Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fgura – Triq is-Sur — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsiru xogħlijiet fi Triq is-Sur il-Fgura? Jekk iva, f’liema parti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali. It-triq indikata għadha kemm bdiet tinbena mill-ġdid fil-jiem li għaddew.

Xogħlijiet Infrastrutturali ta’ toroq – investiment fl-2012

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-investiment f’xogħlijiet infrastrutturali ta’ toroq fis-sena 2012?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li it-tagħrif mitlub qiegħed jiġi anness fit-tabella t’hawn taħt; Sena Ammont minfuq LM Ammont minfuq Euro Malta Gozo Malta Gozo 2003 7,850,462 559,911 2004 5,434,952 374,873 2005 4,942,406 947,595 2006 8,999,236 329,987 2007 6,199,974 393,200 2008 12,810,423 1,107,022 2009 16,404,200 1,572,646 2010 11,740,933 1,006,982 2011 18,404,384 1,447,126 2012 15,454,148 1,449,999

Ta’ Qali – rimi llegali ta’ skart ta’ kostruzzjoni – passi kriminali

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8113, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħadet l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) dwar rimi illegali f’Ta’ Qali?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, f’Marzu tal-2018, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet ħarġet Avviż ta’ Infurzar fuq sit ta’ ċirka 50 tomna peress li “Qiegħda ssir ħsara lill-ġmiel tal-area kif ukoll hemm periklu fuq is-sit imsemmi billi hemm xi strutturi żdingati; qiegħed jitħalla depożitu ta' materjal, makkinarju u skart ieħor kollu relatat mal-industrija tal-kostruzzjoni.” Irriżulta li sa Diċembru 2018 is-sitwazzjoni ma nbidlitx, anzi ġie nnutat li kien hemm żieda fil-materjal depożitat illegalment. Għalhekk minnufih l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet passi sabiex jiġu mblukkati l-aċċessi għal dan is-sit u bdiet il-preparazzjoni biex jitnaddaf is-sit kollu, inkluż it-tneħħija ta’ strutturi kbar ta’ ċirka 8,000 metru kwadri li kienu żdingati. Din l-operazzjoni intemmet f’April 2019.

Raħal Ġdid – Triq is-Sorijiet — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qed isir u se jsir ġewwa Triq is-Sorijiet Ħal Tarxien sa Raħal Ġdid?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin. Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Meta kollox ikun ippjanat, Infrastructure Malta tibda billi tħaffer it-trinek biex tibdel dawn is-servizzi, skont il-ħtieġa. Imbagħad isir il-bini mill-ġdid jew tiswijiet tal-bankini, skont f’liema stat ikunu. Isiru wkoll testijiet tal-pedamenti ta’ kull triq. Fejn jinstab li huma dgħajfin wisq, jinqalgħu u jsiru mill-ġdid. B’hekk, meta fl-aħħar isir il-wiċċ b’asfalt ġdid, ikun jista’ jservi aktar fit-tul. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn. Fil-każ tat-triq indikata, li qed issir bħalissa, ix-xogħlijiet jikkonsistu fi bdil ta’ servizzi tal-ilma u tqegħid ta’ pajpijiet ġodda għall-ilma, titjib tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni, xogħol neċessarju fuq culverts tal-ilma, bini ta’ bankini ġodda, tisħiħ tal-pedamenti u kisi b’diversi saffi t’asfalt lill-wiċċ tat-triq. Meta titlesta jerġgħu jsiru s-sinjali u l-marki tat-triq.

Il-Fgura — Servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li kif ġie suġġerit preċedentement li jiġi estiż is-servizz tat-trasport pubbliku sabiex tgħaddi karozza tal-linja mill-Fgura sa Ħal Tarxien mill-parti ta’ fuq ta’ Triq San Tumas, il-Fgura?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li, peress li Triq San Tumas ġewwa l-Fgura hija kemm xejn twila, liema triq taqsam il-lokalità minn tarf għal ieħor, nitolbu sabiex ikun aktar speċifiku għal liema parti ta’ Triq San Tumas qed jirreferi għaliha.

Għasri – Fanal tal-Ġordan – xogħol ta’ restawr

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32442 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ta’ restawr sar u kemm ikkontribwit finanzjarjament Transport Malta fuq il-Fanal tal-Ġordan fl-Għasri matul is-snin 2017, 2018 u 2019 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, peress li qed tikri partijiet mill-istess Fanal u qed iddaħħal eluf ta’ euro fis-sena mill-kirja tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Rigward ir-restawr innifsu tal-Fanal, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat kif diġa’ ġie indikat f’PQ 32442 f’Seduta 506. L-ammonti riċevuti fuq il-Fanal tal-Ġordan fl-Għasri kienu kollha ġġenerati minn kiri ta’ spazju lil Vodafone u Go PLC. It-tali ftehim spiċċa fit-13 ta’ Settembru 2018. Vodafone ħallset € 5575.52 (inkluż il-VAT ) għall-2017 u € 4181.64 sa Settembru 2018. Il-Go PLC ħallset € 5575.50 (inkluż il-VAT) kemm fis-sena 2017 u anke fl-2018. Apparti l-kirja, Go PLC kienu qed iħallsu wkoll għall-konsum tal-elettriku. L-Università ta’ Malta qegħda tħallas fuq bażi regolari l-konsum tal-elettriku fuq it-tagħmir li għandha fil-post.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minn Novemberu 2018 sa Ottubru 2019 qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-perjodu ta’ qabel diġà mogħtija kif muri fid-dettajli t’hawn taħt. In-Nefqa tat-Transport Malta u Planning Authority jkopru diversi kampanji li dettalji tagħhom qed ukoll jitpoġġew fil-lista. *Minn Marzu 2013 sa 20 ta' Ottubru 2017 - il-figuri/nefqa diġa ingħatat fuq PQ 252 f'Seduta 42 *Minn 21 ta' Ottubru 2017 - 31 ta' Mejju 2018 il-figuri/nefqa diġa ingħatat fuq PQ 2417 f'Seduta 127 *Minn 1 ta' Ġunju 2018 - 31 ta' Ottubru 2018 il-figuri/nefqa diġa ingħatat fuq PQ 7533 f'Seduta 127

Ħal Lija – Toroq li huma fi stat tajjeb u toroq li jridu jiġu rranġati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq ta’ Ħal Lija u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li d-dokument mitlub, jiġifieri pjanta bit-toroq ta’ Ħal Lija, qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali. Fil-lokalità ta’ Ħal Lija bħalissa qegħdin isiru Triq Ferdinand Grech u Triq Carlo Darmanin, waqt li diġà hemm ippjanati biex isiru Triq is-Salvatur, Triq Ugo Mifsud, Triq Annibale Preca, Triq il-Kbira kif ukoll xogħlijiet fi triq ġdida fi Triq il-Mosta.

Birkirkara – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11864 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq ta’ Birkirkara u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument mitlub, jiġifieri pjanta bit-toroq ta’ Birkirkara, qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali. Fil-lokalità ta’ Birkirkara diġà tlestew Triq Mike Pulis u Triq is-Santwarju, waqt li bħalissa qegħdin isiru Triq il-Ħerba, Triq Tumas Fenech u Triq il-Ferrovija l-Antika, u hemm diġà ppjanati li jsiru Triq il-Qattus, Triq Papa Urbanus VIII, Triq Anġlu Mallia u Triq l-Isqof Labini, kif ukoll xogħlijiet fi Triq Fleur-de-lys, Triq il-Wied u Triq Kan. Karmenu Pirotta.

Ħal Balzan – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11865 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq ta’ Ħal Balzan u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument mitlub, jiġifieri pjanta bit-toroq ta’ Ħal Balzan, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali. Fil-lokalità ta’ Ħal Balzan bħalissa qegħdin isiru Triq il-Ferrovija l-Antika u Triq il-Wied, waqt li hemm diġà ppjanati biex jinbdew Triq San Valentinu, Triq Sisner, Triq Ġuże Bonnici u Triq Wied Buontempo Estate.

Iż-Żurrieq – Triq San Martin — xogħlijiet

Question

B’referenza għal Triq San Martin fiż-Żurrieq jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-natura tax-xogħol li qiegħed isir? Issa li t-trinek intradmu, x'inhu x-xogħol li jmiss? Kif ser tiġi solvuta l-problema tal-ilma tax-xita li jakkumula f'din it-triq? Jista’ jgħid jekk hux ser jiġu installati water culverts?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin. Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Meta kollox ikun ippjanat, Infrastructure Malta tibda billi tħaffer it-trinek biex tibdel dawn is-servizzi, skont il-ħtieġa. Imbagħad isir il-bini mill-ġdid jew tiswijiet tal-bankini, skont f’liema stat ikunu. Isiru wkoll testijiet tal-pedamenti ta’ kull triq. Fejn jinstab li huma dgħajfin wisq, jinqalgħu u jsiru mill-ġdid. B’hekk, meta fl-aħħar isir il-wiċċ b’asfalt ġdid, ikun jista’ jservi aktar fit-tul. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn. Fil-każ tat-triq indikata, li qed tinbena mill-ġdid bħalissa, ix-xogħlijiet jinkludu l-bdil ta’ servizzi, tagħmir għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita li jagħmlu parti minn sistema li se tkun estiża wkoll f’toroq oħrajn fl-inħawi, rikostruzzjoni tal-bankini, tisħiħ tal-pedamenti u kisi b’diversi saffi t’asfalt lill-wiċċ tat-triq. Meta titlesta jerġgħu jsiru s-sinjali u l-marki tat-triq.

Il-Mellieħa – bankina bejn Triq in-Nases u Triq il-Kbira

Question

Jista’ l-Ministru jara li x-xogħol ta’ tqegħid ta’ bankina mill-kuntrattur li qed jaħdem fuq sit ta’ kostruzzjoni (lukanda u appartamenti) li jinsab fid-daħla tal-Mellieħa bejn Triq in-Nases u Triq il-Kbira fil-Mellieħa ma tikkawżax inkonvenjent għar-residenti ta’ Triq in-Nases meta dawn jiġu biex joħorġu vetturi/inġenji oħra mill-garaxxijiet privati tagħhom kif ukoll jekk l-istess bankina saritx skont il-permessi approvati u dan anke fid-dawl sabiex jiġu mħarrsa s-saħħa u s-sigurtà ta’ min jagħmel użu minn din iż-żona?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ħal Balzan — Triq il-Wied - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid, fil-mument li jwieġeb din il-mistoqsija, fiex wasal ix-xogħol fi Triq il-Wied ta’ Ħal Balzan, f’Ħal Balzan?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq it-tieni fażi tal-proġett ta’ Triq il-Wied Ħal Balzan, investiment estensiv li jinkludi t-tqegħid ta’ kilometri f’servizzi ġodda taħt l-art u l-bini mill-ġdid tal-istruttura tat-triq kollha kemm hi. Il-kuntratturi tal-aġenzija lestew l-ewwel fażi aktar kmieni din is-sena, meta nbniet mill-ġdid u nfetħet il-parti tan-nofsinhar tat-triq. L-aħħar kisja bl-asfalt ta’ din il-parti tat-triq se tingħata mal-bqija tat-triq meta jitlestew ix-xogħlijiet kollha. It-tieni fażi, li qed issir bħalissa, tinkludi l-bini mill-ġdid tal-parti tat-tramuntana, minn ħdejn Triq it-Tabib J. Zammit sar-roundabout tal-Iklin. Il-proġett f’din it-triq ta’ nofs kilometru jinkludi l-bini ta’ 1.2 kilometri f’bankini ġodda, tisħiħ tal-pedamenti, aktar minn 3.4 kilometri f’cables u pajpijiet taħt l-art li jwasslu s-servizzi tal-ilma, Internet u telekomunikazzjoni fid-djar tat-triq u toroq oħra fil-qrib, u medda ta’ katusi tad-drenaġġ kbar bħala parti mis-sistema tad-drenaġġ ta’ diversi lokalitajiet fl-inħawi. Qed tinbidel ukoll is-sistema għall-ġbir tal-ilma tax-xita wara li nstab li kellha diversi ħsarat. Qegħdin jinbidlu wkoll il-konnessjonijiet qodma li jwasslu l-ilma u jiġbru d-drenaġġ mir-residenzi u binjiet oħrajn li hemm f’din it-triq. It-tqegħid ta’ daqstant servizzi differenti li jinsabu għaddejjin biswit jew fuq xulxin fi spazju ristrett jagħmel ix-xogħlijiet ħafna aktar delikati. Din kienet waħda mir-raġunijiet għalfejn il-bini mill-ġdid ta’ din it-triq kien ilu jiġi pospost għal ħafna snin. Kull pajp jew cable irid jiġi mgħoddi minn ġo trinka, minn fuq jew taħt dawk ta’ servizzi oħrajn li ma jistgħux jitneħħew qabel ma jsiru oħrajn ġodda flokhom. Biex tpoġġi l-katusi ġodda tad-drenaġġ minflok dawk antiki li jservu mhux biss għall-binjiet f’din it-triq imma wkoll għal diversi nħawi oħrajn fil-madwar, Infrastructure Malta qed ikollha tħaffer trinek fondi aktar minn 2.3 metri, u li f’ċerti nħawi jilħqu fond ta’ aktar minn ħames metri taħt l-art (kważi żewġ sulari). L-istruttura e¿istenti tat-triq u s-servizzi tad-distribuzzjoni li hemm għaddejjin taħtha tħallew għexieren ta’ snin bla ma qatt saritilhom manutenzjoni. Matul is-snin, diversi entitajiet komplew i¿idu diversi servizzi taħt l-art f’din it-triq qrib xulxin. Waqt ix-xogħlijiet mill-kuntratturi ta’ Infrastructure Malta saħansitra nstabu cables li lanqas biss kienu ġew immarkati mill-kumpaniji li jipprovdu s-servizzi waqt il-proċess ta’ lokalizzar tas-servizzi li sar qabel ma beda l-proġett. Dan minħabba li wħud mill-konnessjonijiet tas-servizzi tant huma qodma li lanqas biss jidhru fil-pjanti ta’ dawn l-entitajiet. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, il-cables ikunu jridu jiġu ttestjati mill-entitajiet rispettivi biex ikun determinat jekk għadx hemm b¿onnhom biex fil-ka¿ jinbidlu. Dan il-proċess huwa neċessarju biex ikun żgurat li ma jkunx hemm periklu għall-ħaddiema u jiġi evitat il-qtugħ ta’ xi servizz lir-residenti u n-negozji tal-inħawi. F’ċerti każi, lanqas ikun jidher b’mod ċar jekk il-cables ikunux tal-elettriku jew tat-telekomunikazzjoni. Biex dawn il-cables jinbidlu m’oħrajn ġodda, ikun hemm bżonn li jitqattgħu iżjed trinek u jiġu modifikati servizzi oħrajn li jkunu ġew ippjanati biex jgħaddu mill-istess post. Minħabba f’hekk, it-tqattigħ tat-trinek li normalment jieħu inqas żmien qed isir f’fażijiet żgħar, biex ma ssirx ħsara lil infrastrutttura eżistenti li għadha tintuża. Infrastructure Malta hija konxja tad-diffikultajiet li dan il-proċess twil qed joħloq lir-residenti u dawk kollha li jgħaddu minn din it-triq. Biex tnaqqas kemm tista’ l-inkonvenjent, ix-xogħlijiet qegħdin isiru f’sezzjonijiet biex b’hekk tingħalaq biss parti minnha waqt li xorta jkun hemm aċċess għar-residenti u għall-ħwienet, waqt li l-parti l-kbira tat-triq tibqa’ aċċessibbli għall-vetturi b’devjazzjonijiet adekwati. Il-Kunsill Lokali kontinwament qed ikun mgħarraf bix-xogħlijiet, u dan qed juża mezzi differenti biex iżomm lir-residenti u s-sidien tan-negozji informati skont il-ħtieġa. Il-periti u tekniċi ta’ Infrastructure Malta qed jirċievu t-talbiet għall-għajnuna, mistoqsijiet u lmenti mingħand ir-residenti tat-triq u jitkellmu magħhom sabiex jinstabu soluzzjonijiet li jnaqqsu l-isfidi li proġett estensiv bħal dan iġib miegħu. L-aġenzija qed issegwi wkoll mill-qrib ix-xogħlijiet kollha li qegħdin isiru mill-kuntratturi tagħha, li qed jagħmlu xogħol differenti fl-istess ħin, biex taċċerta li jkun evitat dewmien bla bżonn u jitnaqqas kull inkonvenjent ieħor. Imma fl-istess waqt, daqstant ieħor trid tara li x-xogħlijiet, partikolarment dak tat-tqattigħ tat-trinek, isiru bil-galbu, bla ma titqiegħed f’riskju saħħet il-ħaddiema jew issir ħsara lill-infrastruttura eżistenti jew lill-propjetajiet fl-inħawi. Ġaladarba jitlestew ix-xogħlijiet tas-servizzi li għad jonqos isiru taħt l-art, inkluż l-aħħar parti tas-sistema ġdida tad-drenaġġ u l-bini tal-bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat, imbagħad ikun imiss it-tisħiħ tal-pedamenti qabel ma jibda l-kisi ta’ wiċċ il-kumplament tat-triq b’diversi saffi t’afalt. Kemm-il darba ma jirriżultawx diffikultajiet oħrajn mhux previsti, dan il-proġett huwa ppjanat li jkun lest sal-aħħar tas-sena.

In-Naxxar — Triq ix-Xbieki - xogħlijiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija 11217 u 11566, jista’ l-Ministru jgħid id-data eżatta ta’ meta beda u meta tlesta x-xoghol fi Triq ix-Xbieki fin-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet preċedenti, Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin. Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Ix-xogħlijiet biex it-triq indikata nbniet mill-ġdid bdew u tlestew f’Ġunju 2019. Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Meta kollox ikun ippjanat, Infrastructure Malta tibda billi tħaffer it-trinek biex tibdel dawn is-servizzi, skont il-ħtieġa. Imbagħad isir il-bini mill-ġdid jew tiswijiet tal-bankini, skont f’liema stat ikunu. Isiru wkoll testijiet tal-pedamenti ta’ kull triq. Fejn jinstab li huma dgħajfin wisq, jinqalgħu u jsiru mill-ġdid. B’hekk, meta fl-aħħar isir il-wiċċ b’asfalt ġdid, ikun jista’ jservi aktar fit-tul. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.