Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21941 u jgħid kemm minn dawn il-konsulenti maħtura mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) nħatru wara sejħa pubblika u kemm minnhom ma ntgħażlux wara sejħa pubblika?
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti:
a. L-isem l-attivita;
b. L-iskop tal-attività;
c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.);
d. Id-Data tal-attività;
e. Il-post fejn saret;
f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u
g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Kif l-Onor. Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.
Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2024?
Ir-Rabat, Għawdex — Triq San Ġużepp, Triq is-Suq u Pjazza San Ġorġ – Permessi
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ permessi maħruġa mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal imwejjed u siġġijiet fi Triq San Ġużepp, Triq is-Suq u Pjazza San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17979 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba minn Jannar sa Settembru 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi jistgħu jittieħdu sabiex id-drenaġġ li jidher li qiegħed jiskula fi sqaq intern fi Triq A. M. Valperga Fgura jiġi mwaqqaf u rimedjat?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu u kemm skart inġabar f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena fid-diversi partijiet u rkejjen taż-Żejtun, b’mod speċjali madwar il-funtana ta’ Ġnien l-Għannejja?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-permessi maħruġa mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal imwejjed u siġġijiet fi Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta’ San Tumas?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
L-Imdina — Monument tal-ewwel Prim Ministru Malti Ġużè Howard - Screen
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn screen li twaħħal maġenb il-monument tal-ewwel Prim Ministru Malti Ġużè Howard fil-ġnien imsemmi għalih biswit il-Bieb tal-Imdina, qatt ma nxtegħel minn meta twaħħal tliet snin ilu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li ġejt infurmat li l-iscreen se jitneħħa dalwaqt.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda ta-Kamra lista li turi n-numru ta’ impjegati fid-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni għal kull xahar minn Jannar 2021 sax-xahar li fih tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema lista tkun tinkludi wkoll tagħrif dwar l-iskala/rwol tagħhom, il-lokalità ta’ fejn huma residenti u n-nazzjonalità tagħhom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19098, ninfurmaha li biex tingħata l-informazzjoni fid-dettall kif mitlub minnha, jinqabeż l-advisory cost.
Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni — Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni għal kull xahar minn Jannar 2021 sax-xahar li fih tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema lista tkun tinkludi wkoll tagħrif dwar l-iskala/rwol tagħhom, il-lokalità ta’ fejn huma residenti u n-nazzjonalità tagħhom?
Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi — Ballu tal-Karnival - Nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21616, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jagħti rendikont separat ta’ kemm kienet in-nefqa tal-Ballu tal-Karnival jew Ballo in Maschera ġewwa s-Sala tal-Konferenzi l-Belt, Valletta fl-2022 u fl-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm inbiegħu biljetti u kemm minnhom kienu complimentary tickets u x’kien il-profitt wara dan l-avveniment kemm fl-2022 u dak tal-2023 separatament?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ballu tal-Karnival ma sarx fl-2022. Filwaqt li nirreferiha għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21616, ninfurmaha li inbiegħu 283 biljett. Biljett wieħed biss kien complimentary.
Il-Belt, Valletta — Dar il-Mediterran għall-Konferenzi - Slaves Hall
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21615, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jagħti rendikont separat tan-nefqa totali tar-restawr li sar fuq l-iSlaves Hall ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta; rendikont separat ta’ kif intefqu l-fondi Ewropew u dawk lokali?
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Rapporti ta’ fastidju sesswali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-leġiżlatura kurrenti, kien hemm każ wieħed ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol. Sar rapport lill-Pulizija, u sussegwentament skattaw il-proċeduri dixxiplinarji skont il-ftehim kollettiv u l-impjieg ġie terminat.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika ta’ kemm ġew turisti, xahar b’xahar għas-snin 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, għal kull reġjun?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika – Nefqa fuq relazzjoni pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa tal-Ministeru tiegħu għal relazzjoni pubblika tul l-2023 u l-2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż reklamar u jagħti rendikont ta’ kif, fejn u kemm intefqu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lit-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.
Ninformah li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjal li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili speċjalment f’każ ta’ kampanji li jtulu.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika – Vjaġġi barra minn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ uffiċjali barra minn Malta għamel tul l-2023 u l-2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid x’kien l-iskop tal-vjaġġ, minn min ġie akkumpanjat fuq kull vjaġġ u kemm kienet in-nefqa għal kull vjaġġ?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar 21 xahar għamilt 7 vjaġġi uffiċjali barra l-pajjiż. Dan l-ivjaġġar kien dejjem relatat mas-suq turistiku fejn attendejt għal fieri u laqgħat informali dwar it-turiżmu, kif ukoll żjara Statali mal-President ta’ Malta. Id-delegazzjonijiet li assistewni kienu dawk skont il-bżonnijiet ta’ xogħol konness mas-safar. L-ispiża globali fuq il-vjaġġi bl-ajru kienet ta’ €29,866, waqt li l-ispiża globali fuq l-akkomodazzjoni kienet ta’ €9,060.