogħlijiet oħra f’toroq fil-Mosta mis-sena 2018. Il-lista nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fejn il-proposta tal-iżvilupp pprovduta mill-Perit tal-każ tinkludi l-kliem: 'pavement', 'paving', 'paviment', 'road', 'street', 'triq' jew 'toroq' u l-Kunsill Lokali mniżżel bħala dak tal-Mosta.

Ħal Tarxien — Triq Karlu Maratta - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru ġewwa Triq Karlu Maratta, Ħal Tarxien u senjatament jekk huwiex minnu li hemm xi tappieri li huma ssiġillati kompletament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – Nefqa fuq reklmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Pjanijiet Lokali ta’ Malta u Għawdex – proċess ta’ reviżjoni

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 6083 (tat-Tlettax-il Leġislatura li ġiet imwieġba fit-13 ta' Ġunju 2018) u 8737 dwar fiex wasal il-proċess biex jiġu riveduti l-Local Plans ta’ Malta u Għawdex, fejn dakinhar kien ġie mwieġeb li "x-xogħol fuq ir-reviżjoni komprensiva tal-Pjanijiet Lokali kollha għal Malta u Għawdex kompla għaddej u issa qed ikun hemm focus fuq numru ta’ issues li huma ta’ natura aktar strateġika u li jinħtieġ ġbir ta’ aktar informazzjoni u evalwazzjoni ta’ options differenti u li l-Awtorità tal-Ippjanar għaddejja bi studji varji, meħtieġa għal reviżjoni tal-Local Plans", jista’ l-Ministru jgħid x'sar f'dawn is-snin u jekk il-Local Plans ta' Malta u ta' Għawdex humiex se jiġu riveduti matul is-sena 2023/2024?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq ir-reviżjoni komprensiva tal-Pjanijiet Lokali kollha għal Malta u Għawdex għadu għaddej.

ERA — Rapporti dwar irwejjaħ ta’ tarmak jew qatran minn impjant

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12312, dwar rapporti minn residenti ġewwa l-Iklin, il-Għargħur, San Ġiljan u San Ġwann lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar irwejjaħ ta’ tarmak jew qatran minn impjant li jinsab fil-viċinanzi u li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istess impjant indikat huwiex konformi mal-kundizzjonijiet tal-permessi maħruġa?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li,l-impjant tal-Asphalt tal-Bitmac ilu jopera sa mis-snin sittin, b’referenza għall-permess PB1898/64. L-impjant huwa ukoll viżibbli fuq il-pjanti tal-1968 (survey sheets) li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-attività u l-produzzjoni tal-asphalt f’dan is-sit għall-finijiet ta' liġi tal-Ippjanar hija waħda koperta b'permess.

L-Imqabba – Applikazzjoni għal Impjant

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Imqabba kienx infurmat, u jekk iva kif kien infurmat, dwar l-applikazzjoni PA/06976/21? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm kunsilli oħra jew kumitati reġjonali li kienu informati b'din l-applikazzjoni? Fi kwalunkwe każ, jista' jgħid meta u kif dawn l-entitajiet ġew infurmati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13120.

Awtorità tal-Ippjanar — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12759 u jippreżenta lista ta’ impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar li qegħdin jaħdmu f’Ministeri, entitajiet, aġenziji, dipartimenti jew kumpaniji tal-Gvern, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jelenka kull persuna fejn qiegħda taħdem, ir-rwol li qiegħda tokkupa, minn meta bdiet taħdem, u x’mekkaniżmu ntuża għal ingaġġ fil-post tal-impjieg/rwol kurrenti (on loan, on leave without pay, detailing, secondment, eċċ.)?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Awtorità tal-Ippjanar — Ħlas lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12758 u jgħid kemm ħallset flus l-Awtorità tal-Ippjanar lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali mill-1 ta’ Jannar 2013, maqsuma sena b'sena, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jelenka lista tas-servizzi u spejjeż li ffurmaw dawn l-ammonti, sena b’sena għal kull servizz jew spiża?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13124.

Awtorità tal-Ippjanar — Żviluppi mhux koperti b’permess ta’ żvilupp - Sit elettroniku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12635 u cjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12289, jista' l-Ministru jikkjarifika għaliex il-każijiet li mhumiex fuq il-lista, kif ukoll numru kbir ta' każijiet, speċjalment mill-2021 'l hawn, mhumiex aċċessibbli minn fuq is-sit tal-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13125.

Xatt tax-Xgħajra – Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsabu x-xogħlijiet fuq il-ħadid tax-Xatt tax-Xgħajra u x’għad fadal isir?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ninsab infurmat li sal-lum twaħħal fil-post 33 metru ta’ railing tal-ħadid li nħadem mill-ġdid, kif ukoll 87 metru ta’ railing li ġie msewwi, ggalvanizzat u ngħata l-powder coating. Bħalissa qiegħed isir xogħol fuq medda oħra ta’ 48 metru ta’ railing li qiegħed jissewwa.

Raħal Ġdid – Pjazza quddiem il-Knisja ta’ Għajn Dwieli — Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsabu x-xogħlijiet fuq il-pjazza ta’ quddiem il-Knisja tal-Kapuċċini ta’ Għajn Dwieli u x’għad fadal isir?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa inqala’ l-ħajt l-antik kollu u nbena wieħed ġdid fuq in-naħa tax-xellug tal-knisja. Barra minn hekk, inbniet rampa għall-persuni bi bżonnijiet speċjali u nħadmu l-balavostri kollha.Ix-xogħol li għad jonqos jikkonsisti fil-bini tal-ħajt fuq in-naħa tal-lemin tal-knisja, it-tqegħid tas-sottobank, tal-balavostri u tas-soprabank.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Konsulenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12499 rigward kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jipprovdi l-isem u l-kunjom tal-konsulent fi Skala 6?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, data personali ta’ persuni li jokkupaw karigi inqas mill-iskali ta’ management ma jingħatawx sabiex jitħaddem il-prinċipju tal-bilanċ bejn il-protezzjoni tad-data u l-interess pubbliku.

San Ġiljan — Xogħlijiet fuq il-promenade

Question

Fid-dawl li l-mistoqsija parlamentari 12294 kienet rigward ix-xogħlijiet li saru fuq il-promendade ta’ San Ġiljan, iżda ġejt referut għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11852 li kienet fuq tas-Sliema, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12294 u jgħid x’xogħlijiet saru fuq il-promenade ta’ San Ġiljan bejn Jannar 2023 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li bejn Jannar 2023 u llum, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq manutenzjoni fuq lampi dekorattivi u bdil ta’ bozoz fuq talba tal-Kunsill Lokali, fil-promenade ta’ San Ġiljan. Ngħarraf ukoll li d-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi, m’huwiex l-uniku Dipartiment responsabbli mill-manutenzjoni tal-Promenade ta’ San Ġiljan.

Kunsill Lokali Mqabba – Applikazzjoni ta’ permess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Imqabba kienx infurmat u kif kien infurmat dwar l-applikazzjoni bin-numru PA/06976/21? Jista’ jgħid jekk kienx hemm kunsilli lokali oħra jew kumitati reġjonali li kienu infurmati b’din l-applikazzjoni? Fi kwalunkwe każ, jista’ jgħid meta u kif dawn l-entitajiet ġew infurmati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ġejt infurmat mill-Awtorita’ li, l-Kunsill Lokali tal-Imqabba ġie infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar permezz tas-sistema elettronika tal-Awtorità, kif stipulat fis- Sub-Regolamenti 6(7)(c) u 8(1) tal-Liġi Sussidjarja 552.13. Kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 13056, kull applikazjoni li tkun meqjusa kompluta u tkun tista’ tibda tiġi pproċessata mill-Awtorità tiġi ppublikata fuq il-websajt tad-Dipartiment tal-Informazzjoni kull nhar ta’ Erbgħa. Din l-applikazzjoni kienet ġiet ippublikata fit-22 ta’ Marzu 2023. Il-pubbliku u l-Kunsilli Lokali kollha u l-Kumitati Reġjonali setgħu idaħħlu l-kummenti tagħhom fil-perjodu speċifikat fl-istess pubblikazzjoni.

Awtorità tal-Ippjanar — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12759 u jippreżenta lista ta’ impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar li qegħdin jaħdmu f’Ministeri, entitajiet, aġenziji, dipartimenti jew kumpaniji tal-Gvern, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jelenka kull persuna fejn qiegħda taħdem, ir-rwol li qiegħda tokkupa, minn meta bdiet taħdem, u x’mekkaniżmu ntuża għal ingaġġ fil-post tal-impjieg/rwol kurrenti (on loan, on leave without pay, detailing, secondment, eċċ.)?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Awtorità tal-Ippjanar — Servizzi u spejjeż imħallsa lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12758 u jgħid kemm ħallset flus l-Awtorità tal-Ippjanar lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali mill-1 ta’ Jannar 2013, maqsuma sena b'sena, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jelenka lista tas-servizzi u spejjeż li ffurmaw dawn l-ammonti, sena b’sena għal kull servizz jew spiża?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, l-Awtorità tal-Ippjanar ħallset lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali l-ammonti kif rappurtati fit-tabella hawn taħt. Sena Ammont € Lista ta' servizzi u spejjeż 2016 51,000.00 Spejjeż għall-operat tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kultura 2021 54,137.91 Rimbors tas-salarju tas-Supretendent tal-Patrimonju Kulturali bħala parti mill-impenn tal-Awtorita’ sabiex tinħoloq sinerġija mal-operat tas-Sovrintendenza 2022 48,685.96 Rimbors tas-salarju tas-Supretendent tal-Patrimonju Kulturali bħala parti mill-impenn tal-Awtorita’ sabiex tinħoloq sinerġija mal-operat tas-Sovrintendenza 2022 500.00 Obbligazzjoni għall-Patrimonju fuq PA1042/16 2023 34,730.60 Rimbors tas-salarju tas-Supretendent tal-Patrimonju Kulturali bħala parti mill-impenn tal-Awtorita’ sabiex tinħoloq sinerġija mal-operat tas-Sovrintendenza

Awtorità tal-Ippjanar — Żviluppi mhux koperti b’permess ta’ żvilupp - Sit elettroniku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12635 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12289, jista' l-Ministru jikkjarifika għaliex il-każijiet li mhumiex fuq il-lista, kif ukoll numru kbir ta' każijiet, speċjalment mill-2021 'l hawn, mhumiex aċċessibbli minn fuq is-sit tal-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każijiet ta' avviżi ta' infurzar huma aċċessibbli biss mill-websajt tal-Awtorità tal-Ippjanar iżda mhux mill- portal tal-eApplications li fiħ jingħata aċċess għal applikazzjonijiet sottomessi minn Periti f'isem il-klijenti tagħhom. Is-sit milqut b'avviż ta' infurzar ikun indikat fuq il-Mapserver tal-Awtorità stess.

BCA — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12530, 12646 u 12894 u jgħid min huma l-konsulenti tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u kemm-il direct order ingħata lil dawn il-konsulenti mill-bidu tat-twaqqif tal-Awtorità, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ dawn id-direct orders kif ukoll tax-xogħol li jridu jwettqu għall-ħlas li qed jingħataw? Jista’ jgħid ukoll x’kienu x-xogħlijiet imwettqa minn dawn l-konsulenti u jekk dan kienx jinkludi wkoll li jagħmlu reviżjoni tal-‘Method Statements’?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.