Port il-Kbir — Trasport bid-dgħajsa Maltija mill-barklori
Question
Peress li d-dgħajsa Maltija li sservi fil-Port il-Kbir mill-barklori hija mhedda kemm minħabba s-suq kompetittiv bil-miżura li toffri traġiet b’xejn bejn il-Belt u l-Kottonera u l-użu tal-lift tal-barrakka lil dawk li jużaw il-ferry, kif ukoll il-possibilità li ser jinbidel il-post tal-imbarkazzjoni, għaldaqstant tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru hux qed jiġi kkonsultat minn Transport Malta? Tista’ tgħid x’miżuri qed jittieħdu biex dan it-trasport folkloristiku jibqa’ attrazzjoni għat-turisti?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tressqu persuni quddiem il-Qrati minħabba allegat ksur tal-L.S. 378.05, mill-2017 s’issa, maqsuma sena b’sena? F’kull każ, tista’ l-Ministru tgħid x’kien l-eżitu finali?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma tressqu l-ebda persuni quddiem il-Qrati minħabba allegat ksur tal-L.S. 378.05.
Proċedimenti dwar ksur ta’ dispożizzjoni tal-artiklu 32 tal-Kap. 427
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm il-proċedimenti ttieħdu a tenur tal-artikolu 32 tal-Att dwar is-Sigurezza tal-Prodotti Kap. 427 fir-rigward ta’ xi ksur ta’ xi dispożizzjoni ta’ dik il-liġi jew ta’ xi regolamenti magħmula taħt l-istess liġi sena b’sena mill-2017 s’issa? F’full każ tista’ l-Ministru tgħid x’kien eżitu? Tista’ tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu riveduti s-sanzjonijiet previsti skont l-artikolu 32 wkoll, peress li jidher li dawn qatt ma ġew aġġornati minn mindu sar l-Att fil-2001?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2017 s’issa ma ttieħdet l-ebda azzjoni kriminali a tenur tal-Artikolu 32 stante illi ħafna mill-każijiet ta’ ksur ġew solvuti permezz ta’ miżuri alternattivi li jista’ jimponi id-Direttur Ġenerali skont il-liġi, b’effett li l-prodotti in kwistjoni ġew irtirati mis-suq.
Mill-2017 s’issa ġew irtirati mas-sebgħin (70) prodott permezz ta’ proċedimenti amministrattivi meħudha mid-Diviżjoni dwar Regolamenti Tekniċi fi ħdan l-MCCAA.
Is-sanzjonijiet li tista’ timponi l-Qorti għall-ksur tal-Att dwar is-Sigurezza tal-Prodotti Kap. 427 fir-rigward ta’ xi ksur ta’ xi dispożizzjoni ta’ dik il-liġi jew ta’ xi regolamenti magħmula taħt l-istess liġi, jitilgħu għal tlieta u għoxrin elf, mitejn, tlieta u disgħin euro, tlieta u sebgħin ċenteżmu (€23,293.73), jew priġunerija għal mhux iżjed minn erba’ snin, jew il-multa u l-priġunerija flimkien. Sa issa m’hemmx ħsieb li dawn is-sanzjonijiet jiġu riveduti b’tali mod li jiġu miżjuda jew imnaqqsa.
Ekokontribuzzjoni fuq l-akkomodazzjoni turistika f’Għawdex – proġetti u inizjattivi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fuq liema proġetti jew inizjattivi ġew użati s’issa l-flus miġbura mill-Eco-contribution fuq l-akkomodazzjoni turistika f’Għawdex u fiex hemm ippjanati li jintużaw matul ix-xhur li ġejjin?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għat-Turiżmu wettaq diversi xogħlijiet ġewwa Għawdex permezz tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu. L-MTA investiet prinċiparjament fl-immaniġġjar tal-bajjiet f’Għawdex u f’Kemmuna bil-għan li jitjiebu l-faċilitajiet u s-servizzi f’diversi żoni turistiċi. Dan jikkonsisti f’maintenance, beach supervision, lifeguards, first-aiders u anke marina ambulances. Bis-saħħa tal-investiment li sar, Għawdex issa għandu 3 bajjiet li rebħu l-istatus ta’ Blue Flag – il-bajja tal-Marsalforn, Ħondoq ir-Rummien u l-Bajja tar-Ramla l-Ħamra. Ta’ min wieħed isemmi li mill-2013 ‘l hawn, l-MTA investiti aktar minn miljun u nofs Ewro ġewwa Għawdex. Flimkien mal-Ministeru għal Għawdex, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu għal sena oħra reġgħet qed torganizza l-International Fireworks Festival propju ġewwa l-gżira Għawdxija.
Min-naħa tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u Conventions Malta, Għawdex qiegħdha tiġi promossa bħala destinazzjoni minnha nnifisha li għandha n-neċessitajiet kollha għal avventimenti MICE. Filfatt waqt fieri MICE, Għawdex qed tkun promossa bħala post ideali għal programmi soċjali u inċentivi marbuta ma’ negozju minbarra li sservi wkoll bħala destinazzjoni alternattiva.
Huwa ppjanat li fix-xhur li ġejjin tibqa’ għaddejja l-ħidma u l-investiment kif deskritt għall-benefiċċju tal-industrija tat-turiżmu f’Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma t-tourist zones uffiċjali fis-Swieqi u l-Ibraġġ?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ismijiet tat-toroq li jinsabu fil-lista ta’ żoni turistiċi għas-sajf 2020, għal fini tal-Avviż Legali 295 tal-2007, huma dawn:
SWIEQI
· TRIQ ST ANDREW’S (minn Triq M.A. Vassalli sa Triq l-Ibraġġ)
· TRIQ IS-SIDRA
· TRIQ IL-KEFFA
· TRIQ L-IMGĦAŻEL
· TRIQ IL-ĠWIELAQ
· TRIQ L-GĦARBIEL
· TRIQ ID-DRIS
· TRIQ A.M. CASSOLA
· TRIQ IL-ĦEMEL
· TRIQ IL-BRAMEL
· TRIQ IL-KTAJJEN
· TRIQ IS-SIRK
· TRIQ IL-GEJŻA
· TRIQ IS-SWIEQI
· TRIQ IL-QLUGH
· TRIQ FUQ IL-GONNA
· TRIQ L-GHOQOD
· TRIQ IR-RONKUN
· TRIQ IL-QATTA
· TRIQ IL-MOLLETTA
· TRIQ L-ILMA
· TRIQ IL-ĠIEBJA
· TRIQ PASSIFLORA
· TRIQ IT-TIBEN
· TRIQ IL-ĠIŻMIN
· TRIQ TA’ L-IBRAĠĠ (minn Triq San Andrija sa Triq il-Kejla)
· TRIQ MARBAT
· SQAQ LOURDES
· TRIQ IL-MIĠBED
· TRIQ IL-GĦAJN
· TRIQ L-ILMA
· TRIQ IL-ĦAWT
· TRIQ IL-GĦAMAD
· TRIQ L-GĦOQOD
· TRIQ IL-ĠIEBJA
· TRIQ JOSEF KALLEJA
· TRIQ IL-GOGI
· TRIQ IL-WASLIET
· TRIQ L-ISPERA
· TRIQ IS-SEJJIEĦ
· TRIQ IL-QATTA
· LOWER STRETCH OF IL-QASAM (minn Triq is-Sejjieħ sa Triq is-Swieqi)
· TRIQ IL-ĦORŻA (formerly part of Triq is-Sejjieħ)
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm uffiċjali fi ħdan l-MCCAA li huma inkarigati li jaġixxu ta’ spetturi għall-finijiet tal-Kap. 454? Tista’ tgħid b’sena b’sena mill-2017 s’issa kemm l-proċeduri legali ttieħdu minħabba xi allegat ksur ta’ xi dispożizzjoni tal-Kap.454, u jekk ittieħdu f’kull każ x’ kien l-allegat ksur u x’kien eżitu finali tal-proċeduri?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li l-ispezzjonijiet jitwettqu kemm minn uffiċjali tal-Awtorità stess kif ukoll minn żewġ kumpaniji li huma awtorizzati mill-Awtorità. L-ispettur u l-uffiċjali oħra li huma inkarigati fuq dan ix-xogħol jagħmlu spezzjonijiet u verifiki fuq strumenti ta’ kejl li hemm fuq is-suq u awditjar fuq iż-żewġ kumpaniji awtorizzati.
Mill-2017 s’issa kien hemm proċedura legali waħda. Dan hu każ fejn pompa tal-petrol instabet mhux konformi u ngħalqet. Iżda l-operatur kompla jopera mingħajr permess. Il-każ se jibda jinstema’ fil-Qorti fil-ġranet li ġejjin.
Awtorità tal-Mediċini – liċenzji lill-kumpaniji għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14672, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-kumpaniji li ngħataw liċenzja mill-Awtorità tal-Mediċini għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali u li qed jiġu evalwati u tgħid fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija ser tkun qed topera?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità dwar il-Mediċini għadha ma ħarġet l-ebda liċenzja skont l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta' Riċerka, u dan peress li l-Awtorità tinstab fil-proċess li tevalwa l-ħames applikazzjonijiet li sarulha. F’dan l-istadju, informazzjoni dwar fejn qegħdin il-faċilitajiet u l-lista tal-kumpaniji mhux qed tiġi ppublikata, għal raġunijiet ta’ tħaris ta’ sigurtà u ta’ sensittività kummerċjali.
Malta International Fireworks Festival – statistical surveys
Question
To ask the Minister, whether there are any statistical records on the direct and indirect number of inbound tourists that the Malta International Fireworks Festival attracts to Malta? Since the National Statistics Office (NSO) carry out statistical surveys on tourists at the Airport Departures to gather feedback on their stay, and in general, culture is known to be a major attraction to our inbound tourists, does the Malta Tourism Authority (MTA) have any detailed results from these surveys related to how the Maltese festa is perceived by inbound tourism?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm estimi dwar kemm jiġu turisti Malta speċifikament għall-Malta international Fireworks Festival ma jeżistux, kemm fi ħdan l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kif ukoll fl-Awtorita’ tat-Turiżmu, riċerka li tagħmel l-Awtorita’ tindika li fis-sena 2019 kważi nofs it-turisti (49%) żaru Malta biex igawdu t-temp sabiħ u l-esperjenza kulturali. Barra minn hekk, 11% oħra ġew Malta speċifikament għall-kultura. Dan ifisser li 3 minn kull 5 turist (60%) li żaru Malta fis-sena 2019, kienu motivati mill-aspett kulturali.
Il-festa hija waħda mill-esperjenzi awtentiċi li jista’ jgawdi turist f’Malta. Riċerka tal-Awtorità tat-Turiżmu turi li l-medja ta’ turisti li attendew festi reliġjużi fis-sena 2019 kien ta’ 5%, madwar 138,000 turist (Tabella 1). L-aktar persentaġġ għoli ġie rreġistrat fl-istaġun tas-sajf b’estimu ta’ 9%, madwar 84,000 turist, li jikkoinċidi maż-żmien meta l-festi f’Malta ikunu fl-aqwa tagħhom.
Ir-riċerka turi ukoll li madwar 12% tat-turisti li ġew Malta fis-sena 2019 attendew festivals lokali (Tabella 2). Dan l-estimu jitla’ għal kważi 1 minn kull 5 turist fl-istaġun tas-sajf, li jammonta għal madwar 173,000 turist.
Tabella 1 - Jattendu festa reliġjuża tradizzjonali
Yes
Quarter
Q1 - Winter
3.2%
100.0%
Q2 - Spring
5.3%
100.0%
Q3 - Summer
9.0%
100.0%
Q4 - Autumn
2.6%
100.0%
Total
5.2%
100.0%
Table 2 - Jattendu festival / avveniment lokali
Yes
Quarter
Q1 - Winter
11.4%
100.0%
Q2 - Spring
10.3%
100.0%
Q3 - Summer
18.6%
100.0%
Q4 - Autumn
9.0%
100.0%
Total
12.4%
100.0%
To ask the Minister, since pictures of fireworks feature in almost every publication that the Malta Tourism Authority (MTA) launches as the policy and strategy maker of the Maltese tourism, what importance does the MTA give to the Maltese Fireworks in its marketing? Did the MTA ever considere to promote the Maltese Fireworks as a niche market in itself, in the process to reduce tourism seasonality and enhance tourism sustainability? If not a niche tourism in itself, is Maltese fireworks included in a cluster of varied events? Did the MTA ever consider organising a grand New Year’s Eve show that, given the international acclaimed Maltese pyros, which can compete with any other similar show held around the world? Are there any other plans that the MTA has that may include fireworks in it; something similar to what is going to be held on 1stJuly 2020, to celebrate and demark the re-opening of the airport?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif innota huwa stess l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu sikwiet tinkludi l-arti Piroteknika fl-inizjattivi tagħha li tipromwovi lil pajjiżna madwar id-dinja. Dan tagħmlu kemm b’videos li tipproduċi għal promozzjoni ta’ Malta u Għawdex fil-midja soċjali, kif ukoll f’attività fuq karta stampata.
L-Awtorità ila għal diversi snin tipromwovi l-
Malta International Fireworks
Festival
bħala wieħed mill-festivals ewlenin fil-kalendarju ta’ avvenimenti f’Malta u Għawdex. Għal dan il-festival, tul is-snin l-Awtorità stiednet speċifikament f’pajjiżna, għexiren ta’ midja, aġenti tal-ivjaġġar, kif ukoll kompetituri internazzjonali rinomati fil-qasam pirotekniku. L-Arti Piroteknika għandha rwol importanti fil-qasam tal-promozzjoni tal-kultura Maltija u tradizzjonijiet ta’ pajjiżna fejn tidħol ċelebrazzjonijiet tal-festi tal-ibliet u l-irħula.
L-arti pirtokenika kif wieħed jista’ jinnota, tkun inkluża kwazi f’kull attivita’ priniċipali li l-Awtorita’ torganizza jew tagħti s-sapport tagħha. Bħala parti minn inizjattiva tal-Awtorita’ sabiex l-arti piroteknika tkun dejjem iżjed sinonima ma’ Malta, din is-sena kien ippjanat li Malta tkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni dinjija billi tospita l-
International Symposium of Fireworks
, li minħabba raġunijiet li jifhem kulħadd, dan kellu jiġi pospost għas-sena 2021. Il-
Malta International Fireworks Festival
ħa jsir ukoll din is-sena.
Jista' l-Ministru jara li bħalma ma qed issir attività ta' sponsoring għall-attività kummerċjali fil-Belt Valletta, jkun hawn ukoll attività mill-MTA u l-Ministeru għat-Turiżmu sabiex tippromwovi l-attività kummerċjali f'Marsaskala u lokalitjiet oħra u nassiguraw li kull lokalità tkun promossa għan-negozji ta' restorants li joffru?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huma konxju li l-Belt Valletta kienet l-iktar parti ta’ Malta li ġiet affetwata ħażin min nuqqas ta’ turiżmu. Għalhekk inħasset il-ħtieġa li jiġu organizzati ċertu attivitajiet biex nerġgħu inqajjmu l-Belt Kapitali. Il-Gvern ser jintervjeni fejn jinħass li dan huwa meħtieġ.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – spiża fuq mobile phones
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet l-ispiża li saret fil-Ministeru tul is-sena 2018 f’mobile phones kif ukoll tista’ tindika l-ispiża li saret fis-segreterija privata tal-ministru tul dik is-sena?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li l-Ministeru ma nxtara l-ebda mobile phone fis-sena msemmija.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtha għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmata li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ikkontribwixxiet €12,000 fuq spejjeż ta’ produzzjoni u marketing. Dawn tħallsu lill-kumpanija fdata b’din il-produzzjoni u ma sar l-ebda ħlas lill-Community Chest Fund. Il-Kunċert kien strimjat fuq il-Facebook page ta’ VisitMalta.com.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika - flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika tgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtha għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li min-naħa tas-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika u l-entitajiet il jaqgħu taħtu, ma ingħataw l-ebda flus għall-programm imsemmi.
Ċittadini Maltin u Barranin li ħarġu jew daħlu fil-pajjiż
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ċittadini Maltin u kemm ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, ħarġu minn pajjiżna u kemm minnhom għamlu użu mill-Ajruport Internazzjonali tul ix-xahar ta’ Mejju 2020? Tista’ tgħid kemm persuni daħlu f’pajjiżna fl-istess perjodu maqsuma ċittadini Maltin u ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, fl-istess żmien?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
MCCAA — Vacancies għal kariga ta' diretturi ġenerali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk attwalment hemmx xi vacancies fil-kariga ta’ xi wieħed jew aktar mid-Diretturi Ġenerali fi ħdan l-MCCAA, u jekk hemm kemm ilha vakanti din il-kariga?
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 11537 fis-seduta tal-4 ta’ Novembru 2019, tista’ l-Ministru tgħid:
a. attwalment ma’ liema entitajiet regolatorji Maltin, l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) jew xi entità fi ħdanha għandha xi MoU; u
b. jekk attwalment hemm xi MoUs, f’kull każ kemm ilhom operattivi u liema settur jew setturi jkopru?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur għandha tmien (8) MoUs in vigore.
1. Building Regulation Office: ilu fis-seħħ minn Jannar 2014. L-għan ta' dan il-MoU huwa relatat mal-providiment ta' kontroll indipendenti għaċ-Ċertifikati tal-Prestazzjoni tal-Enerġija maħruġa mill-Uffiċċju tar-Regolamenti tal-Bini.
2. Water Services Corporation: ilu fis-seħħ minn Mejju 2016. L-għan ta’ dan l-MoU huwa relatat mas-servizzi ta’ laboratorju.
3. Malta Laboratories Network: ilu fis-seħħ minn Settembru 2016. L-għan ta’ dan l-MoU huwa relatata mal-kooperazzjoni fil-qasam tal-metroloġija.
4. Dipartiment tal-Agrikoltura: ilu fis-seħħ minn Mejju 2018. L-għan ta’ dan l-MoU huwa relatat mal-ispezzjonijiet fuq it-Tagħmir ta' Applikazzjoni tal-Pestiċidi (PAE).
5. National Accreditation Board: ilu fis-seħħ minn Ġunju 2018. L-għan dan l-MoU huwa relatat biex l-MCCAA tagħti appoġġ amministrattiv lil NAB.
6. Cyprus Organization for Standardisation: ilu fis-seħħ minn Settembru 2018. L-għan ta’ dan l-MoU huwa relatat mal-kooperazzjoni u l-kollaborazzjoni fil-qasam tal-istandardizzazzjoni.
7. The Competition Authority of the Republic of Albania: ilu fis-seħħ minn Diċembru 2018. L-għan ta’ dan l-MoU huwa relatat mal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet fil-qasam tal-investigazzjonijiet tal-kompetizzjoni u l-evalwazzjoni tal-konċentrazzjonijiet.
8. The Malta Customs Department: ilu fis-seħħ minn Mejju tal-2020. L-għan ta’ dan l-MoU huwa relatat mal-iskambju ta’ informazzjoni u komunikazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet.
Tista’ l-Ministru tagħti lista sħiħa tal-liġijiet kollha, inkluż il-liġijiet sussidjarji, li huma infurzati minn kull waħda mill-entitajiet li jagħmlu parti mill-MCCAA skont l-Kap. 510 tal-Liġijiet ta’ Malta?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista tal-liġijiet kollha, inkluż l-liġijiet sussidjarji li huma infurzati minn kull waħda mill-entitajiet li jagħmlu parti mill-MCCAA huma msemmija hawn taħt.
MCCAA:
· Cap. 510 Malta Competition and Consumer Affairs Authority Act
· Cap. 419 Malta Standards Authority Act
· S.L. 419.01 Standard Mark (Sanitary Requirements) Regulations
· S.L. 419.02 Malta Standards Authority (Licensing) Regulations
· S.L. 419.03 Malta Standards Authority (Establishment of Directorates) Order
· S.L. 419.04 Establishment of the Metrology Directorate Order
· S.L. 419.05 Establishment of the Accreditation Directorate Order
· S.L. 419.06 Notification Procedure Regulations
· S.L. 419.07 National Accreditation Board (Malta) (Establishment) Regulations
· S.L. 419.08 Product Contact Point (Designation) Regulations
N.B – the MSA Act and the subsidiary legislation made thereunder are included in view of the fact that according to Article 70 of the MCCAA Act, “ Regulations made under the Malta Standards Authority Act shall continue to be in force as if made under the provisions of this Act and may be amended and revoked accordingly”.
Technical Regulations Division:
· Cap. 427 Product Safety Act
· S.L. 427.01 Simple Pressure Vessels Order
· S.L. 427.02 Shoes and Footwear Order
· S.L. 427.04 Crystal Glass Order
· S.L. 427.05 Textiles Regulations
· S.L. 427.06 Detergents (Implementation) Regulations
· S.L. 427.07 Dangerous Imitations Order
· S.L. 427.08 Batteries and Accumulators Order
· S.L. 427.10 Active Implantable Medical Devices Regulations*
· S.L. 427.14 Dangerous Substances Regulations
· S.L. 427.16 In Vitro Diagnostic Medical Devices Regulations*
· S.L. 427.17 Efficiency Requirements for New Hot-Water Boilers Fired with Liquid or Gaseous Fuels (Implementing Measures) Regulations
· S.L. 427.19 Noise Emission in the Environment by Equipment for Use Outdoors Regulations
· S.L. 427.22 Certification and Marking of Wire-Ropes, Chains and Hooks Regulations
· S.L. 427.23 EC Type-Approval of Motor Vehicles and their Trailers Regulations
· S.L. 427.24 Indication by Labelling and Standard Product Information of the Consumption of Energy and other Resources by Household Appliances Regulations
· S.L. 427.26 Aerosol Dispensers Regulations
· S.L. 427.28 Dangerous Substances and Preparations Regulations
· S.L. 427.29 Pressure Equipment Regulations
· S.L. 427.30 Transportable Pressure Equipment Regulations
· S.L. 427.31 Interoperability of the Rail System Regulations
· S.L. 427.34 Low Voltage Electrical Equipment Regulations
· S.L. 427.35 Electromagnetic Compatibility Regulations
· S.L. 427.36 Machinery Regulations
· S.L. 427.37 Lifts Regulations
· S.L. 427.39 Equipment and Protective Systems intended for Use in Potentially Explosive Atmospheres Regulations
· S.L. 427.40 Safety of Toys Regulations
· S.L. 427.41 Radio Equipment and Telecommunications Terminal Equipment and the Mutual Recognition of their Conformity Regulations
· S.L. 427.43 Approval and Market Surveillance of Two or Three-Wheel Vehicles and Quadricycles Regulations
· S.L. 427.44 Medical Devices Regulations*
· S.L. 427.45 Method for designating Conformity Assessment Bodies Regulations
· S.L. 427.46 Fresh Flowers (Marketing Standards) Regulations (Not yet in force)
· S.L. 427.47 Poultry Marketing Standards Regulations (Not yet in force)
· S.L. 427.48 Egg Marketing Standards Regulations (Not yet in force)
· S.L. 427.51 Electrical Accessories Regulations
· S.L. 427.52 Geographical Indications and Designations Regulations
· S.L. 427.53 Certificates of Specific Character Regulations
· S.L. 427.55 Further Provisions for Product Withdrawal and Recall Regulations
· S.L. 427.56 Good Laboratory Practice Regulations
· S.L. 427.57 Restriction of Use of Hazardous Substances in Electrical and Electronic Equipment Regulations
· S.L. 427.58 Cosmetic Products Regulations
· S.L. 427.59 Approval and Market Surveillance of Agricultural and Forestry Vehicles Regulation
· S.L. 427.60 Conformity Assessment of Marine Equipment Regulations
· S.L. 427.61 Recreational Craft Regulations
· S.L. 427.62 Child-Resistant and Novelty Lighters Regulations
· S.L. 427.63 Inspection of Lifts Regulations
· S.L. 427.64 Framework for the Setting of Ecodesign Requirements for Energy-Using Products Regulations
· S.L. 427.65 Fertilisers (Implementation) Regulation
· S.L. 427.66 Registration, Evaluation, Authorisation and Restriction of Chemicals (Reach) (Implementation) Regulations
· S.L. 427.67 Registration, Evalutation, Authorisation and Restriction of Chemicals Enforcement (E-Reach) Committee Regulations
· S.L. 427.68 Community Energy-Efficiency Labelling Programme for Office Equipment (Implementation) Regulations
· S.L. 427.69 Classification, Labelling and Packaging of Substances and Mixtures (CLP) (Implementation) Regulations
· S.L. 427.70 Placing on the Market of Pyrotechnic Articles Regulations
· S.L. 427.71 Spirit Drinks Regulations
· S.L. 427.72 Regularisation of non-CE Marked Lifts Regulations
· S.L. 427.73 Market Surveillance and CE Marking Regulations
· S.L. 427.74 Steel for the Reinforcement of Concrete Regulations
· S.L. 427.75 Energy Labelling of Household Air - Conditioners (Implementing Measures) Regulations
· S.L. 427.76 Energy Labelling of Household Combined Wash-Driers (Implementing Measures) Regulations
· S.L. 427.77 Energy Labelling of Electric Household Dish Washers (Implementing Measures) Regulations
· S.L. 427.78 Energy Labelling of Electric Household Electric Ovens (Implementing Measures) Regulations
· S.L. 427.79 Energy Labelling of Household Lamps (Implementing Measures) Regulations
· S.L. 427.80 Energy Labelling of Electric Household Refrigerators, Freezers and their combinations Implementing Measures) Regulations
· S.L. 427.81 Energy Labelling of Household Electric Tumble Driers (Implementing Measures)Regulations
· S.L. 427.82 Energy Labelling of Household Washing Machines (Implementing Measures) Regulations
· S.L. 427.83 Construction Products (Implementation) Regulations
· S.L. 427.84 Labelling of Tyres with respect to Fuel Efficiency and Other Essential Parameters (Implementation) Regulations
· S.L. 427.85 Measures Against the Emission of Gaseous and Particulate Pollutants from Internal Combustion Engines to be Installed in Non-Road Mobile Machinery Regulations
· S.L. 427.86 Ecodesign Requirements for Air Conditioners and Comfort Fans (Implementation) Regulations
· S.L. 427.87 Notification of Products Regulations
· S.L. 427.88 Marketing and Use Of Explosives Precursors (Implementation) Regulations
· S.L. 427.89 Establishment of the National Register of Traditional Agro-Food Products of Malta Regulations
· S.L. 427.90 Establishment of the ‘Product of Quality’ National Scheme Regulations
· S.L. 427.91 Traceability of Pyrotechnic Articles Regulations
· S.L. 427.92 Export and Import of Hazardous Chemicals Regulations
· S.L. 427.93 Organic Production and Labelling of Organic Products Regulations
· S.L. 427.94 Fluorinated Greenhouse Gases (Implementing) Regulations
· S.L. 427.95 Personal Protective Equipment Regulations
· S.L. 427.96 Energy Labelling (Implementing Measures) Regulations
· S.L. 427.97 Appliances Burning Gaseous Fuels Regulations
· S.L. 427.98 Cableways Installations (Implementing) Regulations
· S.L. 427.99 Interoperability of the Rail System Regulations
*To be transferred to Medicines Authority
Standards and Metrology Institute:
· Cap. 454 Metrology Act
· S.L. 454.01 Measuring Instruments and Methods of Metrological Control Regulations
· S.L. 454.02 Non-Automatic Weighing Instruments Regulations
· S.L. 454.12 Use of Bottles as Measuring Instruments Regulations
· S.L. 454.13 Making-Up by Weight or By Volume of Certain Pre-packaged Products Regulations
· S.L. 454.14 Net Quantity of Prepackaged Foodstuffs Regulations
· S.L. 454.15 Measuring Instruments Regulations
· S.L. 454.16 Nominal Quantities for Prepacked Products Regulations
· S.L. 454.17 Measurements subject
to Metrological Control Regulations
Office for Consumer Affairs:
· Cap. 378 Consumers Affairs Act
· S.L. 378.05 Display of Pricelists in Bars and Kiosks Regulations
· S.L. 378.06 Notice for the purposes of the interpretation of "trader" in the Consumer Affairs Act
· S.L. 378.07 Consumer Claims Tribunal (Arbiter's Remuneration) Notice
· S.L. 378.09 Consumer Affairs Act (Price Indication) Regulations
· S.L. 378.10 Credit Agreements for Consumers relating to Residential Immovable Property Regulations
· S.L. 378.12 Consumer Credit Regulations
· S.L. 378.13 Pricing of Air Services Regulations
· S.L. 378.14 Denied Boarding (Compensation and Assistance to Air Passengers) Regulations
· S.L. 378.15 Rights of Passengers in Bus and Coach Transport Regulations
· S.L. 378.16 Rights of Passengers when travelling by Sea and Inland Waterway Regulations
· S.L. 378.17 Consumer Rights Regulations
· S.L. 378.18 Consumer Alternative Dispute Resolution (ADR) (General) Regulations
· S.L. 378.19 Consumer Alternative Dispute Resolution (Residual ADR) Regulations
Office for Competition:
· Cap. 379 Competition Act
· S.L. 379.01 Applicability of Competition Act (Declaration) Order
· S.L. 379.08 Control of Concentrations Regulations
Tista’ l-Ministru tgħid mill-2017 sal-lum sena b’sena kemm-il laqgħa kellu l-Coordination Committee f’ħdan l-MCCAA li hu stabbilit skont l-artikolu 5 tal-Kap. 510?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat ta’ Kordinazzjoni iltaqa’ 35 darba minn Jannar 2017 sa Mejju 2020. Kellu 9 laqgħat fis-sena 2017, 11-il laqgħa fis-sena 2018, 10 laqghat fis-sena 2019 u din is-sena diġà iltaqa’ 5 darbiet.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — tħawwil ta' siġar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħawlu siġar lokalità b’lokalità mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru tagħha minn Jannar 2020 s'issa?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena tħawwlu total ta’ 5548 siġra, maqsuma lokalità b'lokalità hekk kif turi din it-tabella:
Baħar iċ-Ċagħaq
22
Bengħajsa
435
Birkirkara
47
Blata l-Bajda
2
Buskett
232
Dar tal-Klin
20
Dingli
125
Fort Rinella
636
Għajn Tuffieħa
422
Għammieri
6
Għargħur
2
Ġnien il-Mediterran
295
Kappara
30
Kemmuna
1000
Luqa
41
Marsaskala
120
Mġarr
30
Mtarfa
2
NGO/Dream of Houses
106
Salina
130
San Anton
1
San Ġwann
220
San Pawl
2
Santa Luċija
156
St Augustine College
72
Swatar
53
Ta`Qali
233
Universita'
6
Valletta
6
Verdala Palace
70
Wied Ħesri
27
Wied iċ-Ċawsli
15
Wied is-Sewda
30
Wied l-Għomor
182
Żabbar
772