Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie infurmat li Transport Malta soffriet Cyber Attack fl-aħħar xhur? Jista’ jgħid meta ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa u minn min?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat bl-attakk li sofriet l-Awtorita’ ta’ Transport f’Malta nhar il-Ħadd, 27 ta’ Settembru 2020.
L-Awtorita’ ta’ Transport qatt ma kienet f’kuntatt mal-Maġistrat tal-Għassa.
Transport Malta – Call centre ġdid f’Tal-Pietà – fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm fondi tal-Unjoni Ewropea ntefqu s’issa u kemm għandhom jintefqu b’kollox fil-call centre ġdid ta’ Transport Malta f’Tal-Pieta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta la kellha u lanqas għandha ppjanat l-ebda Call Centre f’Tal-Pieta’.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Ħaddiema - Telework
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma sar l-ebda xogħol u lanqas ħlas ghal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali fil-perjodu msemmi.
Network Ten-T – toroq kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema toroq li jaqgħu fin-network tat-Ten-T u li jistgħu jiġu kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea fadal isiru f'Malta? Fuq liema minn dawn it-toroq inbeda x-xogħol (anke jekk ta' preparazzjoni ta' tenders)? Meta hu ppjanat li jsiru dawn it-toroq li fadal f'din in-network?
Response (BORG, IAN)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16777, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi ta’ toroq (waħda f’Malta u l-oħra f’Għawdex) li jaqgħu fin-network tat-Ten-T, liema toroq fadal x’isiru. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba ser tinġabar u tingħata fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba Triq il-Mandraġġ fil-Birgu, hiex se tiġi msewwija u magħmula mill-ġdid?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajji¿na jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-lokalità tal-Birgu, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, Triq iċ-Ċentinarju tal-Parroċċa u Triq San Dwardu. Bħalissa qed taħdem biex daqt tibda twettaq proġett ta’ titjib u tisbieħ fil-parti tax-xatt taħt is-swar magħrufa bħala t-Toqba tal-Birgu (Sally Port) li
se jinkludi prominad ġdid, u bħalma qed tagħmel f’mijiet ta’ toroq residenzjali oħrajn, it-triq imsemmija wkoll eventwalment ser tkun qed tinbena mill-ġdid. Sakemm isir dan, l-aġenzija se tigbed l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali biex jekk jinħtieġu xi tiswijiet temporanji, jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parking spaces fiż-żona magħrufa bħala St James Ditch u jgħid kemm minn dawn huma riservati għall-Ministeri, dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-parkeġġ fiż-żona magħrufa bħala St. James Ditch ma jaqax taħt ir-responsabilita’ tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali. Għaldaqstant nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fl-2019 kemm-il Home Ownership Plot ġew akkwistati/mixtrija/imħallsa mill-Awtorità tal-Artijiet u fejn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fl-2019, l-Awtorità tal-Artijiet ma akkwistat ebda proprjetà rigward il-Home Ownership plots.
Vetturi tat-trasport pubbliku — inqas nies ħabba sitwazzjoni tal-Covid
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fuq il-vetturi tat-trasport pubbliku jara jekk wasalx iż-żmien li jibdew jgħabbu inqas persuni sabiex l-istess vetturi jkunu Covid Safe? Jista' jara li fuq il-vetturi ta' trasport pubbliku nerġgħu lura għal regolamenti ta' meta kien hemm partial lockdown?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li ittieħdu u għadhom qed jittieħdu diversi miżuri fir-rigward ta’ vetturi li jintużaw fuq il-mezzi tat-trasport pubbliku sabiex kemm il-passiġġiera kif ukoll ix-xufiera jiġu protetti kemm jista jkun mit-trasmissjoni tal-pandemija. Fost dawn wieħed issib l-iffumigar ta kuljum tal-vetturi li jkunu intużaw, separazzjoni fiżika permezz ta’ “screen bejn ix-xufier u il-passigiera, tindif tal- vettura aktar spiss matul il-ġurnata kif ukoll numru limitat ta’ persuni li jitħallew jirkbu bil-wieqfa.
Dawn il-miżuri ttieħdu b’kunsultazjoni ma l-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16471 u jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16348 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-policy li hija in vigore li permezz tagħha jiġi awtorizzat parking space riżervat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-policy mitluba qiegħda tiġi riveduta u li se tiġi ppubblikata fil-futur qarib.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16347 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ parking spaces riżervati li hemm awtorizzati fil-Belt Valletta, u għal kull post, jagħti t-triq li fiha hu awtorizzat u għan-nom ta’ min/jew għal liema funzjoni hu awtorizzat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Il-Miżieb – kundizzjonijiet dwar l-għoti ta’ art lill-FKNK
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16551 fejn tlabt li jiġi ppubblikat l-ftehim li sar fl-1986 mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Karmenu Mifsud Bonnici, dwar l-għotja tal-Aħrax u l-Miżieb u minflok tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija għal is-Stampa li saret f’dak iż-żmien, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn il-ftehim ma tpoġġiex? F’ġieħ it-trasparenza u l-kontabilità, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim u l-pjanti tal-art mogħtija ta’ dan il-ftehim imsemmi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, il-parkeġġi fil-Belt Valletta riservati għal dan il-Ministeru huma tnejn fiż-żona tal-Bank Ċentrali u ħamsa quddiem il-Baviera.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa Triq it-Torri fil-Gudja li ġiet irranġata? Jista’ jgħid jekk humiex se jsiru xogħlijiet oħra?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajji¿na jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
It-triq imsemmija għadha kemm inbniet mill-ġdid b’investiment li ammonta għal kważi €617,000. Minbarra li ssaħħew il-pedamenti tagħha anke permezz ta’ ba¿i bil-konkos, sar ukoll xogħol ta’ allinjament tat-triq. Barra minn hekk, ġew mgħoddijin diversi servizzi minn taħt l-art li kienu jinkludu drenaġġ, ilma u tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll inbnew bankini ġodda. Finalment it-triq sarilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.
Fil-lokalità tal-Gudja, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid ukoll Triq Filippu Castagna, Triq il-Lewż, Daret il-Gudja, Triq Raymond Caruana, Triq Ħal Saptan, Triq id-Dejqa u Triq Santa Katerina, waqt li bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Joseph Pace, Triq Bir Miftuħ u Triq il-Kappella. Diġà hemm ippjanati wkoll biex fix-xhur li ġejjin isiru xogħlijiet bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq, kif ukoll fi Triq Ħal Resqun.
Barra minn hekk, din is-sena Infrastructure Malta bniet pont għall-mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni bejn Ħal Luqa u l-Gudja, waqt li qed taħdem biex daqt tibda l-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) li permezz tiegħu se tibni ¿żewġ mini ġodda u flyover fil-junction tar-roundabout tal-Gudja biex ittejjeb l-aċċess lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop, il-Gudja, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Malta Freeport.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba sarx xi progress fil-kwistjoni tal-ex Casino di Venezia peress li issa ilu magħluq għal ċertu snin? Jista’ jgħid jekk sarx avvanz fir-rigward tal-applikazzjoni għal hotel biswit l-istess sit?
Response (BORG, IAN)
B’risposta għall-mistoqsija Parlamentari numru 16374, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li filwaqt li tkomplew it-tentattivi li kienu nbdew qabel 2013 biex uħud minn dawk is-soċjetajiet li għandhom it-titoli fuq diversi propjetajiet fix-Xatt tal-Birgu jirregolarizzaw fl-obbligi kuntrattwali tagħhom, l-Awtorita' tal-Artijiet ħadet dawk l-azzjonijiet disponibbli skont il-liġi biex tirkupra l-propjeta' u/jew id-danni attribwiti mingħand kull minn kiser l-imsemmija obbligi. Tant li hemm kawżi pendenti quddiem il-Qrati ta’ Malta.
Domandi relatati mal-permessi tal-iżvilupp għandhom jiġu riferuti lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jispjega l-mottiv wara l-applikazzjoni ta’ IM fl-applikazzjoni PA/01609/20 (to rebuild and consequently sanction an illegal room complex described as a pigeon loft slapped with an enforcement notice EC/00536/9), f’Raħal Ġdid?
Response (BORG, IAN)
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Azzopardi li qed jikkwota titlu falz għal din l-applikazzjoni ta’ żvilupp ta’ Infrastructure Malta. Fil-fatt, it-titlu (jew deskrizzjoni qasira) ta’ din l-applikazzjoni uffiċjali hekk kif jidher fid-dokumenti pubbliċi m’huwiex “To rebuild and consequently sanction an illegal room complex described as a pigeon loft slapped with an enforcement notice EC/00536/9” iżda “Demolition of existing dwelling and pigeon loft in view of road widening works and reconstruction of identical dwelling in area not affected by roadworks.”
Dan it-titlu tal-applikazzjoni biss juri b’mod ċar li l-allegazzjoni li se tiġi legalizzata xi struttura illegali hija falza. Fil-fatt, din l-applikazzjoni kienet meħtieġa sabiex dar residenzjali ¿għira fis-sit tal-proġett tal-mini ġodda ta’ Santa Luċija, u li hija koperta b’permess tal-i¿vilupp mogħti aktar minn 10 snin ilu, tinbena mill-ġdid ftit metri ‘l bogħod sabiex minflokha ssir parti mill-korsija ġdida għar-roti u l-mixi li Infrastructure Malta għamlet tul Vjal Santa Luċija (it-Telgħa tal-Addolorata). Din il-korsija tifforma parti minn sistema estensiva ta’ passaġġi għall-mixi u r-roti u infrastruttura oħra sigura biex aktar persuni jitħajru jivvjaġġaw bejn Ħal Tarxien, Santa Luċija, Raħal Ġdid, Ħal Luqa, il-Marsa u Ħal Qormi b’mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi u aktar sostenibbli. L-istruttura żgħira deskritta bħala “pigeon loft”, li kien hemm fis-sit u li kienet maħsuba li ser tiġi milquta’ mill-istess proġett, la hi se tiżżarma u lanqas tinbena mill-ġdid jew tiġi b’xi mod legalizzata.
Din l-applikazzjoni qed issir sabiex il-persuni li jgħixu f’din id-dar jingħataw lura l-istess dar li kellhom qabel, iżda ftit metri ‘l bogħod.
Il-Gudja – Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa u meta hu previst li jispiċċa x-xogħol li qed isir fiż-żona ta’ Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina fil-Gudja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-każ taż-żewġ toroq indikati Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsill Lokali li għalihom għandu proġett ta’ pavimentar. L-aġenzija qed twettaq investiment li jammonta għal madwar €300,000 biex tagħmel ix-xogħol kollu konness mal-bdil ta’ servizzi ġodda taħt l-art u ssir sodda tal-konkos bi tħejjija għall-pavimentar li se jsir mill-Kunsill Lokali. Filwaqt li x-xogħol fi Triq id-Dejqa huwa lest, dak fi Triq Santa Katarina ser jitlesta dalwaqt.
Fil-lokalità tal-Gudja, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq Filippu Castagna, Triq il-Lewż, Daret il-Gudja, Triq Raymond Caruana, Triq Ħal Saptan u Vjal it-Torri, waqt li bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Joseph Pace, Triq Bir Miftuħ u Triq il-Kappella. Diġà hemm ippjanati wkoll biex fix-xhur li ġejjin isiru xogħlijiet bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq, kif ukoll fi Triq Ħal Resqun.
Barra minn hekk, din is-sena Infrastructure Malta bniet pont għall-mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni bejn Ħal Luqa u l-Gudja, waqt li qed taħdem biex daqt tibda l-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) li permezz tiegħu se tibni żewġ mini ġodda u flyover fil-junction tar-roundabout tal-Gudja biex ittejjeb l-aċċess lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop, il-Gudja, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Malta Freeport.
Jista' l-Ministru jgħid meta se titlesta Triq id-Durumblat ġewwa l-Mosta u kemm hi l-ispiża?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fiż-żona ta’ Ta’ Qali l-aġenzija qed twettaq pjan ta’ titjib li jinkludi diversi toroq li hemm fl-inħawi bħala soluzzjoni sostenibbli biex aktar persuni jkunu jistgħu jgawdu dawn l-inħawi f’sigurtà, b’mod partikolari r-residenti Mostin, li bħalissa biex jaslu bil-mixi lejn il-ġonna u faċilitajiet oħrajn f’Ta’ Qali jridu jgħaddu minn toroq perikolużi li ma fihom ebda bankini jew infrastruttura oħra sigura għalihom. Dan il-pjan sar bi ftehim mal-Kunsill Lokali u mal-awtoritajiet rispettivi wara li ġew ikkonsultati dawk kollha konċernati.
Żewġ toroq li qed isir titjib fihom bħalissa f’din iż-żona huma Triq San Pawl tal-Qliegħa u Triq Durumblat li kienu ta’ periklu għal dawk li jkunu għaddejjin f’dawn l-inħawi bil-mixi għax fil-biċċa l-kbira tagħhom lanqas biss kien hemm bankini waqt li l-karreġġjati tal-karozzi saħansitra jvarjaw fil-wisgħa. Għalhekk kien jeħtieġ li jigu ddisinjati mill-ġdid biex fost titjib ieħor il-karreġġjati jkunu standard u jinħolqu rotot kontinwi siguri għall-mixi bl-introduzzjoni ta’ bankini fuq iż-żewġ naħat. Għaldaqstant, permezz ta’ dan il-proġett, qed tingħata prijorità lil ħafna persuni li mill-Mosta u lokalitajiet oħrajn viċin imorru bil-mixi lejn l-inħawi ta’ Ta’ Qali. Triq Durumblat huwa mmirat li titlesta fl-aħħar ta’ Marzu 2021 u huwa stmat li l-ispiża se tammonta għal €850,000.
Il-pjan minn Infrastructure Malta jinkludi wkoll li fl-istess żona jsiru żewġ roundabouts, waħda ma’ Triq Pantar u oħra ma’ Triq il-Kbira, kif ukoll jitranġaw aktar toroq fl-inħawi biex ikunu aktar siguri għal kull min jużahom, filwaqt li jagħtu aktar opportunitajiet għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi. Dan se jkun aktar importanti fid-dawl tal-fatt li fiż-żmien li ġej f’dawn l-inħawi ser ikollna Park Nazzjonali ġdid li qed jiġi żviluppat mill-Gvern f’Ta’ Qali wkoll.
Barra minn hekk, Infrastructure Malta qed twettaq is-Central Link Project, li huwa investiment ewlieni li se nwettqu biex intejbu l-kwalità, is-sigurtà, s-sostenibilità u l-effiċjenza fir-rotta arterjali li testendi mill-Bypass tal-Imrieħel, tul Triq l-Imdina f’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard, sar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja, fl-inħawi ta’ Ta’ Qali. Il-ħin tal-ivvjaġġar f’dan in-netwerk ta’ toroq fiċ-ċentru tal-pajjiż għandu jonqos bin-nofs. Ser jonqos l-ammont ta’ persuni li jkollhom jgħaddu minn toroq residenzjali fl-inħawi biex jippruvaw jaslu aktar malajr. B’hekk ser igawdu mhux biss il-lokalitajiet ta’ Ħal Balzan u Ħ’Attard, iżda wkoll oħrajn viċin bħal Ħal Lija u Birkirkara.