B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32580, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex il-bordijiet tas-social work, psikoloġija, psikoterapija, counselling u youth work ikollhom struttura awtonoma tad-dixxiplina kif sostniet il-Qorti Kostituzzjonali, fid-dawl li l-Kunsill Mediku, wara sentenza kostituzzjonali, ser jadotta sistema fejn ikun hemm kumitat tad-dixxiplina ġdid li jirrispetta l-awtonomija meħtieġa f’dawn il-każijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ordnijiet taħt l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv), Kap 602 fis-sena 2025, skont kull kategorija ta’ protezzjoni li tipprovdi din il-liġi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b’Ordni ta’ Ħarsien li għandhom bżonn akkomodazzjoni alternattiva, iżda ma ngħatatilhomx minħabba li m’hemmx akkomodazzjonijiet biżżejjed? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx lista ta' stennija għall-akkomodazzjoni alternattiva u jekk iva, kemm hi twila din il-lista?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23172, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport dwar is-sostennibiltà tal-pensjonijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta lir-rapport imsemmi poġġejtu fuq il-Mejda tal-Kamra fis-16 ta’ Diċembru 2025.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34146 u 34293 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Fid-dawl li l-miżura rigward il-ħlas ta’ ħames snin b’lura f’kontribuzzjonijiet (bolol) għall-persuni li għalqu l-59 sena kienet diġà hemm qabel il-baġit, jista’ l-Ministru jgħid x’hemm ġdid f’din l-istess miżura li tħabbret fl-aħħar baġit?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, illi persuni mpjegati jew jaħdmu għal rashom jistgħu jħallsu b’lura kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali nieqsa sabiex meta jirtiraw jkunu eliġibbli għal pensjoni kontributorja jew itejbu r-rata tal-pensjoni tagħhom. Il-miżura tippermetti li jsir pagament sa massimu ta’ 5 snin ta’ kontribuzzjonijiet sakemm il-persuna tkun għadha taħdem bi qligħ u fl-età ta’ bejn 59 u 64 sena. Filwaqt li dan il-kriterju li ġie mplimentat permezz tal-Budget tas-sena 2015 għal min iħallas kontribuzzjonijiet neqsin se jibqa, ittieħdu passi ġodda sabiex minn din is-sena anke persuna li ma’ tkunx qiegħda taħdem, tingħata l-possibilità li tħallas kontribuzzjonijiet neqsin sa massimu ta’ 5 snin, jekk bihom tkun tista’ tilħaq il-minimu ta’ 10 snin sabiex tikkwalifika għall-pensjoni.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal - Proġetti jew inizjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?
FSWS - Masters in Social Work - Impjegati li temmew il-kors
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) li temmew b’suċċess il-Masters in Social Work (M.SW) f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
FSWS – Masters in Social Work - Inċentivi għall-impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inċentivi qed tagħti l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) biex impjegati li huma diġà ggradwati, jagħmlu l-Masters in Social Work (M.SW) li jwassal biex persuna tidħol fil-professjoni tas-social work u ġġib il-warrant wara sentejn ta’ prattika (full-time), jew l-ekwivalenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Fid-dawl tal-fatt li l-Ftehim Kollettiv preżenti tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) ser jiskadi fl-aħħar ta’ din is-sena, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet biex jibdew it-taħditiet għall-ftehim kollettiv il-ġdid?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni li kienu jirċievu l-carer’s allowance humiex intitolati għall-pensjoni kontributorja meta jagħlqu l-età tal-pensjoni? Jista’ jgħid ukoll jekk tagħmilx differenza jekk il-carer kienx jaħdem jew le qabel ma beda jaħdem bħala carer?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, illi bħalma kont spjegajt fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33178,
sabiex persuna tikkwalifika għall-Pensjoni Minima Nazzjonali, waħda mill-kundizzjonijiet statutorji hija dik li trid tkun ħallset mhux anqas minn 156 kontribuzzjoni tas-Sigurta` Soċjali. Dan minbarra kundizzjonijiet oħrajn, fosthom li l-persuna irid ikollha mill-anqas medja ta’ 20 kontribuzzjoni kull sena minn meta tkun għalqet 18-il sena sal-eta’ tal-irtirar. Alternattivament sabiex persuna tikkwalifika għal Pensjoni taż-Żewġ terzi ridotta, trid tkun ħallset mill-anqas 10 snin ta’ kontribuzzjonijiet.
Meta persuna qabel tibda tieħu l-Allowance tal-Carers, ikollha biżżejjed kontribuzzjonijiet biex tilħaq medja ta’ 15-il kontribuzzjoni fis-sena minn 18-il sena sa meta bdiet tieħu l-Allowance tal-Carers, kemm iddum fuq din l-Allowance tkun koperta bil-kontribuzzjonijiet akkreditati. Irid jingħad li din il-medja tnaqqset ftit snin ilu minn 20, sabiex tagħmilha eħfef għal dawn il-persuni li jingħtaw il-kontribuzzjonijiet akkreditati u jikkwalifikaw għall-pensjoni kontributorja.
Ta’ min jgħid però li b’miżura riċenti li kienet iddaħħlet, meta l-carer ma tkunx ħadmet qabel bdiet tieħu l-allowance għall-carer jew ma jkollhiex il-medja ta’ mill-nqas 15-il kontribuzzjoni li semmejt aktar qabel, xorta jkollha dritt għal 4 snin ta’ kontribuzzjonijiet akkreditati. Kemm-il darba fil-futur il-persuna ma tibqax fuq l-Allowance tal-Carers u tibda taħdem, jekk tħallas il-kontribuzzjonijiet li għandha bżonn biex tikkwalifika għall-pensjoni kif spjegajt, dawn il-krediti jiżdiedu mat-total u bihom il-persuna jista’ jkollha pensjoni, jew pensjoni ogħla.
FSWS – Ftheim kollettiv ġdid – Paga bażika tas-Social workers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-differenza fil-paga bażika tas-social workers tal-ewwel sena fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), bil-ftehim kollettiv kurrenti meta mqabbla mal-istess kategorija taħt il-ftehim kollettiv ta’ qabel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-salarji u pakketti ta’ kull ftehim kollettiv huma kummercjalment sensittivi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-paga medja (net, single rate) jiġifieri kemm qabdu paga f’idejhom, is-social workers fl-ewwel sena tagħhom matul l-2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-salarji u pakketti ta’ kull ftehim kollettiv huma kummercjalment sensittivi.
FSWS - Social workers li mxew għall-professjonijiet oħra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm social workers li ħallew il-professjoni tagħhom u mxew għal professjonijiet oħra, bħall-psikoterapija fil-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul l-aħħar snin kien hemm 33
social worker
li mxew għal professjonijiet oħra fi ħdan l-FSWS. Tajjeb wieħed isemmi li minn dawn hemm 21 li ġew promossi għal kariga maniġerjali fl-istess Fondazzjoni.
FSWS - Social workers li rriżenjaw - Raġunijiet prinċipali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet prinċipali li għalihom is-social workers irriżenjaw mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) matul l-2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-raġunijiet ewlenin li għalihom is-
social workers
irriżenjaw mill- Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) matul l-2025 kienu:
· Fittxew karriera oħra
· Komplew jistudjaw
· Minħabba raġunijiet oħra familjari
Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema entitajiet fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) kienu jaħdmu dawk is-social workers li rriżenjaw mill-istess Fondazzjoni matul l-2025, u kemm irriżenjaw minn dawn l-entitajiet matul l-istess sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li
-FSWS hija entita waħda u li n-numru huwa kif provdut f PQ 33843.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31941, 32206 u 32677 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid jekk teżistix definizzjoni legali ta’ ‘homelessness’?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Istrateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis fil-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2025-2035, li ġiet addottata s-sena li għaddiet, tipproponi diversi miżuri biex tintegra l-politika li tindirizza l-faqar mal-politika dwar il-persuni mingħajr dar.