Direttivi jew regolamenti tal-UE dwar il-ħarsien tal-konsumatur
Question
Jista’ l-Ministru jgħid attwalment jekk hemmx xi direttivi jew regolamenti tal-UE dwar il-ħarsien tal-konsumatur, li jridu jiġu trasposti fil-liġi Maltija? Jekk hemm, jista’ jelenka liema huma u x’ħidma saret dwar it-traspożizzjoni tagħhom s’issa? Jista’ jgħid attwalment jekk hemmx xi direttivi jew regolamenti tal-UE dwar il-kompetizzjoni li jridu jiġu trasposti fil-liġi Maltija? Jekk hemm, jista’ jelenka liema huma u x’ħidma saret dwar it-traspożizzjoni tagħhom s’issa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regolamenti huma direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea u huma biss id-direttivi li jirrikjedu traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali.
Għaldaqstant fir-rigward ta’ direttivi tal-UE dwar il-ħarsien tal-konsumatur, bħalissa hemm tlett direttivi li għad iridu jiġu trasposti. Dawn huma:
1. Id-direttiva (UE) 2019/771 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti li se tkun qiegħda tiġi trasposta permezz tal-Abbozz ta’ Liġi Nru 248 msejjaħ l-Att sabiex jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378. Dan għandu jgħaddi għall-istadju ta’ Kumitat quddiem il-Parlament wara lit-tieni qari ta’ dan l-Abbozz sar fl-1 ta’ Diċembru 2021.
2. Id-direttiva (UE) 2019/2161 dwar l-infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur li bħalissa għaddejja minn stadju ta’ konsultazzjoni pubblika.
3. Id-direttiva (UE) 2020/1828 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, li kif ġie spjegajt fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20850, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur qed jieħu sehem fil-laqgħat organizzati mill-Kummissjoni Ewropea dwar it-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa m’hemmx direttivi tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompetizzjoni li jridu jiġu trasposti fil-liġi Maltija.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20850, jista’ l-Ministru jgħid meta saret jew ser issir il-konsultazzjoni pubblika dwar it-twettiq bħala parti mill-liġi Maltija tad-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’ din id-Direttiva u kif indikat fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20850, il-konsultazzjoni pubblika hija ppjanata li ssir aktar ’il quddiem. It-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali ta’ din id-Direttiva għandha sseħħ sal-25 ta’ Diċembru 2022, filwaqt illi l-miżuri tagħha japplikaw mill-25 ta’ Ġunju 2023.
Sadanittant, kif indikat fl-istess risposta tal-mistoqsija parlamentari 20850, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur qed jieħu sehem fil-laqgħat organizzati mill-Kummissjoni Ewropea dwar it-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Tiġdid ta' telework/remote working
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta'
telework/remote working
ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 23717.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistqosija parlamentari 23657, jista l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Grading and Salary Structure tal-Istitut tal-Istudji Turistici, li l-Ministru qed jirreferi għalih?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
B'referenza għat-tweġiba 23657 u l-mistoqsija sussegwenti tiegħu, ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tabella segwenti:
Grade
Nomenclature
Salary Scale 2020 - 2022
Grade 1
Chief Executive Officer
€51,506
Grade 2
Director
€36,000 - €44,400
- Director of Studies
- Chief Operations Officer
Grade 3
Senior Manager
€34,000 - €41,300
ITS – ftehimiet ma’ entitajiet/kumpaniji fil-qasam edukattiv Maltin u internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ftehimiet li għandu l-ITS ma' entitajiet/kumpaniji Maltin u internazzjonali fil-qasam edukattiv? Jista’ jpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-korsijiet offruti ma' dawn l-entitajiet?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Din hija l-lista tal-ftehimiet li għandu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-qasam edukattiv:
Partner
Course
Haaga-Helia University of Applied Sciences
Bachelor in International Hospitality Management (Hons)
Institut Paul Bocuse
Bachelor in Culinary Arts (Hons)
DAN Europe
Bachelor of Science in Diving Safety Management
Malta Developers Association
Real Estate Agents Courses
Emirates Academy of Hospitality Management
Masters in Business Administration in International Hospitality Management
SUNx
Diploma in Climate Friendly Travel
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tas-senior management tal-ITS u jgħid x'salarju u perkaċċi għandu kull wieħed minnhom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Senior Management fi ħdan l-Istitut tal-Istudji Turistiċi jikkonsisti minn:
Kariga
Grade
CEO
1
Chief Operating Officer x 2
2
Senior Manager x 4
3
Is-salarji u l-perkaċċi – li jinkludu
all inclusive car allowance
,
expense allowance
u
communication allowance
(mobile u spejjez ta’ telekomunikazzjoni) – huma skont il-
Grading and Salary Structure
tal-Istitut.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Contracts for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn it-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/770 saret tramite liġi sussidjarja – preċiżament l-A.L. 406 tal-2021 - waqt li t-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/771 qed isir tramite emendi għal-liġi primarja – u ċjoè l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur Kap. 378 tal-Liġijiet ta’ Malta - dan meta wieħed iqis li l-materja koperta fiż-żewġ direttivi, hi strettament marbuta?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suġġett regolat permezz tad-Direttiva (UE) 2019/771 huwa diġa’ inkluż fit-Taqsima X tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378) intitolata “Bejgħ ta’ oġġetti lil konsumaturi” u konsegwenzjalment it-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/771 kienet teħtieġ emendi tal-imsemmija Taqsima X.
Min-naħa l-oħra d-Direttiva (UE) 2019/770 hija kompletament innovattiva u fil-fatt m’hemmx dispożizzjonijiet simili fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur. Għalhekk it-trasposizzjoni tad- Direttiva (UE) 2019/770 saret permezz tal-Avviż Legali 406 tal-2021 skont l-artikolu 7 (1) (g) tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant illi mill-2001, speċifikament minn meta kienet saret it-traspo¿izzjoni tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod, permezz tar-Regolamenti tal-2001 dwar Bejgħ mill-Bogħod (Avviż Legali 186 tal-2001), il-maġġoranza tad-Direttivi jew Regolamenti tal EU li kellhom jiġu trasposti ġew imwettqa permezz ta’ Regolamenti taħt l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.
Ministeru għat-Turiżmu l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Contracts of service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika - Contracts of service
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?
Bi riferenza għat-twegiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 22442, jista’ l-Ministru fir-rigward ta’ l-liġijiet amministrati mill-entitajiet li semma hu fit-tweġiba tiegħu jgħid f’kull istanza liema hi d-dispożizzjoni tal-liġi li speċifikament timplimenta l-Artikolu 9(4)(g) tar-Regolament (UE) 2017/2394 li qed jiġi riprodott hawn taħt:
‘(g) fejn ma hemmx disponibbli mezzi effettivi oħra, iwaqqfu jew jipprojbixxu l-każijiet ta’ ksur koperti minn dan ir[1]Regolament u sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ ħsara serja lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi:
(i) is-setgħa li jneħħu kontenut jew li jirrestrinġu l-aċċess għal interfaċċa online jew jordnaw il-wiri espliċitu ta’ twissija lill-konsumaturi meta huma jaċċedu għal interfaċċa on
(ii) is-setgħa li jordnaw fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ineħħi, jiddiżattiva jew jirrestrinġi l-aċċess għal interfaċċa online; jew
(iii) fejn adatt, is-setgħa li jordnaw lir-reġistri jew ir-reġistraturi tad-dominji biex iħassru isem ta’ dominju kkwalifikat bis-sħiħ u li jħallu lill-awtorità kompetenti kkonċernata tirreġistrah;
inkluż billi jitolbu terzi jew awtorità pubblika oħra biex jimplimentaw tali miżuri.’
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi:
· għall-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u għall-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur, id-dispożizzjonijiet tal-liġi joħorġu mill-Artikolu 12Ċ(1)(ċ)(iii) u ż-żewġ provisos taħt l-Artikolu 12F tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378);
· għall-Awtorita ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, id-dispożizzjoni ġiet trasposta tramite emendi għal Kap. 418 tal-Liġijiet ta’ Malta li saru bis-saħħa tal-Att Numru XXXIII tal-2021 fejn allura ġie ntrodott l-artikolu 32A li jimplimenta dawn il-mizuri;
· għall-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, il-leġiżlazzjoni li toħroġ mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, kif ukoll mill-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 586), flimkien mal-leġiżlazzjoni sussidjarja maħruġa taħtu, tipprovdi għas-setgħat neċessarji għall-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament (UE)2017/2394, b’mod partikolari, fir-rigward tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/58/KE;
· għall-Awtorità tal-Mediċini d-dispożizzjonijiet li joħorġu mir-Regolamenti dwar Prodotti Mediċinali (Inġunzjoni dwar ir-Riklamar) (L.S. 458.51) kif ukoll mill-Artikolu 100(1) tal-Att dwar il-Mediċina jipprovdu għas-setgħat neċessarji fl-Artikolu 9(4)(g) tar-Regolament; u
· għad-Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili, il-leġiżlazzjoni li toħroġ mill-Att dwar l-Awtorità għat-Trasport f’Malta (Kap. 499), artikolu 43 (4), (5) u (6) tipprovdi għas-setgħat neċessarji għall-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament (UE)2017/2394 fir-rigward tad-Direttivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tiegħu.
Fir-rigward tal-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta qed jigi kkonfermat illi r-Regolamenti ġodda mħejjija li ser jiġu promulgati taħt l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (Kap. 330 tal-Ligijiet ta’ Malta) biex ikomplu jassiguraw il-konformita’ mar-Regolament (UE) 2017/2394, ser ikun fihom dispożizzjoni dwar il-poteri tal-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta li timplimenta l-Artikolu 9(4)(g) tal-istess Regolament (UE) 2017/2394. Dan qed jiġi wkoll ikkonfermat għall-emendi li qed jiġu mħejjija mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu f’regolamenti li ser jiġu promulgati taħt l-Att dwar Servizzi tal-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta (Kap. 409), filwaqt li l-Awtorità tax-Xandir qed taħdem fuq emendi fl-Att dwar ix-Xandir (Kap. 350) fosthom il-Leġislazzjoni Sussidjarja u se tkun qed tara li l-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.12 tinkorpora l-emendi neċessarji sabiex tirrifletti l-provvedimenti Ewropej.
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-premessa 7 ta’ dan ir-Regolament ((UE) 2017/2394) jagħti lok li l-awtoritajiet kompetenti ma jkollomx is-setgħtat kollha, dment li kull waħda minn dawk is-setgħat tkun tista’ tiġi eżerċitata b’mod effettiv u kif meħtieġ fir-rigward ta’ kwalunkwe każ ta’ ksur kopert minn dan ir-Regolament.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur– parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16355, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Jista’ l-Ministru jgħid xi produzzjonijiet ta' films inġibdu ġewwa l-gżira ta' Għawdex mill-1 ta' Jannar 2021 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallew flus fl-ekonomija ta' Għawdex kull wieħed minn dawn il-produzzjonijiet? Jista jghid xi produzzjonijiet ta' films hemm ippjanati li jingibdu ġewwa l-gżira ta' Għawdex matul is-sena 2022?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena inġibdu ħames produzzjonijiet ġewwa Għawdex. Dawn jinkludu:
· żewġ sensiliet għat-televiżjoni li kienu
The Madam Blanc Mysteries
, serje Ingliża li inġibdet f’bosta lokalitajiet madwar Għawdex, kif ukoll is-serje Svediża
Blinded
, li partijiet minnha inġbdu f’Kemmuna.
· żewġ
Reality Shows
; wieħed Svediż –
Make or Break
– li nġibed kollu f’Għawdex fuq medda ta’ 24 ġurnata, kif ukoll
Below Deck Mediterranean
,
reality show
popolari ferm fl-Amerika li għalih ukoll ingibdu diversi xeni Għawdex.
· F’Għawdex inġibdu ukoll xeni għall-film ko-produzzjoni Ġermaniża-Maltija b’l-isem ta’
The Dive
.
Huwa stmat li matul il-ġbid tagħhom, dawn il-produzzjonijiet ser ikunu nefqu ’l fuq minn 6 miljun Ewro fil-gżejjer Maltin.
Intant, il-Kummissjoni Maltija għall-Films għaddejja b’ħidma kontinwa biex tattira aktar produzzjonijiet lejn pajjiżna, inkluż lejn Għawdex.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-isponsorships ingħataw prinċipalment hekk kif ġej:
· Malta Film Commission – sponsorjat attivitajiet relatati ma’ festivals tal-films
· Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) – Fellowship Exposure Grants lill-ħaddiema tagħha
· Awtorita’ tal-Mediċina – Fellowship Exposure Grants u korsijiet oħra lill-ħaddiema tagħha
· Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) – sponsorships ta’ natura turistika li l-maġġorparti tagħhom ilhom jiġu sponsorjati għal snin sħaħ. Dawn jgħaddu mill-iskrutinju ta’ Kumitat fi ħdan l-MTA imwaqqaf apposta għal dan il-għan. L-informazzjoni f’dan il-każ hija ta’ natura kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ liema mediċini raw roħs fil-prezz fl-aħħar erba’ snin, sena b’sena? Kif jinħadem dan il-proċess mill-awtoritajiet kompetenti?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità dwar il-Mediċini taħdem mill-qrib mal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) u l-imsieħba farmaċewtiċi sabiex fis-suq Malti jkun hawn kompetizzjoni xierqa li tassigura mediċini bi prezz ġust. L-MCCAA ssegwi x-xenarju tal-prezzijiet f’pajjiżi Ewropej filwaqt li l-Awtorità dwar il-Mediċini żżomm djalogu kontinwu u sħiħ mal-imsieħba farmaċewtiċi sabiex tkun aċċertata provvista xierqa ta’ mediċini lil kull pazjent. Il-proċess sabiex prodott mediċinali jiġi mraħħas fis-suq huwa prinċipalment ibbażat fuq riċerka fis-suq rigward tali prodott u diskussjonijiet mal-partijiet interessati.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ roħs fil-mediċini mħabbra mill-2017 ’l hawn..
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — nefqa rikorrenti vutati għal pagi ta' persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Persons of trust
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22149, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għat-Turiżmu, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minkejja li fl-2012 kien jeżisti Manwal, hu magħruf li kienu jinħatru Persons of Trust lil hinn mill-istess Manwal, saħansitra sal-livell ta’ Kabinett. Għaldaqstant ma nistax nagħti tweġiba kif sar fil-każ tal-Ministeri llum il-ġurnata. F’dak il-każ tweġiba xierqa trid iż-żmien biex tingħata u dan se jkun qed isir f’seduta ’l quddiem.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex il-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara għas-sajf li ġej titnaddaf aħjar u tiġi rranġata aħjar milli hi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni tara li t-tindif tal-Bajja tar-Rinella isir regolarment is-sena kollha. Intant l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien mal-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi offriet għajnuna lill-Kunsill Lokali li kellu jipproponi implimentazzjoni ta’ proġett żgħir ta’ tisbieħ għaż-żona msemmija.