B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 9432 u 35179, jista’ l-Ministru jikkunsidra li jibgħat persuni tekniċi biex jeżaminaw Triq Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid, peress li mhijiex f’kundizzjoni tajba u għandha diversi ħsarat?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li sar intervent mill-Enemalta fl-imsemmija triq relatat mal-provvista tal-elettriku, ser isir xogħol ta’ major patching.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34827 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid x’korsijiet infetħu taħt l-akkademja nazzjonali tal-avjazzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni 2023-2030 tidentifika t-tisħiħ tal-ħiliet u l-kompetenzi fis-settur bħala pilastru ewlieni, permezz ta’ taħriġ professjonali u tekniku kontinwu.
F’dan il-kuntest, u sakemm jitlesta aġġornament tal-
skills gap analysis
b’kollaborazzjoni man-
National Skills Council
sabiex jirrifletti l-iżviluppi u l-ħtiġijiet ġodda tas-settur, aktar tard din is-sena ser jiġu varati tliet programmi ta’ taħriġ taħt l-Akkademja Nazzjonali tal-Avjazzjoni f’livelli MQF Level 1, Level 2 u Level 3.
Qed jiġu kkunsidrati wkoll kollaborazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet edukattivi oħra, fosthom l-Institute of Tourism Studies.
Kunsilli lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Framework Agreement - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru mill-Framework Agreement li sar bejn il-kunsilli lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul is-sena 2024 u f’liema lokalitajiet saru dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħlijiet li saru fis-sena 2024 mill-Framework Agreement bejn il-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi huma s-segwenti:
Mosta
Xogħol ta’ pavimentar ħdejn iċ-Ċentru Ċiviku u fiż-żona ta’ Sta Margerita; fl-Eco Garden; fi Sqaq Xorxa; fi Triq il-Feniċi; fit-Triq il-Mitħna l-Qadima.
Qormi
Xogħol ta’ pavimentar fi Pjazza Narbona
Qrendi
Tiswijiet / bini ta’ culvert f’Misraħ Santa Marija
Safi
Xogħol ta pavimentar fi triq Dun Ġużepp Caruana; fi Triq Ajżar kantuniera ma’ Triq San Ġorġ; fi Triq t’Amparell.
Siġġiewi
Patching fi Triq Ġużeppi Busuttil; xogħol ta’ pavimentar fi Triq Mons M. Azzopardi; fi Triq S. Mallia; u fi Triq Girgenti. Bini ta’ ħajt wara l-binja tad-Dar tal-Providenza.
Żebbuġ Malta
Xogħol ta’ pavimentar f’De Rohan Gate.
Żurrieq
Tiswijiet / bini ta’ culvert fi Triq il-Pluvieri; Triq Wied il-Fuljia; Sqaq Ballott; Triq l-Imqabba; Triq Qortin, Triq Santa Katerina tal-Baqqa u fil-limiti ta’ Ħal Far.
Ir-Rabat, Malta - Triq Emmanuele Vitale, Triq Santa Barbara u Triq Bir ir-Riebu - Traffic management ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35240 u jgħid jekk hemmx pjanijiet ta’ traffic management ġdid fi Triq Emmanuele Vitale, Triq Santa Barbara u Triq Bir ir-Riebu, fir-Rabat, Malta, minħabba li t-toroq ma jifilħux għal traffiku ‘2-way’?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta qiegħda fil-fażi finali tal-evalwazzjoni ta’ proposta li kienet tressqet mill-Kunsill Lokali tar-Rabat proprju fir-rigward ta’ dawn l-inħawi. Transport Malta ser tkun qiegħda tgħaddi l-eżitu ta’ din l-evalwazzjoni lill-Kunsill Lokali fil-ġimgħat li ġejjin.
Ir-Rabat, Malta – Muturi – Parking Bays għall-muturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tistax issir parking bay għall-muturi (MC) fi Triq Inguanez, Triq San Bastjan jew Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat, Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-rigward ta’ tabelli għal MC Bays:
§
Fi Triq Inguanez
, Transport Malta kienet irċeviet talba mingħand il-Kunsill Lokali rispettiv għal MC Bay. Madankollu, din it-talba ma ġietx milqugħa peress li l-post identifikat ma kienx meqjus addattat skont il-
Motor Vehicles Regulations
.
§
Fir-rigward ta’ Triq San Bastjan u Triq Ġorġ Borg Olivier
, l-Awtorità ma rċeviet l-ebda talba għal MC Bays.
Il-Kunsill Lokali jista’ jressaq talba lill-Awtorità fil-każ li jitqies li hemm il-ħtieġa għall-istabbiliment ta’ dawn il-bays.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq it-Tabib Nikola Zammit, fis-Siġġiewi u jagħti d-dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq Nikola Zammit, Siġġiewi tinsab fil-lista ta’ xogħlijiet mitluba mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. Ix-xogħlijiet f’din it-triq ser jibdew wara li jitlestew ix-xogħolijiet li għadddejin fil-preżent f’din il-lokalita’, sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq Blat il-Qamar, fis-Siġġiewi u jagħti d-dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni ta’ Triq Blat il-Qamar, Siġġiewi huma ppjanati li jibdew wara li jitlestew ix-xogħlijiet li huma għaddejjin bħalissa fi Triq Bur il-Kbir, Siġġiewi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 35447 u 35553 u jgħid kemm-il mażżra ġiet allokata f'San Pawl il-Baħar matul l-aħħar 12-il xahar u jaqsam din l-informazzjoni skont il-bajja li fiha ġew allokati dawn il-mażri?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-aħħar 12-il xahar kien hemm riorganizzazzjoni tal-mażri eżistenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35537 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34698, fejn intqal li “kien hemm 11-il għaqda sportiva li ngħataw sapport min-naħa tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.”, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ sapport finanzjarju jew xogħol bla ħlas, sar minn dan id-dipartiment?
Jista’ jgħid ukoll:
lil liema klabbs ingħatat tali għajnuna matul l-2024 u l-2025, separatament għal kull sena;
f’liema postijiet qed isir xogħol tal-istess natura bħalissa;
fejn hu mistenni jinbeda xogħol ieħor tal-istess natura fil-futur qarib; u
kif jista’ klabb jew ċentru sportiv japplika biex jingħata tali għajnuna?
Response (BONETT, CHRIS)
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 34698, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħlijiet ivarjaw minn installazjoni ta’ fencing u seats għall-ispettaturi, xogħol ta’ kostruzzjoni, kisi u tibjid, tqegħid ta’ madum, xogħol ta’ plumbing u elettriku, installazzjoni ta’ aperturi u heatpumps, kif ukoll xogħol ta’ manutenzjoni.
Klabb jew Ċentru Sportiv jista’ japplika biex jingħata tali għajnuna mis-sit elettroniku tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi (
https://publicworksdepartment.gov.mt/en/services/
)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra screenshot tal-sit elettroniku kif ukoll il-lista tal-għaqdiet sportivi msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Carmelo Mifsud Bonnici, f’Bormla u kemm ser jiġu jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Carmelo Mifsud Bonnici, Bormla jikkonsistu f’tibdil tal-pajpijiet ta’ l-ilma u drenaġġ (kif ukoll l-konnessjonijiet privati li nstabu li kienu ta’ l-asbestos), tibdil u iffurmar mill-ġdid tal-bankini, preparazzjoni għall-charging pillar għall-vetturi elettriċi, iffurmar mill-ġdid tat-triq li jikkonsisti f’saffi varji inkuż żewg saffi ta’ asfalt.
Jista’ l-Ministru jassigura li permezz ta’ rondi frekwenti mill-awtoritajiet, jitnaqqas id-drifting tal-karozzi f’Ta’ Qali u s-Central Link, speċjalment wara t-8 p.m., peress li dan qed joħloq periklu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala parti mill-ħidma tas-sezzjoni tal-Infurzar fi ħdan Transport Malta, flimkien ma’ sezzjonijiet oħra, isiru spezzjonijiet regolari f’ċerti żoni magħrufa fejn iseħħu manuvri perikolużi bil-vetturi.
Dawn l-ispezzjonijiet isiru prinċipalment fil-ħinijiet ta’ filgħaxija kif ukoll fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35045 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu d-disabled parking bays, mhux bilfors personalizzati, fil-Belt, Valletta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi parkeġġi riservati komuni, li jistgħu jintużaw minn persuni li għandhom il-
blue
badge
, jiġu stabbiliti kull meta ssir talba mill-Kunsill Lokali rispettiv jew minn individwi.
Fil-każ ta’ talbiet li jaslu mingħand individwi, Transport Malta twettaq konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali kkonċernat u, fejn jiġi stabbilit li teżisti l-ħtieġa, jiġu implimentati l-arranġamenti meħtieġa sabiex jinħoloq tali parkeġġ.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, Transport Malta, jew xi entitajiet li jaqgħu taħtu, tawx jew approvawx xi vessel licence, operating permit, authorisation, anchoring authorisation, operator license, commercial licence, No Objection Certificate (NOC) jew kwalunkwe forma ta’ awtorizzazzjoni oħra relatata mal-pjattaforma/floating island ankrata barra Kemmuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament; u jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji u l-kopji kollha, inkluż il-kundizzjonijiet kollha imposti dwar fejn tista’ topera, il-massimu ta’ persuni li tista’ tospita, jekk tistax topera f’żoni protetti, u jekk tistax iġġorr passiġġieri waqt li tkun miexja?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34862 u 34874.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35447 u jgħid kemm-il mażżra ġiet allokata f'San Pawl il-Baħar matul l-aħħar 12-il xahar u jaqsam din l-informazzjoni skont il-bajja li fiha ġew allokati dawn il-mażżri?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34698, fejn intqal li “kien hemm 11-il għaqda sportiva li ngħataw sapport min-naħa tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.”, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ sapport finanzjarju jew xogħol bla ħlas, sar minn dan id-dipartiment?
Jista’ jgħid ukoll:
lil liema klabbs ingħatat tali għajnuna matul l-2024 u l-2025, separatament għal kull sena;
f’liema postijiet qed isir xogħol tal-istess natura bħalissa;
fejn hu mistenni jinbeda xogħol ieħor tal-istess natura fil-futur qarib; u
kif jista’ klabb jew ċentru sportiv japplika biex jingħata tali għajnuna?
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli sabiex japplika u jikseb il-permess meħtieġ għall-użu ta’ krejn f’żona residenzjali jew urbana, jekk hux ir-resident/sid tal-proprjetà jew inkella l-operatur tal-krejn jew il-kuntrattur? Jista’ jgħid ukoll x’inhi r-responsabbiltà legali ta’ kull parti involuta f’dan il-proċess?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-permessi għall-użu ta’ krejnijiet ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà ta’ Transport Malta. Ir-rwol tal-Awtorita f’dan il-proċess huwa limitat għall-għoti ta’ kummenti tekniċi relatati mal-impatt li tali użu jista’ jkollu fuq it-triq partikolari, b’mod speċjali meta t-triq tkun parti min-network tat-toroq nazzjonali jew taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Awtorità.
Għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.