Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ speċjalizzazzjonijiet mediċi permanenti hemm fir-Residenza San Vincenz de Paule (SVPR) u jindika jekk, apparti l-ġerjatrija, hemmx ukoll speċjalizzazzjonijiet oħra bħal ENT, newroloġija, eċċ.?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fir‑Residenza San Vinċenz de Paul joffru numru ta’ speċjalizzazzjonijiet mediċi permanenti lil residenti u anzjani mill‑komunità. Dawn jinkludu kliniċi f’diversi oqsma bħall‑
Vascular, ENT, Audiology, Ophthalmic, Psychiatry,
Gynaecology
,
Cardiology
,
Gastroenterology
,
Neurosurgery
,
Dermatology
, u oħrajn relatati mal‑ġerjatrija, fosthom
Osteosarcopenia
, B
rain Health, Onco‑Geriatric
u
Frailty
. Barra minn hekk, SVPR jopera wkoll sala speċjalizzata għall‑kura palljattiva.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34129 dwar fiex wasal in-National Cancer Plan, jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-kumitat multidixxiplinarju li jiġbor flimkien il-professjonisti, kemm fih membri, min huma u x’inhu r-rwol tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-laqghat huma ikkoordinati mid-Dipartiment tal-Cancer Care Pathways u l-Uffiċju tal-Chief Medical Officer.
Il-persuni mistiedna regolarment huma l-kapijiet tal-entitajiet kollha li huma nvoluti fil-kontroll tal-kanċer f’pajjizna, fosthom l-entittajiet responsabbli għal-prevenzjoni, skrinjar, dijagnożi, trattament, palliazzjoni, riabilitazzjoni u servizzi għal persuni li huma cancer survivors.
Jiġu mistiedna wkoll id-diversi Diretturi Ġenerali fid-Dipartiment tas-Saħħa, CEOs u d-Diretturi mediċi tal-isptarijiet Mater Dei u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, il-Chairpersons ta’ diversi dipartimenti kliniċi, kapijiet tan-nursing u allied health professionals, id-dipartimenti tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard, il-National Screening unit, Hospice Malta u l-Malta Community Chest Fund Jiġu mistiedna wkoll rappreżentanti tal-pazjenti.
Infurmat li sa issa saru ħames laqgħat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34127, jista’ l-Ministru jipprovdi kjarifika dwar kif inhu kompost id-Direttorat tal-Allied Health Professionals u jgħid x’inhu r-rwol tagħhom? Jista’ wkoll jagħti informazzjoni dwar jekk l-impjegati humiex full-time jew part-time u jinkludi l-clerical staff?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li d-Direttorat tal-Allied Health Professionals huwa kompost minn Direttur u tlett impjegati li jinkludu Uffiċjal fi Skala 4, Assistent Direttur, u Occupational Therapist. Dawn flimkien ma’ uffiċjali klinici jmexxu oqsma bħall-Assigurazzjoni tal-Kwalità, żvilupp tal-istaff u r-riċerka. Ir-rwol ewlieni tagħhom huwa li jikkoordinaw it-tmexxija strateġika mal-kapijiet tas-servizzi kliniċi u jippromwovu l-professjonijiet tad-Diretorrat.
L-Uffiċċjal fi Skala 4 u l-Occupational Therapist jagħmlu wkoll xogħol kliniku f’ċerti jiem.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx ġie preparat kimoterapija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u jekk hemmx faċilità biex dan isir?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-kimoterapija bħala trattament parenterali se jkun possibbli li tibda tingħata meta jkun lest il-proġett tal-ispiżerija l-ġdida fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn ser tiġi mgħammra għal dan il-għan.
Sadanitant ħarġet tender għad-drones sabiex meta jibda dan is-servizz jkun jista’ jitnaqqas l-iskariġġ tal-pazjenti Għawdxin li jkollhom bżonn ċertu tipi ta’ kimoterapija.
Pazjenti b’kundizzjonijiet ta’ ‘high risk’ - Insulin pumps
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma ngħatawx insulin pumps dawk il-pazjenti li jbatu minn kundizzjonijiet ta’ ‘high risk’ u li jwasslu għal diversi admissions fl-isptarijiet? Jekk hemm pjan biex dawn il-pazjenti jibdew jingħataw l-insulin pumps, jista’ jgħid b’liema pjan ser jibdew jingħataw, x’se jkunu l-kundizzjonijiet u x’inhu t-timeframe?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm pjan li l-insulin pumps l-ewwel jitqasmu lit-tfal, liż-żgħażagħ u lill-pazjenti morda bil-frixa.
Ċimiterju tal-Addolorata - Kuntratt għal xiri ta’ qabar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-anzjani li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, li snin ilu ħallsu depożitu għax-xiri ta’ qabar fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata, sal-lum għadhom ma bagħtux għalihom biex jagħmlu l-kuntratt fil-parti l-ġdida ta’ dan iċ-Ċimiterju?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-applikanti li isimhom jidher separatament sejrin jingħataw l-opportunità li jiġu kkummissjonati qabar fil-ħin opportune, dejjem skond l-ordni rispettiva tal-applikazzjonijiet.
Servizz ta’ CT - Sessjonijiet ta’ twilight - Spiża totali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali relatata mas-servizzi ta’ CT, għas-sessjonijiet waqt twilight hours matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma entità b’entità? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx mekkaniżmi strutturati ta’ verifika interna u esterna, inkluż audit finanzjarju u operattiv, sabiex jiġi assigurat li dawn is-servizzi jkunu konformi mal-prinċipji ta’ governanza tajba u valur għall-flus?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ispiża totali relatata mas-servizzi tas-CT scans waqt it-twilight hours għall-perjodu bejn Marzu 2025 u Awwissu 2025 kienet ta’ €415,560, fejn b’kollox saru 5,375 scan fl-entitajiet tal-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u San Vinċenz de Paul. Is-servizz huwa regolat minn mekkaniżmi ta’ verifika interna u esterna li jinkludu r-rikonċiljazzjoni klinika tad-dejta mas-sistemi diġitali tal-isptar u verifiki finanzjarji perjodiċi, anke mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, sabiex tiġi żgurata l-governanza tajba, it-trasparenza u l-massimu valur għall-flus f'dawn il-proċessi operattivi.
Jista’ l-Ministru jgħid, għal kull entità li tipprovdi servizz ta’ CT, x’inhi l-kategorija tal-età tal-pazjenti li jsiru testijiet fuqhom waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju u waqt sessjonijiet ta’ twilight hours, u x’inhu l-ħin medjan li fih isiru l-proċeduri ta’ CT f’kull waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji ta’ ħin, maqsuma entità b’entità?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-servizz tas-CT scans, kemm waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju kif ukoll waqt is-sessjonijiet tat-twilight f’kull entità rispettiva, jingħata lil pazjenti ta’ kull età abbażi tal-bżonnijiet kliniċi tal-pazjent. Skont l-iStandards Operating Procedures, is-sessjonijiet tat-twilight huma ddisinjati biex joffru flessibbiltà lil hinn mill-ħinijiet normali tax-xogħol biex jintlaħqu l-esiġenzi tal-pazjenti u titnaqqas il-lista ta' stennija. Il-ħin medjan tal-proċeduri mhuwiex marbut mal-kategorija tal-ħin iżda mal-kumplessità klinika ta’ kull każ individwali, fejn is-servizz jingħata b'mod ekwu u effiċjenti f'kull ħin tal-ġurnata skont il-prijorità medika.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-ħinijiet uffiċjali meqjusa bħala “office hours” u “twilight hours” għal servizzi ta’ CT f’kull entità rispettiva, u jekk dawn il-ħinijiet humiex uniformi bejn l-entitajiet kollha jew jekk ivarjawx minn entità għal oħra?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ħinijiet normali huma dawk skond il-ħinijiet tax-shift tar-radjogafu. It-twilight hours, jiġu skattati immedjatament malli jispiċċaw il-ħinijiet tax-shift tar-radjografu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru CT scans għal kull entità li tipprovdi servizz ta’ CT fis-settur pubbliku jew permezz ta’ arranġamenti pubbliċi matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma bejn dawk li saru waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju u dawk li saru waqt twilight hours, maqsuma entità b’entità?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li għall-perjodu bejn Marzu 2025 u Awwissu 2025, in-numru ta’ CT scans li saru fl-entitajiet tal-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u San Vinċenz de Paul matul il-ħinijiet normali kliniċi kien ta’ 8,030 scan. Matul l-istess perjodu, in-numru ta’ scans li saru waqt it-twilight hours kien ta’ 5,375.
Segretarjat għall-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34165, 34620, 34839 u 35072 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellanta, biex tireferi għat-tweġiba, tal-Mistoqsija Parlamentari 35386.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet involontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet volontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2025 kien hemm total ta’ 1,961 ammissjonijiet fl-Isptar Mount Carmel. Minn dawn, 681 kienu involontarji u 1,280 kienu volontarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet involontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet volontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirrferi lill-Onor. Interpellant biex jirrferi għat-tweġiba tal-PQ 29215.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet involontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet volontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2023?
Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Frar 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan fil-futur qarib li titkabbar il-klinika magħrufa bħala ‘pain clinic’ minħabba l-lista ta’ stennija li hemm? Jekk iva, kif ser isir dan u meta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pain Clinic qiegħda kontinwament titkabbar, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, biex titnaqqas il-lista ta’ stennija u jinqdew aktar pazjenti.
Il-Pain Clinic barra li tieħu ħsieb pazjenti b’uġigħ kroniku, żiedet ukoll il-kura ta’ pazjenti ta’ uġigħ akut. Is-servizz tal-Pain Clinic jingħata minn erba’ konsulenti speċjalisti Malta, u wieħed minnhom joffri wkoll is-servizzi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Bejn is-sena 2024 u 2025 in-numru ta’ pazjenti li għaddew mill-Pain Clinic żdiedu minn 3,142 għal 5,197 u proċeduri minn 2,139 għal 2,480.
Fil-bidu tas-sena żdiedu żewġ kliniċi f’Ċensu Moran Ċentru Reġjonali tas-Saħħa.
Operazzjonijiet tal-irkoppa, bunion, hip u operazzjonijiet relatati mad-dahar - Lista ta’ stennija
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm ilhom jistennew l-aktar, dawk il-pazjenti li qegħdin fuq il-lista għall-operazzjoni tal-irkoppa, bunion, hip u operazzjonijiet relatati mad-dahar? Jista’ jgħid ukoll meta dawn il-pazjenti ddaħħlu uffiċjalment fuq il-lista ta’ stennija?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm 345 pazjent li qed jistennew hip replacement u li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti. Tajjeb li jingħad li matul l-2025 saru 247 operazzjoni tal-hip replacement.
Infurmat ukoll li hemm 268 pazjent li qed jistennew operazzjoni relatata mad-dahar. Dawn jinkludu laminectomy/decompression, discectomy u fusion. Tajjeb li nfakkar lill-Onor. Interpallant li matul l-2025, saru 347 operazzjoni relatata mad-dahar.
Għar-rigward tat-total knee replacement, nirrferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba PQ 34230. Irid jingħad li fl-2025, saru 1,214 operazzjoni tat-total knee replacement.
Infakkar lill-Onor. Interpellant, li bħalma weġibt diversi drabi oħra, kull każ urġenti jingħata priorità biex l-operazzjoni ssir fl-iqsar żmien possibbli.
Nominalment dawk huma il-figuri li jinkludu persuni li meta ġew ikkuntatjati m’aċċettawx l-appuntament li rċevew, persuni li ma stajniex nikkuntatjaw u persuni li minħabba l-kundizzjoni tagħhom ma jistgħux jiġu operati barra minn Mater Dei.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-bunion matul is-snin 2021, 2022, 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul l-2022 saru 10, fl-2023 saru 16, fl-2024 saru 30, fl-2025 saru 18 u sa Frar ta’ din is-sena saru 3.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ pazjenti li qegħdin jistennew operazzjoni tal-bunion u jaqsam din l-informazzjoni billi jagħti n-numru ta’ pazjenti li kienu qegħdin jistennew matul Frar 2021, Frar 2022, Frar 2023, Frar 2024 u Frar 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.